Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sena 2023 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34668, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2022 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34667, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2025 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34639, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.   x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2024 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34638, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.   x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2023 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34637, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2022 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34636, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34021, 34287, 34430 u 34635 u jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429 u 34634 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Buġibba – Moll – Bins tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bins tal-iskart installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn jiżdiedu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Buġibba ġew installati żewg bins ta’ l-iskart  fiż-żona fejn hemm installata l-istruttura tat-terminal .

Buġibba – Moll – Pilastri tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pilastri tal-ilma u tad-dawl (water and electricity pillars) installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba humiex qed jiffunzjonaw kif suppost? Jekk le, jista’ jgħid meta mistennija jsiru operattivi u x’inhuma r-raġunijiet għaliex għadhom mhumiex qed jintużaw?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Settur tal-għadis - Artificial reefs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jikkjarifika jekk il-Gvern jarax l-iżvilupp ta’ artificial reefs bħala parti mill-istrateġija tiegħu biex jissaħħaħ u jitkabbar is-settur tal-għadis, u jekk hux se jieħu r-responsabbiltà politika sabiex jiżgura li proġetti ta’ dan it-tip ma jinħakmux f’piż burokratiku żejjed li jista’ jxekkel investiment sostenibbli u opportunitajiet ekonomiċi ġodda?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 34749.

Settur tal-għadis - Artificial reefs

Question

F’każ ta’ proposti biex jinħolqu artificial reefs bil-għan li s-settur tal-għadis jissaħħaħ, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’tip ta’ applikazzjoni trid issir eż. ta’ żvilupp sħiħa, minħabba li dawn l-inizjattivi għandhom għan ċar ta’ promozzjoni turistika u titjib ambjentali? Jista’ wkoll jindika: i.    jekk teżistix policy ċara dwar il-ħolqien ta’ artificial reefs; u jekk iva, jista’ jqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra; ii.   liema huma l-materjali aċċettabbli u dawk mhux aċċettabbli, u iii.  liema awtoritajiet għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom u fuq liema bażi legali qed tintalab applikazzjoni ta’ żvilupp sħiħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) appoġġjat aktar minn darba organizzazzjonijiet sabiex jimplimentaw proġetti fejn jinħolqu sikek artifiċjali billi jiġu mgħarrqa vapuri ta’ qisien differenti f’postijiet differenti. F’kull każ sar proċess kif mitlub bil-ligi tal-Ambjent u tal-Ippjanar u f’kull każ saru l-istudji u konsultazzjonijiet neċessarji li ntalbu minn dawn l-awtoritajiet. Il-Ministeru responsabbli mit-Turiżmu u l-MTA dejjem appoġġjaw is-settur tal-ghadds (diving) kemm mil-lat ta’ reklamar u kemm mill-lat ta’ prodott.

CAYS - Faċilitajiet għall-Ħaddiema u Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li qed jaħdmu mill-binja l-ġdida taċ-Child and Young People's Services (CAYS) għandhomx aċċess għall-faċilitajiet ta’ parkeġġ allokati għalihom? Jekk il-parkeġġ huwa riservat esklussivament għall-klijenti, jista’ jgħid x’arranġamenti alternattivi saru għall-ħaddiema, u jekk iqisx dan bħala konformi mal-obbligi ta’ min iħaddem lejn l-impjegati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ġewwa l-binja ser ikun parkeġġ.  Il-klijenti li ser jipparkjaw f’dan il-parkeġġ ser ikollhom il-faċilità li mill-parkeġġ jitilgħu fis-sular fejn ser jingħataw is-servizz.  Barra minn hekk, quddiem il-binja ser ikun hemm parkeġġ riservat għall-persuni li jkollhom bżonn wheelchair. Għall-ħaddiema, ser ikun hemm parkeġġ.  Apparti dak ġol-binja, mistenni jkun hemm parkeġġ ieħor riservat għall-ħaddiema.

CAYS - Governanza u struttura amministrattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: 1.    taħt liema struttura legali jew amministrattiva qed topera ċ-Child and Young People's Services (CAYS) bħalissa; 2.    kif il-ħaddiema li qabel kienu jaqgħu taħt entitajiet differenti (MCH, MDH, CMO) qed jiġu integrati amministrattivament; 3.    jekk humiex qed jiġu implimentati bidliet fir-rappurtar, kuntratti, sistemi tal-pagi jew kundizzjonijiet tal-impjieg; u 4.    jekk saritx konsultazzjoni mal-professjonisti affettwati (PTs, OTs u professjonisti oħra tas-saħħa alleati) qabel ir-rilokazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li il-CAYS sejra tgħaqqad is-servizzi li kienu diġa qed jingħataw permezz ta’ CDAU u CYPS. Għar-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-PQs 34672 u 34673.

CAYS - Tħejjija Operattiva u kontinwità tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra: 1.    jekk inħarġitx komunikazzjoni interna uffiċjali li tordna lill-ħaddiema jibdew jaħdmu mill-binja taċ-Child and Young People's Services (CAYS); 2.    f’liema data nħarġet tali direttiva; 3.    jekk jeżistix pjan formali ta’ tranżizzjoni għar-rilokazzjoni tas-servizzi; u 4.    kif qed tiġi ssalvagwardjata l-kontinwità tas-servizz lill-pazjenti/klijenti fid-dawl li: -    t-tagħmir ġie mċaqlaq; -    l-ħaddiema qed jesprimu inċertezza dwar is-sistemi operattivi u -    t-timijiet huma maqsuma taħt entitajiet differenti (MCH, MDH, CMO) b’sistemi amministrattivi u tal-pagi separati? Jista’ jgħid ukoll jekk din ir-rilokazzjoni ġietx ippjanata b’mod strutturat u kkoordinat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li id-diskussjoni mal-impjegati kienet ilha għaddejja biex jiġi assigurat li jinħoloq pjan formali ta’ tranżizzjoni għar-rilokazzjoni tas-servizz. B’hekk qed jiġi assigurat li r-rilokazzjoni hi ppjanata b’mod strutturat. Infurmat ukoll li ngħata taħriġ fejn ser ikun hemm sistemi godda. Nassigura lill-Onor. Interpellant, li kull ħaddiem ser ikompli jirċievi s-salarju preżenti u mhux ser ikun hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

CAYS - Binja adatta għall-użu okkupazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-binja li bħalissa qed tiġi allokata għall-ħaddiema taċ-Child and Young People's Services (CAYS) kenitx iċċertifikata uffiċjalment bħala adatta għall-użu okkupazzjonali qabel ma l-ħaddiema ġew ordnati jirrilokaw?  Jista’ wkoll: 1.    jgħid f’liema data twettaq valutazzjoni tar-riskju dwar is-saħħa u s-sigurtà; 2.    jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat ta’ konformità tas-saħħa u s-sigurtà; 3.    jgħid jekk il-binja bħalissa hijiex mgħammra kompletament: -    b’għamara adegwata tal-uffiċċju (skrivaniji, siġġijiet u postijiet tax-xogħol); -    faċilitajiet sanitarji għall-ħaddiema kompletament operattivi u mgħammra; u -    servizzi ta’ tindif regolari fis-seħħ; 4.    jgħid jekk il-ħaddiema rrapurtawx li l-binja mhijiex mgħammra bl-għamara bażika u mhijiex f’kundizzjoni xierqa għax-xogħol; u 5.    jgħid jekk il-binja hijiex konformi mal-istandards okkupazzjonali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rapport sar fit-12 ta’ Frar 2026. Ninsab infurmat ukoll li l-uffiċini huma mgħammra bl-għammara adegwata u hemm fis-seħħ servizz ta’ indif. Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li l-ambjent tal-binja l-ġdida hu superjuri għall-post minn fejn dawn is-servizzi kienu qed jingħataw.   Dan għandu jkun ta’ benefiċċju għal dawk li jiġu bżonn dawn is-servizzi u għall-professjonisti li ser ikollhom aktar faċilitajiet għad-dispożizzjoni tagħhom.

Sena 2025 - Ħaddiema Outsourced f’Entitajiet u Kumpaniji tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi sabiex jaħdmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.     l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2024 - Ħaddiema Outsourced f’Entitajiet u Kumpaniji tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi sabiex jaħdmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.     l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2023 - Ħaddiema Outsourced f’Entitajiet u Kumpaniji tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi sabiex jaħdmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.     l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.