Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti alternattivi ser jingħataw lill-istudenti u lir-residenti tal-Mellieħa wara l-għeluq tal-librerija pubblika fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta dawn l-arranġamenti ser jidħlu fis-seħħ?
Servizz ta’ CT - Sessjonijiet ta’ twilight - Spiża totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali relatata mas-servizzi ta’ CT, għas-sessjonijiet waqt twilight hours matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma entità b’entità? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx mekkaniżmi strutturati ta’ verifika interna u esterna, inkluż audit finanzjarju u operattiv, sabiex jiġi assigurat li dawn is-servizzi jkunu konformi mal-prinċipji ta’ governanza tajba u valur għall-flus?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali relatata mas-servizzi tas-CT scans waqt it-twilight hours għall-perjodu bejn Marzu 2025 u Awwissu 2025 kienet ta’ €415,560, fejn b’kollox saru 5,375 scan fl-entitajiet tal-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u San Vinċenz de Paul. Is-servizz huwa regolat minn mekkaniżmi ta’ verifika interna u esterna li jinkludu r-rikonċiljazzjoni klinika tad-dejta mas-sistemi diġitali tal-isptar u verifiki finanzjarji perjodiċi, anke mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, sabiex tiġi żgurata l-governanza tajba, it-trasparenza u l-massimu valur għall-flus f'dawn il-proċessi operattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull entità li tipprovdi servizz ta’ CT, x’inhi l-kategorija tal-età tal-pazjenti li jsiru testijiet fuqhom waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju u waqt sessjonijiet ta’ twilight hours, u x’inhu l-ħin medjan li fih isiru l-proċeduri ta’ CT f’kull waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħin, maqsuma entità b’entità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-servizz tas-CT scans, kemm waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju kif ukoll waqt is-sessjonijiet tat-twilight f’kull entità rispettiva, jingħata lil pazjenti ta’ kull età abbażi tal-bżonnijiet kliniċi tal-pazjent. Skont l-iStandards Operating Procedures, is-sessjonijiet tat-twilight huma ddisinjati biex joffru flessibbiltà lil hinn mill-ħinijiet normali tax-xogħol biex jintlaħqu l-esiġenzi tal-pazjenti u titnaqqas il-lista ta' stennija. Il-ħin medjan tal-proċeduri mhuwiex marbut mal-kategorija tal-ħin iżda mal-kumplessità klinika ta’ kull każ individwali, fejn is-servizz jingħata b'mod ekwu u effiċjenti f'kull ħin tal-ġurnata skont il-prijorità medika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħinijiet uffiċjali meqjusa bħala “office hours” u “twilight hours” għal servizzi ta’ CT f’kull entità rispettiva, u jekk dawn il-ħinijiet humiex uniformi bejn l-entitajiet kollha jew jekk ivarjawx minn entità għal oħra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ħinijiet normali huma dawk skond il-ħinijiet tax-shift tar-radjogafu. It-twilight hours, jiġu skattati immedjatament malli jispiċċaw il-ħinijiet tax-shift tar-radjografu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru CT scans għal kull entità li tipprovdi servizz ta’ CT fis-settur pubbliku jew permezz ta’ arranġamenti pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma bejn dawk li saru waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju u dawk li saru waqt twilight hours, maqsuma entità b’entità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għall-perjodu bejn Marzu 2025 u Awwissu 2025, in-numru ta’ CT scans li saru fl-entitajiet tal-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u San Vinċenz de Paul matul il-ħinijiet normali kliniċi kien ta’ 8,030 scan. Matul l-istess perjodu, in-numru ta’ scans li saru waqt it-twilight hours kien ta’ 5,375.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429, 34634, 34846 u 35011 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Healthcare - Avvenimenti u nefqa pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod dettaljat:
i. kemm-il konferenza, seminar jew avveniment simili organizza d-Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Healthcare matul l-aħħar ħames snin;
ii. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull wieħed minn dawn l-avvenimenti;
iii. minn liema vot jew fondi pubbliċi ġew iffinanzjati dawn l-inizjattivi; u
iv. jekk saritx jew jekk hijiex ippjanata xi forma ta’ audit finanzjarju jew amministrattiv relatat ma’ dawn l-inizjattivi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għal kull nefqa, jiġu applikati r-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Kull nefqa saret minn Vot apposta għat-taħriġ.
Konferenza “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025” - Parteċipazzjoni u riżultati
Question
B’referenza għall-konferenza “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025”, jista’ l-Ministru jgħid, b’mod dettaljat:
i. kemm kien in-numru ta’ impjegati tas-Servizz Pubbliku jew ta’ entitajiet tas-saħħa li attendew għal din il-konferenza u minn liema entitajiet kienu ġejjin;
ii. jekk ġewx imħallsa speakers esterni, konsulenti jew organizzaturi oħra relatati ma’ din il-konferenza u kemm kienet l-ispiża totali ta’ dawn il-ħlasijiet; u
iii. jekk wara l-konferenza ġiex ippreparat rapport li jiddokumenta r-riżultati jew ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minnha, u jekk dan ir-rapport ġiex ippubblikat jew iċċirkolat lill-professjonisti tas-servizzi tal-Allied Healthcare?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-konferenza ġew dokumentati u diġà ġew diskussi mas-Senior Leadership tad-Direttorat tal-Allied Health Services biex jiġu riflessi fil-pjan ta' taħriġ għall-2026.
Infurmat ukoll li ġew organizzati laqgħat maċ-Chairs tat-Task Forces, u l-Working Groups biex dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu appoġġjati b’effett immedjat u integrati fil-KPIs tad-Direttorat. Permezz ta’ dan il-proċess u ċ-ċirkolazzjoni tal-kontenut xjentifiku mal-professjonisti kollha, il-konferenza ssarfet f’azzjonijiet konkreti li qed itejbu s-servizz mogħti lill-pazjenti.
Għar-rigward ta’ kemm impjegati attendew, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 34126.
Konferenza “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025” - Organizzazzjoni u spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-organizzaturi tal-konferenza bl-isem “One System, Many Pathways: Innovating with Purpose – Annual Conference 2025” li saret fil-Mediterranean Conference Centre fil-Belt Valletta fil-5 u s-6 ta’ Novembru 2025, jekk hux il-Ministeru jew id-Direttorat tas-Servizzi tal-Allied Healthcare? Jista’ jgħid ukoll, b’mod dettaljat:
i. x’kienet l-ispiża totali ta’ din il-konferenza;
ii. kif kienet maqsuma din l-ispiża, inkluż kiri tal-post, servizzi ta’ catering, servizzi tekniċi, marketing, materjal promozzjonali u kwalunkwe nefqa oħra relatata;
iii. minn liema vot jew fondi pubbliċi ġiet iffinanzjata din l-inizjattiva; u
iv. jekk għall-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza ġewx segwiti proċeduri ta’ procurement pubbliku jew proċeduri amministrattivi oħra u liema kienu dawn il-proċeduri?
Sena 2025 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34855, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced, sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2024 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34854, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2023 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34853, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2022 - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement f’entitajiet u kumpaniji tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34852, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ xiri tas-servizzi tagħhom, permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced sabiex ħadmu:
a. f’entitajiet tas-settur pubbliku;
b. fl-awtoritajiet; u
ċ. f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem jew kontroll effettiv,
matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. l-entità jew kumpanija fejn ġew assenjati;
ii. l-Ministeru responsabbli;
iii. it-tip ta’ xogħol li qed iwettqu;
iv. n-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
v. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2025 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34851, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2024 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34850, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħaddiema li jaħdmu permezz ta’ aġenziji tal-impjieg ma' Jobsplus, humiex qed jingħataw l-istess paga u kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema l-oħrajn li huma impjegati full-time direttament mal-entità, u li jagħmlu l-istess xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li Jobsplus tagħmel użu minn servizzi li jiġu pprovduti minn kumpaniji li jispeċjaliżżaw fis-servizz pertinenti. Dawn jinkludu servizzi ta’ tindif u ta’ sigurta. Ir-remunerazzjoni għall-ħaddiema impjegati permezz ta' kuntratt ma’ kumpaniji terzi mal-Jobsplus hija rregolata minn linji gwida maħruġa mid-Diviżjoni
People and Standards
(P&SD) skond il parametri stabiliti fil LN 128/24 u LN125/25, biex tiġi żgurata parità mal-istandards stabbiliti mill-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istruttura tal-multi jew penali li jistgħu jiġu imposti f’każijiet fejn pannelli solari jiġu installati fuq strutturi li m’għandhomx il-permessi meħtieġa jew li fuqhom ikun hemm stop notice, inkluż jekk dawn il-multi jew penali jiġux applikati ta’ kuljum u kif dawn huma kkalkulati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari nru 35015.
Pannelli solari – Mekkaniżmi ta’ kontroll/monitoraġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar jew xi awtorità oħra tipprovdix gwida jew għandhiex mekkaniżmi ta’ kontroll jew monitoraġġ lejn fornituri jew installaturi ta’ pannelli solari sabiex jiġu evitati installazzjonijiet fuq strutturi jew żviluppi li m’għandhomx il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward pannelli solari, l-installazzjoni ta’ pannelli solari hija meqjusa bħala “żvilupp” kif definit fl-Artikolu 70(1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (KAP. 552). Madankollu, skont Klassi 1(iv) tal-Iskeda annessa mal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S.552.08), l-installazzjoni ta’ “pannelli għax-xemx u t-tagħmir tagħhom, u pannelli foto-voltajċi u t-tagħmir tagħhom” ma għandhomx bżonn ta’ permess ta’ żvilupp mill-Awtorità tal-Ippjanar, u lanqas huma soġġetti għall-proċedura tan-notifika stabbilita fl-artikolu 5(1) u (3) mal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S.552.08).
Iżda tali strutturi jridu jkunu konformi mal-policies tad-dokument “
Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015
”, speċjalment ma’ Policy G26 u Policy P48 li jinkludu deskrizzjoni u anke disinji ta’ fejn u kif għandhom jitwaħħlu biex ikunu aċċettabbli mil-lat ta’ ppjanar ta’ żvilupp. F’każ ta’ twaħħil ta’ pannelli solari f’ċirkostanzi mhux kontemplati fil-policies tad-“
Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015
”, jew mhux eżentati mill-ħtieġa ta’ permess ta’ żvilupp skont l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S.552.08), trid tiġi sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jinkiseb permess ta’ żvilupp.
L-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S.552.08), u d-dokument “
Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015
” huma dokumenti pubbliċi li jistgħu jiġu kkonsultati minn fornituri jew installaturi ta’ pannelli solari sabiex jiġu evitati installazzjonijiet fuq strutturi jew żviluppi li m’għandhomx il-permessi meħtieġa. Barra minn hekk, l-Awtorità tal-Ippjanar toffri servizz tekniku kuljum permezz tat-telefon, kif ukoll mill-Front Desk tagħha fl-uffiċini ta’ Malta u anke l-uffiċċju ta’ Għawdex.
Jekk il-pannelli solari ma jitwaħħlux skont il-policies relatati, jew għandhom bżonn ta’ permess ta’ żvilupp, dawn jistgħu jkunu soġġetti għal multa ta’ kuljum skont ir-Regolamenti dwar Multi għal Kull Ġurnata u Multi Amministrattivi (S.L.552.24) jekk tali żvilupp ikun sar wara Novembru 2012. Jekk il-pannelli solari jitwaħħlu fuq żvilupp illegali li huwa diġà soġġetta għal Avviż ta’ Waqfien u ta’ Twettiq, il-pannelli solari huma wkoll illegali u l-istess Regolamenti dwar Multi għal Kull Ġurnata u Multi Amministrattivi (S.L.552.24) huma applikabbli peress li dan huwa meqjus bħala ksur ta’ Avviż ta’ Waqfien u ta’ Twettiq eżistenti.
L-istruttura tal-multi li jistgħu jiġu imposti hija regolata mill-Iskeda ta’ Multi għal Kull Ġurnata li hija annessa mar-Regolamenti dwar Multi għal Kull Ġurnata u Multi Amministrattivi (S.L.552.24). Il-kategorija ta’ multi applikabbli hija deċiża skont il-kobor tal-installazzjoni u/jew iż-żona li s-sit jinsab fiha. Il-multi huma applikati ta’ kuljum u huma kkalkulati skont ir-regolamenti tal-istess leġiżlazzjoni sussidjarja, sa massimu ta’ €50,000 (ħamsin elf ewro) għal kull avviż jew ksur ta’ avviż li jinħareġ.
Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri f’każijiet fejn ikun diġà ġie maħruġ stop notice mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq struttura jew installazzjoni, iżda xorta waħda s-sid jew il-fornitur jipproċedu bix-xiri u l-installazzjoni ta’ pannelli solari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari nru 35015.
Pannelli solari – Mekkaniżmi ta’ verifika – Fondi/skemi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx mekkaniżmi ta’ verifika biex jiġi żgurat li l-fondi marbuta mas-sistemi ta’ pannelli solari ma jintużawx biex jiffaċilitaw jew jappoġġjaw żvilupp fuq bini li m’għandux permess, fid-dawl tal-fatt li dawn is-sistemi ħafna drabi jkunu marbuta ma’ fondi Ewropej jew skemi ta’ għajnuna tal-Gvern?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.