Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tal-BCRS

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9284, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, u tgħid kemm-il persuna użat is-servizz tal-BCRS minn meta bdew sal-lum u kemm ħarġu flus?

Response (DALLI, MIRIAM)

Minn tagħrif li għandha Circular Economy Malta jirriżulta li BCRS Malta Ltd, li hija l-kumpanija privata li qed topera din l-iskema, ġabret b’mod kostanti 74% tal-kontenituri tax-xorb maħruġa fis-suq matul is-sena 2023. L-ammont ta’ rifużjoni tad-depożitu li din il-kumpanija ħarġet permezz ta’ vawċers mir-Reverse Vending Machines, mill-14 ta’ Novembru 2022 sat-18 ta’ Ġunju 2023, kien ta’ €8,284,762.

Pazjenti li ntbagħtu barra minn Malta għal kura

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intbagħtu pazjenti jieħdu kura barra minn Malta taħt id-Dipartiment tat-Treatment Abroad mill-2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10375.

Mosta – tħawwil ta’ siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew iż-żewġ siġriet taż-żebbuġ li tħawlu mill-Kunsill Lokali Mosta, waħda fiż-Żokrija, Triq Patri Delia ma’ Triq Madonna taż-Żejfa, u l-oħra fit-tarf bejn Triq Valletta u Triq il-Kbira, Mosta? Kien hemm tender biex jinxtraw?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda dwar is-siġra fiż-Żokrija, Triq Patri Delia ma’ Triq Madonna taż-Żejfa lill-Ministru kkonċernat. Sadanittant nitolbu jiċċara għal liema siġra qed jirreferi fil-parti bejn Triq Valletta u Triq il-Kbira.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tal-petrol u d-diesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tal-petrol u diesel tal-karozzi reġistrati fid-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher hawn taħt: 2012 - €7,854.75 2013 - €12,021.39 2014 - €8,840.44 2015 - €17,916.45 2016 - €14,945.88 2017 - €10,369.05 2018 - €11,453.20 2019 - €11,991.61 2020 - €10,724.67 2021 - €10,551.66 2022 - €11,033.98

Evans Building — Privatisation/Żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li tefgħu offerta għall-izvilupp/Privatisation ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Kemm kienu l-offerti mitfugħa rispettivament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sit uffiċjali tal-Gvern — ismijiet ta' membri appuntati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala s-sit ufficjali tal-Gvern (www.gov.mt) m’għadux juri l-ismijiet tal-membri appuntati mill-Gvern tal-aġenziji u bordijiet tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9032.

Inċidenti fis-Central Link

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9276, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jgħid kemm kien hemm inċidenti fis-Central Link minn meta fetħet sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-verifiki saru mis-sena 2020 sal-aħħar ta’Mejju 2023. It-toroq li jagħmlu parti mis-Central link huma diversi u huma kollha inklużi fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi l-inċidenti tat-traffiku fejn intervenew il-pulizija u kif ukoll dawk l-inċidenti li jaqgħu fir-responsabbiltà u fejn intervjenew uffiċjali tal-LESA: Sena Isem tat-Triq Fatali Bil-feriti Sempliċi jew jinvolvu proprjetà tal-Gvern Kollużjonijiet minuri (LESA) Total 2020 Triq Hannibal 0 0 1 5 6 Triq l-Imdina 0 8 20 51 79 Triq Tumas Chetcuti - - - 7 7 Triq Nutar Zarb 0 1 4 11 16 2020 Total 0 9 25 74 108 2021 Triq l-Imdina 0 14 17 39 70 Triq Tumas Chetcuti 0 0 2 0 2 Triq Ġdida fi Triq Tumas Chetcuti 0 0 1 0 1 Triq Nutar Zarb 0 0 2 2 2021 Total 0 14 22 39 75 2022 Triq l-Imdina 0 4 24 47 75 Triq Ferdinandu Inglott 0 0 1 7 8 Triq Tumas Chetcuti 0 1 0 9 10 Triq Nutar Zarb 0 0 2 3 5 2022 Total 0 5 27 66 98 2023 Triq l-Imdina 0 5 6 33 11 Triq Tumas Chetcuti 1 0 0 4 1 Triq Nutar Zarb 0 1 1 2 2023 Total* 1 6 7 37 48 *sal-31 ta’ Mejju 2023

Mosta — bollards

Question

B’referenza għall-bollards forma ta’ ballun tal-irħam li tpoġġew fil-Mosta, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dawn il-bollards li jikkonfermaw li dawn mhumiex ta’ periklu? Kemm hi l-ispiża ta’ dawn il-bollards? Ta’ min hi r-responsabbiltà u min qed jiffinanzja dawn il-bollards u liema entità qed terfa’ r-responsabbiltà dwar is-sigurtà?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10322 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Mosta — bollards

Question

B’referenza għal bollards forma ta’ ballun tal-irħam li tpoġġew fil-Mosta, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dawn il-bollards li jikkonfermaw li dawn mhumiex ta’ periklu? Kemm hi l-ispiża ta’ dawn il-bollards? Ta’ min hi r-responsabbiltà u min qed jiffinanzja dawn il-bollards u liema entità qed terfa’ r-responsabbiltà dwar is-sigurtà?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mosta – proġett fil-pjazza

Question

B’referenza għall-proġett fil-pjazza tal-Mosta, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti aġġornati ta’ dan il-proġett? Jista’ jgħid kemm se jkun jiswa l-pavimentar tal-irħam li se jitqiegħed fuq il-bankini u min se jidħol responsabbli għall-ħlas ta' dan il-proġett, jekk hux l-Infrastructure Malta jew il-Kunsill Lokali tal-Mosta? Kemm hu n-numru ta’ parking bays li se jintilfu mill-pjazza fejn qiegħed isir dan il-proġett? Jista’ jgħid x’passi se jittieħdu biex fil-pjazza jiżdiedu parking bays ġodda biex jagħmlu tajjeb għal parking bays mitlufa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10324 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa – ħajt għoli

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonsidra, wara diversi ilmenti minn residenti ta’ Triq Mater Boni Consilii u Triq is-Sorijiet f’Raħal Ġdid u li jirrisjedu biswit il-bini ġdid taċ-Ċentru tas-Saħħa, li l-ħajt għoli diversi sulari li jistona mal-kumplament, ikun mgħotti bi pjanti li jixxebilku ‘l isfel, b’mod li l-ħajt jinkesa bi ħdura naturali u jnaqqas il-kruha tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ser isir land scaping fil-madwar taċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran.

Sptar Mater Dei — Geneticists

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm geneticists reġistrati u jaħdmu l-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Geneticists reġistrati li jaħdmu l-Isptar Mater Dei hemm 3.

Riċerka dwar ċertu mard

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed issir riċerka biex ċertu mard jiġi evitat jew jinqabad mill-bidu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan id-Dipartiment tal-Patoloġija, trabi jiġu skrinjati għal tliet mardiet konġenitali bħala parti mill-programm nazzjonali ta’ skrinjar tat-trabi tat-twelid. Dan jgħin biex jiġu identifikati fi stadju bikri dawk t-trabi tat-twelid li jistgħu jiġu affettwati minn ċertu kundizzjonijiet.

Djar tal-Anzjani – titjib infrastrutturali u embellishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’titjib infrastrutturali u x’embellishment hemm ippjanat li jsir fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, u f’liema lokalitajiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Anzjani residenti f’shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani resident f’shelter u kemm ma ġewx aċċettati?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tħaddem servizz ta’ Night Shelters li fihom l-anzjani jingħataw kenn sikur għal matul il-lejl biss. Għaldaqstant ma hemmx residenti f’dawn ix-Shelters. Bħalissa hemm 13-il persuna li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz. Mill-ewwel ta’ din is-sena sal-lum kien hemm 7 applikanti li ma ġewx aċċettati minħabba li ma kinux jissodisfaw il-kriterji biex jingħataw is-servizz.

Shelters għall-anzjani – kriterji tad-dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex tidħol fix-shelters tal-anzjani?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tipprovdi servizz ta’ Night Shelter bi skop li joffri kenn sigur għal matul il-lejl lill-anzjani li jgħixu waħedhom u li għal diversi raġunijiet iħossuhom insekuri f’darhom. Il-kriterji ta’ eliġibilità huma: · Anzjani li għandhom minn 60 sena ’l fuq li jgħixu waħedhom u li jgħixu ħajja indipendenti jew jirrikjedu assistenza minima fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kuljum. · Persuni li ma jbatux minn xi kundizzjoni medika (bħad-dimensja) li tista’ tkun ta’ problema għal klijenti oħra li jużaw in-Night Shelter. · Dan is-servizz huwa bi ħlas ta’ €2 għal kull lejl.

Għoti ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.