Awtorità tad-Djar — Allokazzjoni ta’ postijiet alternattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-familja/persuni li kienu jgħixu f’post dilapidat ingħataw post alternattiv minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, f’liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proprjetajiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2022 sal-5 t’Ottubru 2023, l-Awtorità tad-Djar allokat 12-il proprjetà lill-persuni/familji li kienu jgħixu f’post dilapidat f’diversi lokalitajiet fosthom il-Birgu, Bormla, Mellieħa, Pietà, Rabat Għawdex, San Pawl il-Baħar, Valletta, Xgħajra u Ħaż Żebbuġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tieħu s-sussidju tal-kera fil-preżent?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha 3,350 benefiċjarju li qegħdin jirċievu s-sussidju fuq il-kera tagħhom waqt li għandha ukoll 869 benefiċjarju ieħor li qegħdin jirċievu s-sussidju fuq il-kera awmentata wara rikors fil-Qorti u li kienet daħlet fis-seħħ qabel 1995.
It-total tal-investiment fuq l-iskemi tas-sussidju ammontaw għal €9,903,638,67, skont it-tabella t’hawn taħt indikata:-
HBS: €6,770,588.61
PRS: €279,797.71
RSS: €64,819.07
SKP: €2,788,433.28
Awtorità tad-Djar – Persuni b’Diżabilità li huma indipendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li huma indipendenti u li joqogħdu weħidhom u kemm hemm li joqgħodu f’shared apartments li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid kemm minn dawn għandhom diżabilità fiżika, intellettwali jew mentali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar taħdem id f’id mal-Aġenzija Sapport f’każijiet fejn jidħlu persuni b’diżabilità. L-Awtorità tad-Djar ma żżommx statistika ta’ kemm hemm persuni b’diżabilità u li jgħixu fi proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4227 li ngħatat fl-24 ta’ Jannar 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ingaġġat professjonist ieħor mal-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva ġie ingaġġat professjonist ieħor fil-qasam tas-Social Workers mal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew in-negozjati bejn il-Gvern u s-Santa Sede dwar ftehim ġdid li jirregola l-proprjetà immobbli li l-Knisja Kattolika għaddiet lill-Istat Malti fl-1991? Jista’ jgħid ukoll fiex waslu dawn in-negozjati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati dwar l-emendi tal-Ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejn is-Santa Sede u l-Istat tar-Repubblika ta’ Malta dwar kwistjonijiet ta’ patrimonju bdew nhar l-14 ta’ Frar 2023. Ninsab infurmat li dawn in-negozjati jinsabu fi stadju ta’ skambju ta’ ideat għal test aħħari.
Jista’ l-Ministru għall-Intern jispjega minn fejn u għal liema post saru t-transfers ta’ ħaddiema (iktar minn 20 trasferiment) f’Identity Malta fl-aħħar jiem?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fl-Aġenzija Identità ma kienx hemm 20 trasferiment. Kwalunkwe trasferimenti interni li jsiru bejn id-diversi dipartimenti u taqsimiet li għandha l-Aġenzija dawn isiru skont l-esiġenzi tal-istess Aġenzija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala għadu ma implimentax ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman fil-Paper Laid tal-1 ta’ Novembru, 2018 sabiex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tinħatar bħala Senior Principal fis-Servizz Pubbliku? Jista’ jintervjeni biex dik l-ingustizzja tiġi indirizzata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokumenti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fl-1 ta’Novembru 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu units f’housing soċjali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fejn huma dawn il-postijiet u kemm għandhom kera?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2022 sal-5 ta’ Ottubru 2023, il-Bord tal-Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 246 proprjetà maqsuma f’lokalitajiet skont it-tabella t’hawn taħt. Il-kera li titħallas tvarja bejn €218 u €5,607 fis-sena.
Lokalità
Total
Attard
2
Birgu
4
Birkirkara
11
Birżebbuġia
1
Bormla
10
Bugibba
1
Burmarrad
3
Fgura
2
Floriana
4
Għajnsielem Għawdex
5
Għaxaq
6
Gudja
1
Gżira
3
Ħamrun
7
Lija
1
Marsa
3
Marsalforn Għawdex
8
Mellieħa
3
Mosta
1
Mqabba
2
Msida
8
Nadur Għawdex
1
Paola
2
Qawra
23
Qormi
11
Rabat
1
Rabat Għawdex
8
San Ġwann
15
San Lawrenz Għawdex
1
Sannat Għawdex
1
Siġġiewi
3
St Julians
1
St Paul's Bay
21
Sta Luċija
12
Sta Venera
6
Ta' Xbiex
1
Tarxien
4
Valletta
25
Wied il-Għajn
3
Xagħra Għawdex
5
Xewkija Għawdex
1
Xlendi Għawdex
5
Żabbar
4
Żebbug
3
Żejtun
2
Żurrieq
1
246
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lift ġie stallat fi blokki tal-Gvern jew tal-Awtorità tad-Djar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema lokalitajiet kienu stallati dawn il-liftijiet? Kemm ibbenefikaw inkwilini/sidien minn dawn l-inizjattivi? Kemm hemm minnhom li diġà bdew jiffunzjonaw?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2022 ġew installati u kkummissjonati 44 lift mill-Awtorità tad-Djar fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali. Dawn il-lifts kollha qed jiffunzjonaw u permezz tagħhom qed jibbenefikaw 859 resident għal aċċessibilità aħjar fil-binja tagħhom.
Lokalità
Numru ta’ blokki
Numru ta’ residenti
Valletta
3
42
Lija
1
14
Qormi
1
15
Santa Luċija
2
67
Birkirkara
2
41
Ħamrun
1
7
Mosta
10
154
Attard
2
34
Marsa
2
27
San Ġwann
4
81
Rabat
7
97
Żejtun
3
148
Bormla
1
12
Pietà
3
86
Kikrop
1
18
Ta’ Xbiex
1
16
Total:
44
859
Inkjesti Maġisterjali – talba mill-Pulizija biex jinfetħu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Inkjesta Maġisterjali ġiet mitluba mill-Pulizija biex tinfetaħ bejn is-17 ta’ Lulju, 2023 u t-28 ta’ Lulju, 2023 fuq rapport ta’ mewta misterjuża/suspettuża jew fejn il-kawża ma kenitx magħrufa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn is-17 ta’ Lulju, 2023 u t-28 ta’ Lulju, 2023 il-Pulizija talbet li ssir disa’ u tletin (39) Inkjesta Maġisterjali sussegwentement ta’ rapporti mwiet fejn il-kawża ma kinitx magħrufa u/jew ta’ mwiet misterjuzi/suspettużi.
Ftuħ ta’ Inkjesti Maġisterjali mill-Maġistrati tal-Għassa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Inkjesta Maġisterjali nfetħet bejn is-17 ta’ Lulju, 2023 u t-28 ta’ Lulju, 2023 mill-Maġistrati tal-Għassa fuq rapport ta’ mewt/imwiet suspettużi jew fejn il-kawża ma kenitx magħrufa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. interpellant illi bejn is-17 ta’ Lulju, 2023 u t-28 ta’ Lulju, 2023 kien hemm erbgħa u tletin (34) rapport ta’ mewt/imwiet suspettużi jew fejn il-kawża ma kenitx magħrufa.
Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Minħabba r-raġuni li dan l-arbitraġġ għadu mhux magħluq kull dettall relatat miegħu qed jiġi meqjus kunfidenzjali; b’dan illi fi tmiem l-arbitraġġ, il-Ministeru ser jimpenja ruħu jabiex jagħti rendikont sħiħ tal-informazzjoni mitluba skont il-liġi u r-regolamenti applikabbli.
Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il distribution centre ġdid ġie mibni mill-Enemalta bejn l-2018 u Ġunju 2023? Tista' tgħid fejn inbnew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat saru upgrades fejn f’ċerti każi rduppjat il-kapaċità fiċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni ta’ Marsa South, Ħal Far, Paceville, Marsaskala, Ħal Tarxien u Mrieħel. Permezz ta’ dawn l-upgrades, il-kapaċità tan-network tal-Enemalta fuq livell ta’ Ċentri tad-Distribuzzjoni żdiedet b’170 MVA.
Bħalissa l-Enemalta tinsab fi stadju avvanzat għall-ippjanar ta’ Ċentru tad-Distribuzzjoni ġdid fin-Naxxar u ieħor fis-Siġġiewi, filwaqt li għaddejja bi pjanijiet għall-bini ta’ żewġ ċentri oħrajn ġodda li se jsiru fir-Rabat u fil-Kottonera. Apparti minn dawn, għaddejjin ukoll pjanijiet sabiex tirdoppja l-kapaċità fiċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni tal-Imsida u St Andrews.
Dan apparti minn xogħlijiet oħra estensivi li saru fuq livelli oħrajn tan-network tal-Enemalta, li ġew aċċellerati mis-sena 2022 'l hawn.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta bdew in-negozjati bejn il-Gvern u s-Santa Sede dwar ftehim ġdid li jirregola l-proprjetà immobbli li l-Knisja Kattolika għaddiet lill-Istat Malti fl-1991? Jista’ jgħid ukoll fiex waslu dawn in-negozjati?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat.
Small Nations Games — Ħlas għal xogħol lill-kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9092 u jelenka kull ħlas li sar jew hu mistenni jsir lil kull kuntrattur li ngħata/rebaħ sejħa għall-offerti għal xi xogħol marbut mal-iSmall Nations Games? Jista’ jgħid f’kull każ:
a) id-data meta ntrebaħ/ingħata l-kuntratt;
b) jekk kienx direct order; u
ċ) isem il-kuntrattur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sport Malta allokat €3,443,000 lill-Kumitat Olimpiku Malti biex dawn jiġu utilizzati kemm għas-servizzi li kien hemm bżonn waqt il-logħob u kif ukoll biex jissorvelja l-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u jkollna l-aħjar riżultati għall-Team Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew is-siġar kollha taż-żebbuġ li tħawlu f’din l-aħħar sena fil-lokalità tal-Mosta? Jista’ l-Ministru jqiegħed kopja tal-invoices fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li l-informazzjoni mitluba tinsab fil-fatturi li qegħdin jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-cables li kellhom ħsarat f'dawn l-aħħar ħmistax kienu tal-aluminium?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-network tal-Enemalta li sar matul is-snin fih tipi differenti ta’ cables. Il-ħsarat li ġraw f’Lulju, waqt l-itwal mewġa ta’ sħana qalila li esperjenza pajjiżna f’dawn l-aħħar snin, f’xahar fejn it-temperaturi madwar id-dinja laħqu livelli rekord, ma kellhom x’jaqsmu xejn ma’ jekk il-cables humiex tal-aluminju jew tar-ram. Tant hu hekk, li l-istess cables reġgħu nxtgħelu u ħadmu wara li nbidlu l-ġonot fejn seħħew il-ħsarat.