Legislature:
Category:
Reset
Active:

Green jobs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maħluqa ‘green jobs’ bejn is-snin 2019 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-natura ta’ dawn l-impjiegi, jiġifieri l-okkupazzjoni jew it-titlu tax-xogħol tagħhom, u f’liema setturi speċifiċi ġew maħluqa dawn il-postijiet tax-xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Okkupazzjonijiet (ISCO) ma tispeċifikax liema okkupazzjonijiet huma assoċjati max-xogħolijiet ħodor fis-setturi ekonomiċi. Fl-istess ħin hemm diskussjonijiet fuq livell internazzjonali dwar dan u Malta qed tipparteċipa.

Kanċer tas-sider

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31080, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ kanċer tas-sider wassal għall-mastektomija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi mill-428 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider skoperti bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-15 t’Ottubru 2025, kien hemm 51 każ ta’ kanċer tas-sider li wasslu għal mastektomija.

Tagħmir tal-Kostruzzjoni Ambjentali - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li  ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Tagħmir tal-Kostruzzjoni Ambjentali - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li  ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tagħmir tal-Kostruzzjoni Ambjentali - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li  ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ircevit 86 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 66 b’total ta’ assistenza approvata tilħaq €3,947,621. l-applikazzjonijiet li ma’ jkunux fil-parametri tal-eliġibilita kif imniżżla fl-iskema ma jiġux approvati. Il-Malta Enteprrise hija marbuta bl-Atti tal-konfidenzjalita taħt il-Malta Enterprise Act u għalhekk l-ismijiet tal-benefiċjarji ma jistgħux jingħataw.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31418 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali - Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31420 u jgħid x’liċenzji għandhom l-iskejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk privati? Jista’ wkoll jipprovdi kopji tal-liċenzji ta’ dawn l-iskejjel flimkien mad-dati meta nħarġu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Selmun – Rapport Metroloġiku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ir-rapport tal-Uffiċċju Metroloġiku ma rrappurtax l-istatus tat-temp fiż-żona ta’ Selmun matul is-sentejn li għaddew? Tista’ tiċċara jekk l-istrument li jintuża biex jiġi vverifikat u rrappurtat it-temp kienx bil-ħsara għal dawn is-sentejn u jekk iva, tindika d-data ta’ meta dan ser jitranġa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Meteoroloġiku huwa parti mill-Malta International Airport (MIA).

Skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali - Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’liċenzji għandhom l-iskejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk privati? Jista’ wkoll jipprovdi kopji tal-liċenzji ta’ dawn l-iskejjel flimkien mad-dati meta nħarġu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Tagħmir tal-Kostruzzjoni Ambjentali - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li  ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31280 u jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta lestiet il-kostruzzjoni tat-triq fuq talba tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Għaldaqstant nirreferih biex  jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Bus shelters – proċedura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31241 li originarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jispjega l-proċedura ta’ kif jiġi deċiż fejn, kif u meta jsir bus shelter? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kriterji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentaru numru 26510.

Il-Marsa – Triq Aldo Moro – Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31240 li originarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jispjega għalfejn qatt ma sar bus shelter fil-bus stop ta’ Triq Aldo Moro (fiż-żona ta’ taħt il-bridge fuq iż-żewġ naħat) ladarba hemm biżżejjed spazju u anke għaliex l-ammont ta’ nies li jirkbu minn hemm huwa konsiderevoli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentaru numru 26510.

Gozo Channel - Ir-raba’ vapur

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tender għar-raba’ vapur t’Għawdex ħariġx? Jekk ħareġ, jista’ jelenka d-dokument tat-tender? Jekk ma ħariġx, jista’ jispjega għalfejn dan għadu ma ħariġx? Jista’ jgħid ukoll xi studji saru u jelenkahom ukoll?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninfoma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 31036.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Marsa – Triq Aldo Moro – Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn qatt ma sar bus shelter fil-bus stop ta’ Triq Aldo Moro (fiż-żona ta’ taħt il-bridge fuq iż-żewġ naħat) ladarba hemm biżżejjed spazju u anke għaliex l-ammont ta’ nies li jirkbu minn hemm huwa konsiderevoli?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Impjegati sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30476 u jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 6 impjegati li jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga minħabba każijiet kriminali pendent fil-Qorti kontrihom.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Impjegati sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30472 u jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar għadu każ wieħed ta’ persuna li tinsab fuq sospensjoni prekawzjonarja.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi hemm sitt persuni fis-settur ċivili u pubbliku li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom.