Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 14 PQ #34288 Sitting 435 - 18/02/2026 16:00 2026-02-18 Oral · Final From: IVAN CASTILLO (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Principal Technician Colloquium - Riżultati tas-sejħa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34178 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid x’kienu r-riżultati tas-sejħa (posting) għall-kariga ta’ Principal Technician Colloquium? Jista’ wkoll jipprovdi tqassim (break down) tar-riżultati kif ingħataw, kif ukoll il-kariga u l-grad preċedenti tal-persuni li ġew intervistati (mingħajr ma jissemmew l-ismijiet)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Colloquium għal Principal Technical Officers sar skont il-provedimenti stabiliti fil-Ftehim rispettiv. Ir-rizultati li huma delegati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku jiġu infurmati lil applikanti rispettivi. Fil-każ ta’ bżonn ta’ appell dan għandu jsir lil Kummissjoni fi żmien stabbilit fir-regolamenti.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34021 u jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li illum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Principal Technician Colloquium - Riżultati tas-sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-riżultati tas-sejħa (posting) għall-kariga ta’ Principal Technician Colloquium? Jista’ wkoll jipprovdi tqassim (break down) tar-riżultati kif ingħataw, kif ukoll il-kariga u l-grad preċedenti tal-persuni li ġew intervistati (mingħajr ma jissemmew l-ismijiet)?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħeml il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32823, 33121 u 33160 u jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: i.    ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ii.   ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u iii.  ċittadini Maltin, separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed? Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa: i.    0% taxxa; ii.   15% taxxa; iii.   25% taxxa u iv.   35% taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32822, 33120 u 33159 u jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej: i.    ċittadini Maltin; ii.   ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iii.  ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema Irrinova Darek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33156 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet taħt l-iskema ‘Irrinova Darek’? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew approvati, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll: i.    Għal liema raġunijiet ewlenin ġew miċħuda dawn l-applikazzjonijiet? ii.    Kemm kien hemm applikanti li kellhom jinvolvu assessur obbligatorju iżda xorta waħda ma kkwalifikawx, u x’ammont totali ġew imġarrba f’miżati tal-assessuri f’dawn il-każijiet? iii.    Għaliex il-Gvern qed jimponi xogħlijiet obbligatorji bħal “wall insulation” u pannelli solari bħala kundizzjoni biex wieħed jikkwalifika għal din l-iskema/grant? iv.    Liema xogħlijiet huma strettament obbligatorji u liema jistgħu jitħallew għad-deċiżjoni individwali tal-applikant?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-iSkema Irrinova Darek 2025, miftuħa għar-Reġjun Tramuntana, ġew sottomessi 2,191 applikazzjoni b’kollox, li minnhom 1,873 kienu eliġibbli biex jgħaddu għat-tieni fażi tal-iskema, u ċioe’ sabiex jagħtu rendikont dettaljat tax-xogħlijiet li ser jagħmlu. Mit-318 -il applikazzjoni li ma ġewx approvati, 291 minnhom għadhom ma sottomettewx id-dokumentazzjoni neċċessarja, u għalhekk l-applikazzjoni tagħhom għada pendenti. 27 applikazzjoni ġew irrifjutati kompletament għaliex il-proprjetà inkwistjoni ma tiffurmax parti mir-Reġjun Tramuntana.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Isptar Mater Dei - Bust b’tifkira ta’ George tal-mużew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bust b’tifkira ta’ George Agius, magħruf bħala “George tal-Mużew”, li ta’ kuljum kien ikun iferraħ lin-nies fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull suġġeriment jiġi kkunsidrat.

Skema ta’ Għotjiet tal-Gvern għar-Rinunzja tal-Liċenzja tas-Sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Iskema ta’ Għotjiet tal-Gvern għar-Rinunzja tal-Liċenzja tas-Sewqan li se tkun qed tagħti €5,000 fis-sena għal perjodu ta’ ħames snin lil persuni sal-età ta’ 30 sena hijiex estiża għal kulħadd, jiġifieri: ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikanti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitlub hija aċċessibbli permezz tal-link segwenti, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tagħha. https://www.transport.gov.mt/land/sustainable-transport/driving-licence-surrender-scheme-7568

Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32823 u 33121 u jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: i.    ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ii.    ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u iii.    ċittadini Maltin, separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed? Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa: i.    0% taxxa; ii.    15% taxxa; iii.    25% taxxa u iv.    35% taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinħadem.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32822 u 33120 u jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej: i.    ċittadini Maltin; ii.    ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iii.    ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinħadem.

Skema Irrinova Darek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet taħt l-iskema ‘Irrinova Darek’? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew approvati, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll: i.    Għal liema raġunijiet ewlenin ġew miċħuda dawn l-applikazzjonijiet? ii.    Kemm kien hemm applikanti li kellhom jinvolvu assessur obbligatorju iżda xorta waħda ma kkwalifikawx, u x’ammont totali ġew imġarrba f’miżati tal-assessuri f’dawn il-każijiet? iii.    Għaliex il-Gvern qed jimponi xogħlijiet obbligatorji bħal “wall insulation” u pannelli solari bħala kundizzjoni biex wieħed jikkwalifika għal din l-iskema/grant? iv.    Liema xogħlijiet huma strettament obbligatorji u liema jistgħu jitħallew għad-deċiżjoni individwali tal-applikant?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32823 u jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: i.   ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ii.  ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u iii.  ċittadini Maltin, separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed? Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa: i.   0% taxxa; ii.  15% taxxa; iii.  25% taxxa u iv.  35% taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32822 u jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej: i.  ċittadini Maltin; ii. ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iii. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċerimonja tal-għoti tal-warrant lill-Inġiniera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir iċ-ċerimonja tal-għoti tal-warrant lill-Inġiniera peress li l-aħħar waħda li saret kienet fit-30 ta' Ottubru 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant huwa edott mill-fatt li ftit tal-jiem ilu l-Qorti tat l-awtorizzazzjoni sabiex l-istudenti li ggradwaw mill-kors tal-inġinerija tal-MCAST jitħallew jersqu għall-warrants tagħhom. Pożizzjoni li l-Gvern appoġġja mill-ewwel ġurnata. Għaldaqstant ninfurmak li kif jispiċċa l-proċess tal-warrants ta’ dawn l-istudenti issir iċ-ċerimonja li jmiss għall-għoti tal-warrants, li qed naraw issir bejn Jannar u Frar li ġej.

Impjiegi - Impatt tal-AI u teknoloġiji ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ impjiegi li skont l-estimi tal-Gvern, mistennija jiġu spostati (displaced) minħabba l-introduzzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali u/jew teknoloġiji ġodda? Jista’ jgħid ukoll: i.    f’liema setturi se jseħħ dan l-impatt; ii.   x’inhi l-pjanifikazzjoni tal-Gvern biex dawn il-ħaddiema jiġu re-skilled għal impjiegi ta’ valur miżjud u iii.  f’liema settur ser jiġu re-trained?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat, u għalhekk ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant, li proprju fl-20 ta’ Novembru l-Gvern nieda dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-aġġornament tal-istrateġija għall-intelliġenza artifiċjali. Fost il-miżuri proposti u msemmija hemm dawk marbuta mal-moniteraġġ ta’ ċaċliq anke fis-suq tax-xogħol minħabba l-intelliġenza artifiċjali. Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) qal ukoll fi studju minn tiegħu li madwar 30% tas-suq tax-xogħol f’Malta jista’ jkun hemm spostament fih. Il-Gvern minn naħa tiegħu qed jara opportunità kbira fejn tidħol l-intelliġenza artifiċjali u kien għalhekk li fil-budget għas-sena d-dieħla ta inċentivi b’saħħithom biex jiżdied l-investiment fl-intelliġenza artifiċjali anke mis-settur privat. Dwar it-taħriġ u l-iskilling hemm diversi inizjattivi mifruxa, li ma jaqgħux biss taħt dan il-Ministeru. Pajjiżna llum ma jidħolx għal din ir-realtà bil-biża’ li jista’ jintilef ix-xogħol, iżda jidħol għaliha billi jara opportunità f’oqsma fejn l-intelliġenza artifiċjali tista’ tikkumplimenta l-work force tagħna u għalhekk nkomplu t-tranżizzjoni diġitali. Dan nistgħu nagħmluh b’ottimiżmu għax illum għandna l-inqas rata ta’ qgħad li qatt kellna u l-enfasi hija kif se nżidu l-kwalità fl-oqsma diversi, anke permezz tal-Envision 2050.

Ħtiġijiet ta’ Ħiliet u previżjoni tas-suq tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema u ħiliet meħtieġa (skills needs) kif identifikati fil-valutazzjonijiet u fl-anticipation tal-Gvern għall-2026, 2027 u 2028, u f’liema setturi qed jiġi antiċipat dan il-bżonn skont l-analiżi tal-Gvern jew tal-aġenziji tal-Gvern li huma rilevanti biex tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li dawn il-skills forecasts huma aċċessibbli għall-pubbliku u jsiru fuq livell tal-Unjoni Ewropea minn CEDEFOP. Skont l-aħħar aġġornament ta’ dan il-forecast, jidher li l-aktar okkupazzjoni li Malta se jkollha bżonn fuq għaxar snin li ġejjin hija dik tal-Personal Care Workers, segwita minn Sales Workers u Science and Engineering Professionals. Fost is-setturi li skont il-previżjonijiet huma mistennija jesperjenzaw żieda fil-ħaddiema hemm is-settur tas-saħħa. Huwa mbassar ukoll li kważi nofs l-opportunitajiet ta’ xogħol li huma mistennija jinħolqu f’Malta se jirrikjedu livell ta’ kwalifika medju, filwaqt li aktar minn nofs se jkollhom bżonn kwalifiki ogħla. Dawn il-kunsiderazzjonijiet qed jgħinu biex ifasslu l-politika tal-Gvern. Fil-fatt, il-Malta Labour Migration Policy tagħti prijorità kbira lis-settur tas-saħħa, il-kura tal-anzjani, u l-persuni b’diżabilità, peress – kif ukoll juru dawn il-previżjonijiet – il-bżonn għal ħaddiema f’dawn is-setturi essenzjali huwa mistenni li jkompli jikber. Parallela ma’ dan, ġiet ukoll maħluqa Skilled Occupation List, li tiffoka fuq okkupazzjonijiet li jirrikjedu ħiliet medji u għoljin, u li hija allinjata ma’ dawn il-previżjonijiet. Fl-istess ħin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet bħalissa qed iwettaq xogħol intensiv fuq Strateġija Nazzjonali tal-Ħiliet.

Ħiliet u Xogħol - Rekords

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'Jobsplus jew f'xi entità oħra li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jinżammux rekords uffiċjali dwar il-ħiliet, kwalifiki u okkupazzjonijiet ta’: ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin? Jekk iva, jista’ jippreżentahom f’tabella seperata b’numri u kategoriji ta’ ħiliet u okkupazzjonijiet identifikati li għandu l-Gvern?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li Jobsplus iżżomm informazzjoni dwar l-okkupazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Okkupazzjonijiet (ISCO). Din l-informazzjoni hija provduta fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Ħaddiema - Livell ta’ Edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin, skont il-livell edukattiv tagħhom, jiġifieri: edukazzjoni sekondarja; edukazzjoni post-sekondarja; u edukazzjoni terzjarja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 32827, filwaqt li nirreferih ukoll għal miżura mħabbra fil-budget għas-sena d-dieħla dik li jinġħoloq Reġistru Nazzjonali ta’ Talent, għall-istudju dettaljat li ġie ppubblikat fil-Malta Labour Migration Policy u r-rapport anwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra mill-Prim Ministru Robert Abela P.L. 6111.