Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1905 u jgħid kemm investa l-Gvern f’taħriġ marittimu mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investiment totali tal-Gvern fit-taħriġ marittimu, għall-perjodu bejn l-2022 u l-2026, jammonta għal €151,320.22 għas-sena 2022, €63,845.84 għas-sena 2023, €68,295.79 għas-sena 2024, €162,169.46 għas-sena 2025 u €19,606.58 għas-sena 2026. Dawn l-ammonti jirriflettu n-nefqa totali relatata mat-taħriġ marittimu għas-snin rispettivi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1903 u jgħid kemm-il spezzjoni Port State Control (PSC) saret f’Malta mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena, u x’kienet ir-rata ta’ detenzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul il-perjodu mill-2022 sal-lum, twettqu total ta’ 883 spezzjoni f’Malta fil-qafas tal-Port State Control, li rriżultaw f’rata medja ta’ detenzjoni ta’ 3.85%.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1899 u jgħid jekk il-Gvern ippreżentax dokumenti jew data lill-Kummissjoni Ewropea biex juri l-impatt sproporzjonat tal-EU Emissions Trading System (EU ETS) fuq Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
EU Emissions Trading System – Studju dwar l-impatt ekonomiku
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1898 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u jgħid jekk sarx studju mill-Gvern dwar l-impatt ekonomiku tal-EU Emissions Trading System (EU ETS) fuq Malta bħala Stat gżira? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proposta għar-reviżjoni tal-EU ETS għadha qed tiġi diskussa fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. F’dawn id-diskussjonijiet, Malta saħqet fuq il-ħtieġa li jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ pajjiżna bħala Stat gżira, b’mod partikolari d-dipendenza tiegħu fuq il-konnettività marittima u bl-ajru. Sabiex ma tiġix ippreġudikata l-pożizzjoni ta’ Malta f’dawn id-diskussjonijiet, f’dan l-istadju l-Gvern mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1897 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u tgħid kemm hi l-medja ta’ stennija biex jiġu installati charging points pubbliċi ġodda wara li jkunu ġew approvati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, minn meta jinħareġ il-permess għax-xogħlijiet fit-triq, ix-xogħlijiet meħtieġa biex jiġi installat punt tal-iċċarġjar pubbliku għall-vetturi elettriċi (EV) normalment jieħdu madwar 18-il ġimgħa. Dawn iż-żminijiet jistgħu jvarjaw skont ċirkostanzi li jistgħu jaffettwaw il-progress tax-xogħlijiet.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1896 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u tgħid kemm hemm charging points pubbliċi li ma jaħdmux u kemm ilhom barra mis-servizz?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li minn total ta’ 578 charging point pubbliku hemm sebgħa li mhux jiffunzjonaw minħabba li għadhom ma waslux il-parts elettroniċi minn barra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1895 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbliu u tgħid kemm-il charging point pubbliku ġdid ġie installat kull sena mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom huma operattivi llum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hawn 646 charging point li l-pubbliku jista’ juża mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Minnhom 578 huma responsabbiltà tal-Climate Action Authority u l-oħrajn huma ta’ operaturi privati. Minn dawn, hemm 438 charging point li kienu installati fl-aħħar ħames snin u li kollha huma operattivi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1891 u jgħid jekk il-Gvern għandux KPI nazzjonali dwar il-ħin medju li ċittadin iqatta’ fit-traffiku kull sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Proġetti infrastrutturali – Transport impact assessments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1890 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli u jgħid kemm hemm proġetti infrastrutturali li qed isiru mingħajr transport impact assessment?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Awtorita tal-Ippjanar titlob Traffic Impact Assessment għal proġetti ta’ żvilupp maġġuri li jaqgħu taħt il-kriterji kif stabliliti u kif inhu stipulat fiċ-cirkulari għall-Periti CIR 1/15. Proġetti infrastrutturali ma jaqgħux taħt waħda mill-kriterji stabbiliti fiċ-ċirkularili CIR 1/15 u għalhekk, waqt il-proċess ta’ applikazzjonijiet ta’ proġetti infrastrutturali , ma jintalabx studju ta’ Traffic Impact Assessment mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Transport Malta u Malta Public Transport – Penali mħallsa lill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1888 u jgħid kemm tħallsu penali lill-Gvern, mill-Malta Public Transport u kemm tħallsu penali lill-Malta Public Transport fl-aħħar ħames snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1887 u jgħid kemm-il darba Malta Public Transport naqset milli tilħaq il-KPIs tagħha u x’penali ġew imposti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba tisab diġa disponibbli u pprovduta fil-kuntratt li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1886 u jgħid kemm-il vjaġġ skedat tal-linja ma twettaqx matul kull xahar tal-aħħar sentejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont l-informazzjoni disponibbli, ir-rata ta’ twettieq tas-servizz tat-trasport pubbliku għal kull xahar matul il-perjodu mitlub kienet kif tidher fit-tabella segwenti:
Twettieq
Xahar
2024
2025
2026
Jannar
99.36%
99.17%
Frar
99.27%
99.05%
Marzu
98.46%
98.98%
April
99.51%
99.42%
Mejju
99.53%
99.06%
Ġunju
98.49%
99.03%
99.34%
Lulju
98.96%
99.23%
99.10%
Awissu
99.51%
99.49%
Settembru
99.28%
99.55%
Ottubru
99.47%
98.97%
Novembru
99.19%
99.24%
Diċembru
99.03%
99.15%
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni qed tittieħed dwar rapporti ta’ residenti dwar allegat tlielaq bil-karozzi, sewqan perikoluż u storbju minn vetturi fiż-żona ta’ Ta’ Qali, li skont dawn ir-rapporti jibqgħu għaddejjin sas-siegħa ta’ filgħodu?
Jista’ jagħti, għal dawn l-aħħar tnax-il xahar, maqsuma xahar b’xahar:
i. in-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija dwar dawn l-abbużi;
ii. in-numru ta’ rondi u operazzjonijiet ta’ infurzar li saru bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u s-sagħtejn ta’ filgħodu; u
iii. n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa u każijiet li tressqu l-Qorti, skont it-tip ta’ ksur?
Jista’ jgħid ukoll jekk l-infurzar f’dawn il-ħinijiet hux ser jissaħħaħ u x’miżuri immedjati se jittieħdu biex jitħarsu r-residenti u l-persuni li jiffrekwentaw iż-żona?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li bejn Novembru 2025 u Ottubru 2026, il-pulizija intervjeniet mija u erbgħtax il-darba (114).
B’riżultat tal-infurzar, tressqu tmien akkużi relatati ma’ sewqan perikoluż f’Ta’ Qali u l-inħawi tal-madwar, kif ukoll inħarġu diversi ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet tat-traffiku, fosthom sewqan taħt l-influwenza tax-xorb u sewqan mingħajr liċenzja valida. F’każ wieħed, is-sewwieq ġie mmultat €1,000 u l-liċenzja tiegħu ġiet sospiża għal tliet xhur.
Il-Pulizija ser tkompli bl-ispezzjonijiet u r-rondi f’din iż-żona sabiex tindirizza kwalunkwe inkonvenjent.
Ta’ Qali - Dawl pubbliku u sigurtà tal-persuni mexjin
Question
Fid-dawl ta’ tħassib imressaq minn residenti dwar viżibilità baxxa billejl fiż-żona ta’ Ta’ Qali, tista’ l-Ministru tgħid:
i. liema entità hija responsabbli mid-dawl pubbliku fit-toroq, il-passaġġi pedonali u l-parkeġġi tal-Park Nazzjonali u ta’ madwaru;
ii. meta saret l-aħħar spezzjoni tad-dawl u valutazzjoni tas-sigurtà tal-persuni li jkunu mexjin, u x’nuqqasijiet ġew identifikati;
iii. liema tiswijiet jew titjib fid-dawl huma ppjanati, x’baġit ġie allokat u meta ser jitlestew; u
iv. jekk saritx valutazzjoni, flimkien ma’ Transport Malta u l-Pulizija, tal-ħtieġa għall-passaġġi u punti ta’ qsim imdawla aħjar u miżuri biex titnaqqas il-veloċità tal-vetturi?
Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kwalunkwe rapport jew valutazzjoni rilevanti?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1883 u jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati għal kull kilometru kwadru f’Malta u kif din iċ-ċifra titqabbel mal-medja tal-Unjoni Ewropea?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika fl-Ewropa ma tinġabarx b’dan il-mod.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1882 u jgħid kemm ġew irreġistrati vetturi ġodda mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-kategorija tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
National Transport Master Plan 2030 - Recommendations
Question
With reference to the reply to parliamentary question 1878 regarding the National Transport Master Plan 2030, can the Minister in detail state which recommendations have been implemented and which have not yet been implemented?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Fid-dawl tat-tħabbira riċenti tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li qed tippjana li tintroduċi mill-inqas 25,000 vettura kompletament awtonoma f’diversi pajjiżi u bliet Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex fost il-pajjiżi kkunsidrati għal dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll:
i. jekk xi operatur ieħor kellhomx kuntatt mal-Gvern jew ma’ Transport Malta dwar testing jew introduzzjoni ta’ driverless taxis/robotaxis f’Malta;
ii. jekk saritx jew hix qed issir xi evalwazzjoni regolatorja, ta’ sigurtà u ta’ impatt ekonomiku fuq is-settur tat-taxis u Y-plates;
iii. jekk il-Gvern hux se jikkonsulta mas-sewwieqa u l-operaturi qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar l-introduzzjoni kummerċjali ta’ dawn il-vetturi; u
iv. jekk hemm xi kuntatt jew dokumentazzjoni dwar dan u jekk iva, jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Trasport pubbliku – Nefqa totali u mekkaniżmi użati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Gvern fuq il-kuntratt tas-servizz tat-trasport pubbliku għal kull sena, mill-2021 sas-16 ta’ Settembru 2026, inkluż l-ispiża relatata mal-introduzzjoni tat-trasport pubbliku b’xejn? Fid-dawl ta’ din in-nefqa, jista’ jgħid ukoll x’mekkaniżmi jintużaw biex jiġi żgurat li rotot fejn id-domanda taqbeż il-kapaċità, fosthom ir-Rotta 110, jingħataw żieda fil-frekwenza jew fil-kapaċità sabiex il-pubbliku effettivament jibbenefika mill-investiment li qed isir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mekkaniżmu li bih l-operatur jiġi kkumpensat għal żidiet fin-network tat-trasport pubbliku huwa deskritt fil-kuntratt li jirregola dan is-servizz, li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-17 ta’ Frar 2016. In oltre, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 18053 u 33997 tal-Leġiżlatura XIV, fir-rigward tal-pagamenti li saru lill-Malta Public Transport għas-snin 2021–2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċevew Transport Malta u Malta Public Transport dwar ir-Rotta 110 matul l-2023, l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jaqsam dawn l-ilmenti skont il-kategorija, fosthom: frekwenza, overcrowding, punctuality, missed trips u reliability?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilmenti li rċeviet Transport Malta għall-perjodu indikat f’din il-Mistoqsija Parlamentari li huma marbuta mar-rotta 110 huwa kif jidher f’din it-tabella.
2023
2024
2025
2026 (Awissu)
Ilmenti fuq xufiera jew impjegati oħra
1
3
1
-
Affidabbiltà
3
6
6
4
Spazju u Skeda
2
1
15
3
Ir-Rotta
3
11
23
2
Puntwalità
3
2
8
1
Informazzjoni oħra
2
5
15
2