Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Bdil ta’ cables ta’ żmien l-Ingliżi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il cable ta’ żmien l-Ingliżi (jiġifieri li saru qabel l-1960) inbidlu mill-Enemalta f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm hemm iktar x’jinbidlu u sa meta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li seħħ f’Lulju, waqt l-itwal mewġa ta’ sħana qalila li esperjenza pajjiżna f’dawn l-aħħar snin, f’xahar fejn it-temperaturi madwar id-dinja laħqu livelli rekord, ma kienx dovut għaż-żmien tal-cables iżda ġie kkawżat mit-temperaturi estremi li affettwaw il-ġonot tal-cables. Fil-fatt, wara li dawn tranġaw, l-istess cables reġgħu inxtgħelu u setgħu jibqgħu jintużaw. Ninsab infurmata li fil-prattika, l-Enemalta waqt li tibqa’ tuża l-cables li saru matul is-snin inkluż dawk li saru qabel l-1960, tagħmel cables oħrajn addizzjonali fuq l-istess rotta biex f’ċirkostanzi normali jkun hemm flessibilità u stabbiltà fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. L-Enemalta għaddejja bi programm kontinwu ta’ investiment, li ser ikompli jissaħħaħ, biex iżżid il-cables fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku ħalli tibqa’ ssaħħaħ il-flessibilità u r-reżiljenza tas-sistema.

Sptar Mater Dei — awtopsji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il awtopsja saret fl-Isptar Mater Dei bejn is-17 ta’ Lulju 2023 u t-28 ta’ Lulju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-17 ta’ Lulju 2023 u s-27 ta’ Lulju 2023 saru 39 awtopsja fl-Isptar Mater Dei.

Test dwar il-passat tal-Youth Workers/Care Workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk youth workers jew care workers mat-tfal jgħaddux minn test biex jaraw għandhomx passat kriminali jew tendenzi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li jaħdem mat-tfal, inkluż il-Youth Workers, jintalbu dokument skont l-Att għall-Protezzjoni tal-Minuri.

Operaturi tal-banek tal-lottu liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi tal-banek tal-lottu liċenzjati u kemm hemm f’kull raħal?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Locality NLOs Birgu 2 Birkirkara 9 Biżebbuġa 2 Bormla 3 Buġibba 1 Fgura 3 Floriana 3 Għajnsielem, Għawdex 2 Gudja 2 Gżira 5 Ħad Dingli 1 Ħal Għargħur 1 Ħal Għaxaq 2 Ħal Lija 1 Ħal Luqa 1 Ħal Qormi 10 Ħal Safi 1 Ħal Tarxien 3 Ħamrun 10 Ħ'Attard 2 Ħaż-Żabbar 6 Ħaż-Żebbuġ 5 Iklin 1 Imgarr 1 Imsida 1 Imtarfa 1 Isla 1 Kalkara 1 Marsa 5 Marsaskala 3 Marsaxlokk 1 Mellieħa 1 Mosta 6 Mqabba 1 Nadur, Għawdex 1 Naxxar 3 Qrendi 2 Rabat 4 Rabat, Għawdex 6 Raħal Ġdid 5 San Giljan 2 San Ġwann 4 San Pawl il-Baħar 8 Santa Luċija 2 Santa Venera 2 Siġġiewi 2 Sliema 4 Swieqi 2 Ta' Xbiex 1 Tal-Pietà 2 Valletta 9 Xagħra, Ghawdex 1 Żejtun 7 Żurrieq 5 Total 170

CVA — ġbir ta' flus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10787, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u jgħid, sena b’sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm iddaħħlu flus mis-CVA?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul mis-CVA (eskluż spejjeż) kien is-segwenti: 2020 - €770,034.86 2021 - €850,964.52 2022 - €689,603.26 Jannar sa’ Awissu 2023 - €525,589.63

CVA – flus miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10787, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u jgħid, sena b’sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm iddaħħlu flus mis-CVA?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul mis-CVA (eskluż spejjeż) kien is-segwenti: 2020- € 770,034.86 2021- € 850,964.52 2022- € 689,603.26 Jannar sa’ Awissu 2023 - € 525,589.63

Ħ’Attard – Triq il-Linja, Wied Rmiedi u Triq id-Dorga – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10791, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, u jgħid meta se jispiċċaw ix-xogħlijiet fuq Triq il-Linja, Wied Rmiedi u Triq id-Dorga, f’Ħ’Attard, u jgħid ukoll kemm se jiġu jiswew?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10790.

Għoti ta’ fondi għal restawr

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10796, jista' l-Ministru jgħid matul l-2022 kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

CCF — binja ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tinbena binja ġdid fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (CCF) sabiex tiffaċilita l-ħidma fil-post kemm għal sigurtà aħjar kif ukoll għal trattament iżjed dinjituż lir-residenti priġunieri, speċjalment dawk li qed jgħixu f’ċelel iffullati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-binja l-ġdida li x-xogħol fuqha diġà nbeda tant li t-tqattigħ tal-blat huwa diġà lest u kontemporanjament għaddej ukoll xogħol fuq il-gatehouse, li se jkun parti mill-istess proġett. Din il-binja se sservi bħala ċentru ta’ rijabilitazzjoni, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu. Apparti dan kollu rrid ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi tara li la jkun hemm hemm ċellel iffulati u fuq kollox, ikun fejn ikun il-priġunier dejjem ikun trattat b’mod dinjituż.

CCF — paga tal-priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-paga fil-ġimgħa mogħtija lill-priġunieri li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (CCF)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar snin sar investiment bla preċedent fir-rijbilitazzjoni ta' persuni li qed jiskontaw sentenza b'diversi modi, inkluż permezz tat-taħriġ, edukazzjoni u xogħol. Persuni bi mġiba tajba u li jsegwu l-care plan tagħhom jingħataw il-possibbiltà li jaħdmu kemm xogħol ġewwa l-ħabs bħal fil-forn tal-ħobż, fil-kċina, bħala mastrudaxxi, plumbers, elettronika, ħjata, tindif, proġett pilota mal-kumpanija Trust Stamp fuq Artifial Intelligence, ħaddieda, fil-mess u anke biex jinħadmu souvenirs. Apparti dan hemm xogħol barra l-ħabs ukoll bi sħab ma' diversi entitajiet u anke xogħol fil-komunità. Dawn il-persuni jiġu mogħtija allowance sa massimu ta' €70 fil-ġimgħa.

Djar tal-Anzjani — kunsill/grupp magħmul mir-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-djar residenzjali tal-Gvern u tal-privat li m’għandhomx kunsill/grupp magħmul mir-residenti stess sabiex iressqu s-suġġerimenti tagħhom dwar id-dar fejn qed jgħixu?’

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma id-djar residenzjali li m’għandhomx kunsill/grupp magħmul mir-residenti stess: · Apap Institute · Dar Madre Margerita · Dar tal-Kleru · Pax et Bonum · Porziuncola Home · St. Domenic Home · St. Paul's Home Dawn id-Djar huma kollha tal-Knisja u mhux obbligati li jkollhom kunsill/grupp magħmul mir-residenti stess skont il-kriterji ta’ l-Aġenzija tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali.

Anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor, sena b’sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jireferri l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Bereġ tal-Gvern — servizzi ta’ speċjalisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi ta’ speċjalisti hemm fil-Bereġ tal-Gvern u kif wieħed jista’ jagħmel użu minnhom?’

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t'hawn taħt tispjega s-servizzi ta’ speċjalisti fil-Bereġ tal-Gvern u kif wieħed jista’ jagħmel użu minnhom. Servizzi Speċjalizzati Klinika fil-Komunità L-Appuntament isir Newroloġista M’Xlokk Mil-Isptar Mater Dei Klinika tal-iSkoljożi Tarxien mit-Tobba tal-Iskejjel, Primary HealthCare Klinika tad- Down’s Syndrome tal-Adulti Ħamrun/ Żabbar Miċ-Child Development Assessment Unit AAA screening Ħamrun mill-Isptar Mater Dei Psikoloġiċi Safi Żurrieq Mellieħa Imġarr Kalkara Ħamrun Attard M’Xlokk Żejtun Pietà mill-Isptar Monte Karmeli

Dħul mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10067, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u tgħid kemm hu l-ammont li l-Gvern daħħal mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsumatur ma jħallas l-ebda VAT fuq il-kont tal-ilma, filwaqt li jħallas rata preferenzjali imnaqqsa ta’ 5% fuq il-kont tal-elettriku. Qiegħda npoġġi tabella bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mosta — bollards

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10322, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u ċjoè: B’referenza għall-bollards forma ta’ ballun tal-irħam li tpoġġew fil-Mosta, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dawn il-bollards li jikkonfermaw li dawn mhumiex ta’ periklu? Kemm hi l-ispiża ta’ dawn il-bollards? Ta’ min hi r-responsabbiltà u min qed jiffinanzja dawn il-bollards u liema entità qed terfa’ r-responsabbiltà dwar is-sigurtà?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta illi li t-Traffic Management fi Triq il-Kbira huwa approvat mill-awtoritajiet kompetenti. Dwar il-bollards li tpoġġew, dawn huma varjazzjoni ta’ bollards li jintużaw kemm f’Malta u kemm f’ħafna bliet Ewropej u madwar il-bqija tad-dinja. Dawn jitpoġġew f’postijiet strateġiċi biex jipproteġu żoni fejn vetturi ma jistgħux jgħaddu jew jieqfu u dan biex tiżdied is-sigurtà għal min juża t-toroq tagħna. L-ispiża ta’ dawn il-bollards, bl-installazzjoni b’kollox hija ta’ €4,970, u dawn saru mill-kunsill tal-Mosta biex jikkumplimentaw ix-xogħol bil-madum tal-qawwi li sar f’din it-triq u li issa se nkomplu nkabbru bil-proġett tal-Pjazza tal-Mosta u l-akkwati.

Mosta — bollards

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10323, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, u ċjoè: B’referenza għal bollards forma ta’ ballun tal-irħam li tpoġġew fil-Mosta, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dawn il-bollards li jikkonfermaw li dawn mhumiex ta’ periklu? Kemm hi l-ispiża ta’ dawn il-bollards? Ta’ min hi r-responsabbiltà u min qed jiffinanzja dawn il-bollards u liema entità qed terfa’ r-responsabbiltà dwar is-sigurtà?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li qiegħda tingħata għall-mistoqsija parlamentari 10817.

Mosta – Proġett fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10324, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u ċjoè: B’referenza għall-proġett fil-pjazza tal-Mosta, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti aġġornati ta’ dan il-proġett? Jista’ jgħid kemm se jkun jiswa l-pavimentar tal-irħam li se jitqiegħed fuq il-bankini u min se jidħol responsabbli għall-ħlas ta' dan il-proġett, jekk hux l-Infrastructure Malta jew il-Kunsill Lokali tal-Mosta? Kemm hu n-numru ta’ parking bays li se jintilfu mill-pjazza fejn qiegħed isir dan il-proġett? Jista’ jgħid x’passi se jittieħdu biex fil-pjazza jiżdiedu parking bays ġodda biex jagħmlu tajjeb għal parking bays mitlufa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjanta tal-proġett tal-Pjazza tal-Mosta hekk kif mgħoddija lili mill-Kunsill Lokali tal-Mosta u hekk kif approvat mill-istess Kunsill. Informat li dan il-proġett qed jitwettaq bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet tal-Gvern.

Infrastructure Malta – ħlas għal bollards fi Triq il-Kbira fil-Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li ħallset Infrastructure Malta għall-bollards tal-irħam li tqiegħdu fil-Mosta f’partijiet differenti ta’ Triq il-Kbira?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra