Legislature:
Category:
Reset
Active:

Jobsplus u Aġenziji ta’ Xogħol - Reġistrazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’: ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin, li huma attwalment reġistrati għax-xogħol ma’ Jobsplus u kemm minnhom huma reġistrati ma’ aġenziji tal-impjiegi, u jaqsam din l-informazzjoni f’tabella separata?  Jista’ wkoll jippreżenta tabella b’kemm TCNs, ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin jaħdmu permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi fis-setturi li ġejjin: Ospitalità; Kostruzzjoni; Sigurtà; Domestic cleaning; Office cleaning; Carers; Nurses; Edukazzjoni; LSEs; Cleansing u manutenzjoni tal-lokalitajiet; Marittimu; Avjazzjoni; Bejgħ bl-imnut (retail); Xogħol ta’ uffiċċju; Call centres; Managers u amministraturi; Enforcement tat-traffiku; Settur pubbliku u ċivili?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi n-numru ta’ persuni minn pajjiżi terzi, minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u Maltin li kienu f’impjieg sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 (l-aħħar ċifri ppubblikati) maqsumin jekk jaħdmux fis-settur privat, fis-settur pubbliku u ċivili.

Labour Force Survey u l-Median Wage - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin, li jaħdmu fis-setturi kollha kif definiti fl-istħarriġ tal-Labour Force Survey? Għal kull settur, jista’ wkoll jagħti l-median wage li jaqilgħu l-ħaddiema f’dak is-settur, separata skont it-tliet kategoriji ta’ ħaddiema msemmija hawn fuq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin, separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed? Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa: 0% taxxa; 15% taxxa; 25% taxxa u 35% taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej: ċittadini Maltin; ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Civil Aviation Policy 2023–2030 – Progress Report u miżuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32102 u 32282 u ċjoè: B’referenza għas-Civil Aviation Policy 2023–2030, li jirrikjedi li l-ewwel Progress Report jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2024, jista’ l-Ministru: i.    jikkonferma jekk dan ir-rapport sarx u meta ntbagħat lill-Gvern; ii.    jipprovdi kopja sħiħa tar-rapport u l-KPIs għal kull pilastru; u iii.    jindika x’miżuri ġew implimentati mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’miżuri jmiss li jiġu implimentati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li, wara t-tnedija uffiċjali tal-ewwel Strateġija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili, il-Ministeru responsabbli, flimkien mal-entitajiet relevanti kif ukoll b’kollaborazzjoni u koordinazzjoni konġunta ma’ entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt Ministeri oħra, beda jimplimenta din l-istrateġija li se twassalna sal-2030. Minkejja li dan ir-rapport mhux ippubblikat, nikkonferma li sar u se jkompli jsir progress fuq l-oġġettivi li ġew stabbiliti fl-istess strateġija. Ta’ min ukoll insemmi li din l-istrateġija tmur pari passu mal-Viżjoni Malta 2050, viżjoni li tikkonferma dan is-settur bħala wieħed ta’ prijorità għal pajjiżna. Għalhekk, bħala Gvern, ninsabu impenjati u qed naħdmu bi sħiħ biex dan is-settur mhux biss ikompli jissaħħaħ, imma niżguraw ukoll li jikber b’mod sostenibbli u jibqa’ wieħed kompetittiv.

Civil Aviation Policy 2023–2030 – Progress Report u miżuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32102 u ċjoè: B’referenza għas-Civil Aviation Policy 2023–2030, li jirrikjedi li l-ewwel Progress Report jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2024, jista’ l-Ministru: i.    jikkonferma jekk dan ir-rapport sarx u meta ntbagħat lill-Gvern; ii.    jipprovdi kopja sħiħa tar-rapport u l-KPIs għal kull pilastru; u iii.    jindika x’miżuri ġew implimentati mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’miżuri jmiss li jiġu implimentati?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Civil Aviation Policy 2023–2030 – Progress Report u miżuri

Question

B’referenza għas-Civil Aviation Policy 2023–2030, li jirrikjedi li l-ewwel Progress Report jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2024, jista’ l-Ministru: i.    jikkonferma jekk dan ir-rapport sarx u meta ntbagħat lill-Gvern; ii.    jipprovdi kopja sħiħa tar-rapport u l-KPIs għal kull pilastru; u iii.    jindika x’miżuri ġew implimentati mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’miżuri jmiss li jiġu implimentati?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Pensjonanti - Żieda ta’ €10

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31801 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jagħti n-numru ta’ pensjonanti li ser jirċievu ż-żieda ta’ €10 imħabbra fil-Baġit għall-2026, kif ukoll in-numru ta’ pensjonanti li se jitilfu benefiċċji addizzjonali minħabba li b’din iż-żieda ma jibqgħux intitolati għalihom?  Jista’ wkoll jelenka liema huma dawn il-benefiċċji u kemm jammontaw, u kemm huwa kull benefiċċju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda ta’ €10.00 fil-ġimgħa mħabbra fil-Budget għas-sena 2026 tingħata lil madwar 102,000 pensjonant kontributorju u dawk mhux kontributorju. Tajjeb li ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi hekk kif ġara f’kull Budget f’dawn l-aħħar snin il-capping ta’ benefiċċji addizzjonali li jkunu eliġibbli għalihom il-pensjonanti jew benefiċċjarji dejjem jitwessgħu b’kemm tkun żdiedet il-pensjoni sabiex dak li jiġi miżjud ma jintilef qatt.

Pensjonanti - Żieda ta’ €10

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31800 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jikkjarifika jekk iż-żieda ta’ €10 lill-pensjonanti tinkludix iż-żieda tal-COLA ta’ €4.66, jew jekk hijiex separata minnha? Jista’ wkoll jispjega liema perċentwal miż-żieda ta’ €10 se jibqa’ f’idejn il-pensjonant jekk dan jgħix f’dar tal-anzjani u parti mill-pensjoni tiegħu titnaqqas?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fil-COLA hija nkorporata fiż-żieda ta’ €10.00 fil-ġimgħa li ngħtat lill-pensjonanti kollha bħala żieda ġenerali. Tajjeb jingħad illi ż-żieda addizzjonali flimkien ma’ dik tal-COLA hija l-ħdax ‘il żieda konsekuttiva li ngħatat lill-pensjonanti kollha kontributorji u dawk mhux kontributorji. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux possibbli li tingħata ċifra fir-rigward ta’ tnaqqis li jsir meta anzjan ikun jgħix f’dar tal-anzjani.  Dan minħabba li jiddependi mid-dħul addizzjonali li l-anzjan ikollu minbarra l-pensjoni. Barra minn hekk, eluf ta’ pensjonanti se jkollhom żidiet għola minn €10 fil-ġimgħa.  Dan għaliex hemm diversi miżuri oħra li jfissru żidiet addizzjonali għal: a)  Pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u li d-dħul pensjonabbli tagħhom jaqbeż id-Dħul pensjonabbli Massimu ta’ din is-sena; b) Pensjonanti romol li gradwalment se jkunu irċievew il-pensjoni sħiħa tal-konjuġi mejtin tagħhom; c)  Pensjonanti li bdew jieħdu l-pensjoni wara l-2008 u li qed jingħataw żidiet addizzjonali fil-Bonus tal-Għoli tal-Ħajja tagħhom; d) Pensjonanti tas-servizz li għal darboħra qed igawdu minn titjib fil-pensjoni tagħhom; u e)  Pensjonanti miżżewġin li jirċievu pensjoni minima bir-rata ta’ single, għax il-konjuġi jirċievi l-pensjoni wkoll, u li issa se jibdew jirċievu r-rata għola tal-miżżewġin; Dawn ifissru żidiet addizzjonali għal eluf kbar ta’ pensjonanti li jvarjaw minn €2 sa saħansitra €15.64 fil-ġimgħa. Ta’ min isemmi wkoll li permezz ta’ miżura tal-Budget 2026, mis-sena d-dieħla se jiddaħħal tibdil sabiex meta ż-żewġ membri ta’ koppja jkunu għal kura f’dar tal-anzjani jiffrankaw 10% mit-tnaqqis li jsirilhom mill-pensjoni. Dan sabiex dawn il-koppji jibqagħlhom aktar flus fi bwiethom għal bżonnijiet oħra personali li jkollhom.

Wied il-Għajn - Proġett tal-ferry

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31768 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-survey ikkummissjonat lill-Professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, flimkien mal-mistoqsijiet li ġew magħmula u r-riżultati relatati mal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll iressaq l-assessjar tat-traffiku li sar mill-Gvern sabiex titkejjel iż-żieda ta’ vetturi mistennija bħala riżultat ta’ persuni li jsuqu lejn Wied il-Għajn biex jużaw il-ferry?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.

Wied il-Għajn - Proġett tal-ferry

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31767 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji fuq l-impatt ambjentali tal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll: i.    jipprovdi l-istudji fuq l-impatt ekonomiku, inkluż l-ispiża totali tal-proġett, kif ukoll ir-Return on Investment (ROI), u l-ispejjeż indiretti fuq il-komunità; ii.    iressaq l-istudji li saru u li minnhom irriżulta li Wied il-Għajn kienet l-aħjar lokalità għall-proġett tal-ferry; u iii.    iressaq ukoll l-istudji li saru fuq lokalitajiet alternattivi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju jinkludi numru ta’ aspetti, fosthom il-fattibilita’ tal-proġett, il-bżonnijiet tal-operat, il-viabilita’ finanzjarja tar-rotot proposti, id-domanda mis-suq għall-proġett u assessment tar-riduzzjoni fit-traffiku, il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u benefiċċji ekonomiċi oħra. Minħabba l-fatt li l-kuntratt irid jingħata permezz ta’ tender u l-istudju fih dettalji li jistgħu jagħtu vantaġġ lill-bidders prospettivi, mhuwiex għaqli li dan l-istudju jiġi ippublikat.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31522 u 31729 u jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pensjonanti - Żieda ta’ €10

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ pensjonanti li ser jirċievu ż-żieda ta’ €10 imħabbra fil-Baġit għall-2026, kif ukoll in-numru ta’ pensjonanti li se jitilfu benefiċċji addizzjonali minħabba li b’din iż-żieda ma jibqgħux intitolati għalihom?  Jista’ wkoll jelenka liema huma dawn il-benefiċċji u kemm jammontaw, u kemm huwa kull benefiċċju?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pensjonanti - Żieda ta’ €10

Question

Jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk iż-żieda ta’ €10 lill-pensjonanti tinkludix iż-żieda tal-COLA ta’ €4.66, jew jekk hijiex separata minnha? Jista’ wkoll jispjega liema perċentwal miż-żieda ta’ €10 se jibqa’ f’idejn il-pensjonant jekk dan jgħix f’dar tal-anzjani u parti mill-pensjoni tiegħu titnaqqas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Wied il-Għajn - Proġett tal-ferry

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-survey ikkummissjonat lill-Professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, flimkien mal-mistoqsijiet li ġew magħmula u r-riżultati relatati mal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll iressaq l-assessjar tat-traffiku li sar mill-Gvern sabiex titkejjel iż-żieda ta’ vetturi mistennija bħala riżultat ta’ persuni li jsuqu lejn Wied il-Għajn biex jużaw il-ferry?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Wied il-Għajn - Proġett tal-ferry

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji fuq l-impatt ambjentali tal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll: i.    jipprovdi l-istudji fuq l-impatt ekonomiku, inkluż l-ispiża totali tal-proġett, kif ukoll ir-Return on Investment (ROI), u l-ispejjeż indiretti fuq il-komunità; ii.    iressaq l-istudji li saru u li minnhom irriżulta li Wied il-Għajn kienet l-aħjar lokalità għall-proġett tal-ferry; u iii.    iressaq ukoll l-istudji li saru fuq lokalitajiet alternattivi?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali - Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31420 u 31521 u jgħid x’liċenzji għandhom l-iskejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk privati? Jista’ wkoll jipprovdi kopji tal-liċenzji ta’ dawn l-iskejjel flimkien mad-dati meta nħarġu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 5 Resource Centres li jgħamlu parti mill-iskejjel tal-Istat u li l-proċess ta’ liċenzjar għaddej skont il-proċedura. Iċ-ċentri privati m’għandhomx bżonn liċenzja ta’ skola iżda dik ta’ istituzzjoni edukattiva.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31522 u jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Selmun – Rapport Metroloġiku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31513, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rapport tal-Uffiċċju Metroloġiku ma rrappurtax l-istatus tat-temp fiż-żona ta’ Selmun matul is-sentejn li għaddew? Jista’ jiċċara jekk l-istrument li jintuża biex jiġi vverifikat u rrappurtat it-temp kienx bil-ħsara għal dawn is-sentejn u jekk iva, jindika d-data ta’ meta dan ser jitranġa?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31513, ninfurmah li Malta International Airport hija kumpanija privata.

Transport Malta - Attivitajiet ta’ sorveljanza jew monitoraġġ f’żoni rurali - Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tagħtix permessi lil xi individwi jew organizzazzjonijiet mhux governattivi biex iwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza jew monitoraġġ f’żoni rurali, u jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet u għal liema skopijiet jingħataw dawn il-permessi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija u jipprovdi iktar informazzjoni biex l-Awtorita’ tat-Trasport tkun f’pożizzjoni li tipprovdi tweġiba.