CVC — Bastimenti kummerċjali - Perjodu ta’ żmien għall-ħruġ taċ-ċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-perjodu ta’ żmien mill-applikazzjoni sa ma jinħareġ iċ-Ċertifikat ta’ Verifika tal-Konformità (CVC) għall-bastimenti kummerċjali li jġorru sa 16-il passiġġier?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona magħrufa bħala t-Trunċiera, fil-Mellieħa, hux ser tiġi mnaddfa kompletament mill-bastimenti kollha? Jekk dan huwa minnu, jista’ jispjega għaliex u jikkonferma jekk kienx hemm ftehim mal-proprjetarji tad-dgħajjes? F’każ li din iż-żona tiġi mnaddfa mid-dgħajjes, jista’ jikkonferma wkoll jekk hux ser tingħata lura lil sidien oħra ta’ dgħajjes li qatt ma kellhom post hemm qabel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġu ikkunsidrati postijiet bħal dawn fejn l-Awtorita’ tista tagħmel infurzar.
Tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali — Għotjiet għall-akkwist
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntrattur ressqu applikazzjonijiet biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet tal-kuntratturi kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità tal-Artijiet — Garaxxijiet kummerċjali li huma vakanti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27072, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garaxxijiet kummerċjali (industrijali) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet li jinsabu fin-naħa t'isfel ta’ Malta u li huma vakanti? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn joħorġu b’tender? Jista' jagħti lista tal-garaxxijiet li huma vakanti kif ukoll lista ta’ dawk li hemm il-ħsieb li ser joħorġu b’tender fi żmien sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26453, 26630, 26856 u 27073 u jinforma lill-Parlament jekk id-90 pontoon disponibbli għall-bastimenti tas-sajd ġewx użati fil-Port tal-Imġarr?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-4 pontoons (mhux 90) li hemm fil-Port tal-Imġarr taħt il-management ta’ Transport Malta, inbnew minn Infrastructure Malta u tlestew fl-Jannar 2022. Dawn il-pontoons, flimkien mal-irmiġġi li hemm max-xatt, jammontaw għal total ta’ 333 irmiġġ. Dawn huma maqsuma kif ġej:
· MFA – 51
· MFB – 48
· MFC – 152
· S – 69
· VLT – 13.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26452, 26629, 26855 u 27074 u jgħid meta u fejn tlestew id-90 pontoon addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd fil-Port tal-Imġarr?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26454, 26631, 26857 u 27075 u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26455, 26632, 26858 u 27076 u jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom - Sigurtà waqt il-vjaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27127 u jgħid jekk uffiċjali ta’ Gozo Channel iqisux li hu sigur li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ fuq l-MV Nikolaos, u jekk dan hux konformi mal-konvenzjoni internazzjonali dwar is-Sigurtà Tal-Ħajja Fil-Baħar (Safety of Life at Sea)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 27128.
MV Malita, MV Gaudos u MV Ta’ Pinu — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permess li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom bejn Għawdex u Malta, u viċi versa, fuq il-MV Malita, l-MV Gaudos, u l-MV Ta’ Pinu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 27118.
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jiġġustifika li l-passiġġieri jitħallew jibqgħu fil-karozzi tagħhom fuq l-MV Nikolaos, iżda mhux fuq il-bqija tal-flotta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ingħatat fil-mistoqsija parlamentari 27118.
Fid-dawl li l-proċess biex titwaqqa’ l-Iskola tal-Mellieħa u terġa’ tinbena mill-ġdid se jieħu tliet snin, jista’ l-Ministru jgħid fejn se jiġu organizzati l-attivitajiet għall-komunità tal-Mellieħa li normalment isiru fis-sala ta’ din l-iskola u fejn se jiġu organizzati l-polling booths għall-Elezzjoni Ġenerali li ġejja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma jiħux ħsieb loġistika relatata mal-elezzjoni ġenerali. Meta l-iskola tingħata lill-pubbliku, tkun verament qed isservi ta’ ċentru ħaj li jaqdi kemm il-funzjoni edukattiva tiegħu, kif ukoll diversi aspetti essenzjali għall-komunita Melliħija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-klassijiet temporanji li għandhom jintużaw fil-Mellieħa waqt li l-iskola l-ġdida tkun qed tinbena humiex se jinxtraw mill-Gvern jew inkella jinkrew? Jista’ wkoll jikkwota d-dokument tat-tender għall-provvista ta’ dawn il-klassijiet? Jekk se jkunu mikrija, x’inhu l-ammont tal-kirja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klassijiet prefabbrikati ser jinxtraw skont it-tender li nħareġ pubblikament bin-numru CT2079/2022.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn se ssir Skola Sajf għat-tfal tal-Mellieħa jekk l-Iskola Primarja tal-Mellieħa se tiġi żarmata? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux se jfisser li se jkun hemm inqas postijiet għall-applikanti ta’ Skola Sajf?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iSkola Sajf għat-tfal tal-Mellieħa ser issir fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar li għandha l-kapaċita li tilqa' l-istess numru ta' studenti.
Il-Mellieħa — Xogħlijiet - Immaniġġjar tat-traffiku
Question
Fid-dawl li ser tingħalaq Triq Gorg Borg Olivier għal xhur sħaħ biex issir sistema ġdida tad-drenaġġ fl-istess żmien li ser titwaqqa’ u tkun qed tinbena mill-ġdid l-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid fid-dettall kif ser jiġi mmaniġġjat it-traffiku fil-Mellieħa b’mod li jakkomoda l-ħtiġijiet tan-nies tal-Mellieħa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku temporanju jitfassal b’kollaborazzjoni mal-entitajiet kollha konċernati qabel tibda l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet.
MV Malita, MV Gaudos u MV Ta’ Pinu — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permess li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom bejn Għawdex u Malta, u viċi versa, fuq il-MV Malita, l-MV Gaudos, u l-MV Ta’ Pinu?
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jiġġustifika li l-passiġġieri qed jitħallew jibqgħu fil-karozzi tagħhom fuq l-MV Nikolaos, iżda mhux fuq il-bqija tal-flotta?
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gozo Channel taċċetta li l-MV Nikolaos m’għandhiex aċċessibilità, bħalma huma lifts jew elevaturi, għall-persuni li ma jistgħux jaċċessaw il-gverta tal-passiġġieri?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura għall-imbark u d-diżimbark tal-passiġġieri b’mobilita’ mnaqqsa fuq il-MV Nikolaos - lejn u mit-terminal - issir permezz tar-rampa tal-passiġġieri fuq in-naħa tal-ġenb. Biex wieħed jaċċessa l-upper deck, il-lounge, il-kafetterija u ż-żoni tat-toilet, il-passiġġieri jistgħu jużaw ic-chairlift. Jekk il-passiġġier hu f’siġġu tar-roti, jista’ juża l-lift apposta għas-siġġijiet tar-roti, kif jidher fir-ritratti mehmuża li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-direzzjonijiet għaċ-chairlifts huma mmarkati b’kulur oranġjo u jidhru b’sinjali. Din il-proċedura hija simili għal dik li tintuża fuq il-vapuri l-oħrajn.
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom - Nuqqas ta’ aċċessibilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Gozo Channel iqisux li n-nuqqas ta’ aċċessibilità tal-MV Nikolaos jiġġustifikax li l-passiġġieri jitħallew jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27125.