Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pannelli solari - Installazzjonijiet - Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fornituri jew installaturi ta’ pannelli solari humiex obbligati jew mitluba jivverifikaw li jkunu ġew miksuba l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel ma jsiru installazzjonijiet ta’ sistemi ta’ pannelli solari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S.552.08), u d-dokument “Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015” huma dokumenti pubbliċi li jistgħu jiġu kkonsultati minn fornituri jew installaturi ta’ pannelli solari sabiex jiġu evitati installazzjonijiet fuq strutturi jew żviluppi li m’għandhomx il-permessi meħtieġa. Barra minn hekk, l-Awtorità tal-Ippjanar toffri servizz tekniku kuljum permezz tat-telefon, kif ukoll mill-Front Desk tagħha fl-uffiċini ta’ Malta u anke l-uffiċċju ta’ Għawdex.

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429, 34634 u 34846 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Buġibba – Moll – Pilastri tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34790 u jgħid jekk il-pilastri tal-ilma u tad-dawl (water and electricity pillars) installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba humiex qed jiffunzjonaw kif suppost? Jekk le, jista’ jgħid meta mistennija jsiru operattivi u x’inhuma r-raġunijiet għaliex għadhom mhumiex qed jintużaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pilastri tal-ilma u tad-dawl installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba huma parti minn sistema li teħtieġ integrazzjoni ma’ mekkaniżmi tekniċi sabiex is-servizz ikun jista’ jingħata b’mod regolat. Minħabba kwistjonijiet tekniċi relatati mas-sistemi informattivi u l-arranġamenti ta’ billing mal-fornitur tas-servizz, il-kummissjonar ta’ dawn il-pilastri ħa aktar żmien milli kien previst inizjalment. Dawn il-kwistjonijiet issa ġew indirizzati u s-servizz huwa mistenni li jidħol fis-seħħ fil-jiem li ġejjin, wara li jitlestew l-aħħar verifiki tekniċi.

Sena 2023 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34849, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.     f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.   in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.   l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 34849.

Sena 2022 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34848, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.     x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.    in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.    l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 34848.

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34847 dwar xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, fejn ġie mwieġeb li “bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.”, jista’ l-Ministru jipprovdi iktar dettalji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx xi nżid mat-tweġiba li diġa ngħatat.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Sigurtà marittima u rispons ta’ emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju jew valutazzjoni dwar l-impatt li operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jista’ jkollu fuq it-traffiku marittimu u s-sigurtà fil-baħar? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jiġu kkunsidrati sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta’ emerġenza marittimi, inklużi dawk tal-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta u l-awtoritajiet kompetenti, ikunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv f’każ ta’ inċident jew emerġenza relatata ma’ dawn l-operazzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-pjattaforma/struttura li qed issir referenza għaliha, fid-disinn u fl-operat tagħha, se topera bl-istess mod bħal kull bastiment kummerċjali ieħor li bħalissa jopera fl-ibħra territorjali ta’ Malta. Għaldaqstant, hija suġġetta għall-istess qafas regolatorju u rekwiżiti operattivi li japplikaw għall-bastimenti kummerċjali li joperaw fiż-żoni marittimi tagħna. Fir-rigward ta’ emerġenzi marittimi, għandu jsir riferiment lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom ir-responsabbiltà għall-ġestjoni ta’ emerġenzi marittimi.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Sigurtà marittima u rispons ta’ emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju jew valutazzjoni dwar l-impatt li operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jista’ jkollu fuq it-traffiku marittimu u s-sigurtà fil-baħar? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jiġu kkunsidrati sabiex jiġi żgurat li s-servizzi ta’ emerġenza marittimi, inklużi dawk tal-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta u l-awtoritajiet kompetenti, ikunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv f’każ ta’ inċident jew emerġenza relatata ma’ dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-entitajiet ta’ sigurtá jaħdmu skont il-liġijiet tal-pajjiż, filwaqt li n-natura u klassifikazzjoni ta’ strutturi hija regolata minn awtoritajiet kompetenti.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Miżuri ta’ ppjanar/mitigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ ppjanar jew ta’ mitigazzjoni qed jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet sabiex jiġi indirizzat l-impatt potenzjali fuq l-infrastruttura lokali, b’mod partikolari fuq il-jetties, slipways u punti ta’ żbark fiż-żoni tar-Reġjun Tramuntana, fil-każ li operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jattira numru sostanzjali ta’ persuni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Protokolli ta’ infurzar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’koordinazzjoni qed issir jew hi prevista li ssir bejn Transport Malta (TM Maritime), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jiġi żgurat li bastimenti, pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità li jżommu f’wiċċ l-ilma ma jidħlux f’żoni riservati għall-għawm, u li ma jinqabżux il-livelli permissibbli ta’ storbju li jistgħu jaffettwaw lir-residenti tul il-kosta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lil-Ministeru konċernat.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Protokolli ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’koordinazzjoni qed issir jew hi prevista li ssir bejn Transport Malta (TM Maritime), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jiġi żgurat li bastimenti, pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità li jżommu f’wiċċ l-ilma ma jidħlux f’żoni riservati għall-għawm, u li ma jinqabżux il-livelli permissibbli ta’ storbju li jistgħu jaffettwaw lir-residenti tul il-kosta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjattaforma/struttura li qed issir referenza għaliha, fid-disinn u fl-operat tagħha, se topera bl-istess mod bħal kull bastiment kummerċjali ieħor li bħalissa jopera fl-ibħra territorjali ta’ Malta. Għaldaqstant, hija suġġetta għall-istess regolamenti u obbligi applikabbli għall-bastimenti kummerċjali. B’mod partikolari, l-ebda bastiment ma huwa permess jidħol fiż-żoni riservati għall-għawm li jkunu stabbiliti permezz tan-Notices to Mariners rilevanti maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw bl-istess mod għal kwalunkwe bastiment jew struttura li topera fuq il-baħar. Barra minn hekk, l-operaturi huma obbligati josservaw ukoll in-Notices to Mariners relatati mal-livelli ta’ storbju abbord bastimenti kummerċjali, sabiex jiġi żgurat li l-operat tagħhom ma jaqbiżx il-livelli permissibbli ta’ storbju u ma jikkawżax inkonvenjent lir-residenti tul il-kosta. Transport Malta tkompli tikkollabora mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), sabiex jiġi żgurat li dawn ir-regolamenti jiġu osservati u infurzati kif xieraq.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Protokolli ta’ infurzar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’koordinazzjoni qed issir jew hi prevista li ssir bejn Transport Malta (TM Maritime), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jiġi żgurat li bastimenti, pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità li jżommu f’wiċċ l-ilma ma jidħlux f’żoni riservati għall-għawm, u li ma jinqabżux il-livelli permissibbli ta’ storbju li jistgħu jaffettwaw lir-residenti tul il-kosta?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Impatt ambjentali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux jew humiex previsti studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali relatat ma’ operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-baħar, il-ġestjoni tal-iskart, u l-impatt possibbli tal-istorbju fuq ir-residenti u l-komunitajiet kostali fil-qrib?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34864, inżid li dwar il-ġestjoni tal-iskart, kwalunkwe vettura, inkluż vapuri, li twettaq it-trasport tal-iskart teħtieġ permess skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tal-Immaniġġjar tal-Iskart (L.S. 549.45).

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Impatt ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux jew humiex previsti studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali relatat ma’ operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-baħar, il-ġestjoni tal-iskart, u l-impatt possibbli tal-istorbju fuq ir-residenti u l-komunitajiet kostali fil-qrib?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34862.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Impatt ambjentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk sarux jew humiex previsti studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali relatat ma’ operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-baħar, il-ġestjoni tal-iskart, u l-impatt possibbli tal-istorbju fuq ir-residenti u l-komunitajiet kostali fil-qrib?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Liċenzjar u permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet rispettivi rċevewx xi applikazzjoni jew jekk ingħatax xi permess għall-operat ta’ pjattaforma jew struttura ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jew pjattaformi kbar li jżommu f’wiċċ l-ilma, fiż-żona tar-Reġjun Tramuntana jew f’żoni oħra fil-qrib? Jekk iva, jista’ jgħid ta’ xiex inhuma, f’liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet u taħt liema qafas regolatorju qed jiġu kkunsidrati?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34862.

Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Liċenzjar u permessi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-awtoritajiet rispettivi rċevewx xi applikazzjoni jew jekk ingħatax xi permess għall-operat ta’ pjattaforma jew struttura ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar jew pjattaformi kbar li jżommu f’wiċċ l-ilma, fiż-żona tar-Reġjun Tramuntana jew f’żoni oħra fil-qrib? Jekk iva, jista’ jgħid ta’ xiex inhuma, f’liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet u taħt liema qafas regolatorju qed jiġu kkunsidrati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, li jinkludu l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, ma rċievew l-ebda applikazzjoni formali għal dak li qed jiġi deskritt fil-mistoqsija tiegħu.

Port il-Kbir – Riġenerazzjoni - Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34489 u 34671 u jagħti lista sħiħa tal-konċessjonijiet kollha li ġew iffirmati mill-Gvern fiż-żona tal-Port il-Kbir (Grand Harbour)?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15454.

Sena 2025 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34670, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2024 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34669, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement sabiex ħadmu: a. f’entitajiet tas-settur pubbliku; b. fl-awtoritajiet; u ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv, matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.      l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati; ii.     l-Ministeru responsabbli; iii.    it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu; iv.    n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u v.     l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.