Jista’ l-Ministru jgħid x’servizz joffri l-Gvern f’każ li anzjan ta’ 60 sena jispiċċa homeless?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif il-ħaddiema soċjali fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jsiru jafu bil-każ ta’ persuna li għandha ’l fuq minn sittin (60) sena u li spiċċat bla saqaf fuq rasha, isir l-assessjar meħtieġ. Dan jikkonsisti fil-ġbir ta’ informazzjoni bażika u anke informazzjoni aktar komplessa rigward is-saħħa, l-abbiltajiet fiżiċi u l-imġiba tal-klijent. Wara li jkollhom stampa aktar ċara tal-każ, il-ħaddiema soċjali jistħarrġu x’wassal biex il-persuna spiċċat f’din is-sitwazzjoni u jekk hemmx finanzi sabiex tkun tista’ tikri fejn toqgħod. Huma jiċċekkjaw ukoll jekk ikunx hemm xi familjari li jkunu jistgħu jgħinu lill-persuna. F’każ li l-persuna ma jkollhiex alternattiva oħra, isir kuntatt mal-homeless shelters li hawn f’Malta u Għawdex sabiex jistħarrġu l-possibilità li l-persuna tidħol f’xi post minn dawn. Il-ħaddiema soċjali jkomplu jsegwu u jgħinu lill-individwu skont kif meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2020, l-2021 u l-2022, sena b'sena, kemm-il tifel u tifla mill-Portugall ġew addottati b'suċċess minn Maltin, permezz tas-servizz li toffri l-Aġenzija Appoġġ biss (mhux ta' aġenziji oħra)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), l-entità fi ħdan l-FSWS responsabbli mill-addozzjonijiet sar d-Direttorat għall-Kura Alternattiva.
Matul dan il-perjodu, fis-snin imsemmija minnhu, kien hemm dawn l-addozzjonijiet mill-Portugal:
· Fl-2020 kien hemm minuri wieħed li ġie addottat mill-Portugal;
· Fl-2021 ma kien hemm l-ebda addozzjoni mill-Portugal; filwaqt li,
· Fl-2022 kien hemm 5 t’itfal li ġew addottati mill-Portugal
Wieħed irid iżomm dejjem f’moħħu illi s-snin 2020 u 2021 kienu sentejn tal- Pandemija.
Aġenzija Appoġġ – Tfal addottati mill-Portugall mhux ippreparati li jiġu Malta — Kumpens
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2020, l-2021 u l-2022, sena b'sena, kemm kienu dawk il-każi tas-servizz li toffri l-Aġenzija Appoġġ biss (mhux ta' aġenziji oħra), li wara li l-ġenituri prospettivi kienu ġew approvati metikolożament mill-awtoritajiet f'Malta u l-Portugall, meta l-Maltin marru għat-tfal assenjati lilhom ġewwa l-Portugall, sfortunatament dawn il-ġenituri ndunaw li t-tfal ma kinux ippreparati li jiġu Malta? Jista' jgħid ukoll jekk f'dawn il-każi rari ħafna, l-awtoritajiet f'Malta u l-Portugall jistgħux jikkunsidraw li jikkumpensaw finanzjarjament anke lil dawn il-ftit ġenituri prospettivi li, barra li ma jkunx tort tagħhom li tali esperjenza qarsa ħafna jgħaddu minnha, huma jafu li anke saħansitra f'każi ta' suċċess fl-addozzjoni, meta l-ispejjeż jeċċedu n-normali ta' Eur 10,000, il-ġenituri li jaddottaw xorta waħda jingħataw aktar kumpens għal dawk l-ispejjeż li jkunu aktar minn Eur 10,000 (malli jiġu ppreżentanti l-irċevuti relevanti)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-addozzjonijiet internazzjonali li jsiru, jiġifieri dawk li huma magħrufa bħala inter-country adoptions, huma kollha regolati mill-Konvenzjoni ta’ The Hague u li tagħha Malta hija firmatarja. Dan ifisser illi Malta trid timxi skont ir-regoli ta’ din il-konvenzjoni. Fost dawn ir-regoli, insibu fost l-oħrajn li l-matching, jiġifieri t-tqabbil ta’ ġenituri prospettivi ma’ tfal li huma rilaxxati għal addozzjoni, isir mill-awtoritajiet tal-pajjiż barrani u mhux minn Malta. Dan jiġri wkoll fil-kas ta’ addozzjonijiet mill-Portugall.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fit-tliet snin elenkati minnu kien hemm biss każ wieħed fejn il-koppja telgħu il-Portugall u fil-frattemp il-minuri li kienu ġew rilaxxati għall-addozzjoni mill-awtoritajiet Portugiżi, ma xtaqux li jiġu addotati. F’dan il-każ, minħabba li l-eta’ ta’ tfal kienet ta’ ’il fuq minn 10 snin, allura l-veduti tal-minuri f’kull stadju tal-addozzjoni tittieħed inkunsiderazzjoni. F’dan il-każ partikolari, il-koppja sabet sapport kontinwu tad-Direttorat tal-Kura Alternattiva, li kien magħhom pass pass matul dan il-proċess delikat.
Jista' l-Ministru jgħid xi jsir mid-droga kollha li tinqabad? Jekk tinqered, fejn u kif? Jekk veru tinqered, tista’ ssir fil-preżenza tal-pubbliku u jiġi wkoll ikkonfermat minn liema konfiska u l-kwantità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kull droga maqbuda minn kull awtorita kompetenti, dejjem tiġi distrutta fil-mument opportun. Id-droga li tkun maqbuda f’ċikostanzi fejn ma jkunx hemm persuni li jitressqu l-Qorti, bħal istanzi meta din tinstab in tranżitu f’pajjiżna u fejn l-ebda persuna ma tkun ġiet imressqa l-qorti, tiġi distrutta fil-preżenza tal-Maġistrat Inkwirenti, li minn naħa tiegħu ikun preżenti personalment jew inkella jkun hemm espert imqabbad minnu stess, sabiex isegwi il-proċess kollu tad-distruzzjoni. B’żieda ma’ dan, l-istess Maġistrat Inkwirenti jista’ jaħtar esperti forensiċi sabiex jirrekordjaw l-istess proċess li eventwalment jifforma parti mill-atti tal-inkjesta. Id-distruzzjoni ssir permezz ta’ inċineratur. Id-droga li tkun esebita bħala prova f’kawżi kriminali li jkunu ttieħdu kontra persuna jew persuni, tiġi distrutta meta l-istess sentenza tkun ġiet deċiża b’mod definittiv. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Qorti li tiddeċiedi s-sentenza, tordna d-distruzzjoni tal-istess droga u tkun l-istess Qorti li tiddeċiedi dwar il-mod ta’ kif issir tali distruzzjoni. Il-proċess ta’ distruzzjoni ta’ droga mhux pubbliku, u huwa kkonsidrat proċess trasparenti biżżejjed.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u li huma eżentati mis-CVA.
Ministeru għas-Saħħa — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi żewġ impjegati għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt.
Skema ‘Inċentivi għal ritorn ta' ċwievet ta' post’ – Applikanti li rritornaw iċ-ċwievet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu, liema skema nirreferu għaliha bħala ‘Inċentivi għal ritorn ta' ċwievet ta' post’, minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2023 u l-11 t’Ottubru 2023 l-Awtorità tad-Djar akkwistat lura 15-il ċavetta permezz tal-iskema ‘Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ postijiet’.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ ġie segwit mill-‘Employee Support Programme’ matul is-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għas-sena 2022 nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4240, ninsab infurmat li fl-2023 kien hemm 347 każ li ġie segwit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-support line 179 mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-problemi preżentati? Jista’ jgħid ukoll kemm-il linja telefonika hemm biex jitmexxa dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għal raġunijiet ta’ koerenza fir-rappurtaġġ, l-FSWS taqsam l-istatistika tagħha fuq żewġ cut-off points fis-sena. Fil-prattika dan ifisser li l-ewwel cut-off point tkun fl-aħħar ta’ Marzu għas-sena sħiħa preċedenti waqt li t-tieni cut-off point tkun fl-aħħar ta’ Settembru għall-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti.
Dan japplika wkoll għas-Support Line 179, li hija wkoll is-Support Line Nazzjonali.
B’dan ta’ hawn fuq premess, nista’ nagħti lill-Onor. Interpellant it-tagħrif mitlub għas-sena 2022 sħiħa u għas-sena 2023 sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena kurrenti, kif qed ikun elenkat hawn taħt:
1. It-total ta’ sejħiet ġenwini li daħlu matul il-perjodu Jannar – Diċembru tal-2022 kien ta’ 12,515-il sejħa;
2. It-total ta’ sejħiet ġenwini li daħlu matul il-perjodu Jannar – Ġunju tal-2023 kien ta’ 5,505 sejħiet;
3. F’kull shift ikun hemm 3 impjegati jirċievu t-telefonati;
4. Dettalji dwar it-tipi ta’ problemi li dwarhom isiru t-telefonati jinsabu fit-tabella t’hawn taħt u huma riferibbli għall-perjodi indikati hawn fuq:
Supportline 179 Genuine Calls by Problem reported
2022
(Jan – Dec)
2023
(Jan – Jun)
Abuse of an adult
15
19
Abuse of elderly persons
53
25
Adoption related
6
1
Aggressive\violent behavior
109
44
Alcohol
129
50
Bereavement
23
14
Bullying others or being bullied
35
24
Care of significant others
4
2
Child abuse – at risk
79
33
Child abuse – emotional
128
40
Child abuse – neglect
160
69
Child abuse – physical
96
34
Child abuse – sexual
17
1
Child abuse - internet
-
-
Child access
67
44
Child care
43
19
Communication issues in romantic relationship
14
3
Crime (adult)
5
3
Cyber-bullying or victim of cyber-bullying
18
9
Delinquency (youth)
13
12
Disability related issues (any)
-
-
Disability related issues (intellectual)
15
0
Disability related issues (physical)
31
9
Disability related issues (visual)
8
5
Divorce
7
0
Domestic violence – at risk
79
36
Domestic violence – emotional
297
118
Domestic violence – financial
14
4
Domestic violence – neglect
13
3
Domestic violence – physical
197
101
Domestic violence – sexual
2
5
Drugs (prescription medication)
18
12
Drugs (illicit substances)
136
71
Eating disorder
8
1
Elderly needs
252
106
Employment problems
20
13
Financial problems
42
19
Foster placement
8
3
Gambling
25
9
Harassment
9
10
Homeless
507
335
Housing problems
41
14
Illegal content
-
-
Infidelity in romantic relationship
14
6
Information - internet
-
-
Information - services
-
-
Language or cultural barriers
-
-
Legal issues
129
37
Listening
-
-
Loneliness
3636
1758
Marital separation
-
-
Mental health
1353
663
Non-person directed behaviours
44
23
Oppositional defiant disorder
2
1
Parent child attachment issues
74
69
Parenting skills
24
16
Personal hygiene issues
-
1
Physical health
110
35
Pregnancy related issues
7
3
Relationship problems with reconstituted family
17
7
Relationship problem with extended family
40
8
Relationship problem with nuclear family
194
89
Residential care
51
18
Romantic relationship conflicts
362
161
Running away
24
10
School related problems
19
14
Self-injury behaviours
71
41
Sexting
1
1
Sexual assault/rape
22
5
Sexuality related issues
7
5
Social security benefits issues
2
4
Stereotyped behaviours
-
-
Technology addiction
2
0
Undocumented migration issues
2
2
Unemployment
1
2
Usury
3
0
Unspecified behavioural problems
-
-
Victim of past child abuse
1
0
Other
1124
155
None specified or no other issue
2436
1051
Total
12515
5505
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-waiting lists matul is-sena 2023 tas-servizzi offruti fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalma għamlit għall-mistoqsija parlamentari 11243, it-tagħrif mogħti huwa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju, 2023. Dan għall-istess raġuni li diġà tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11243, li għal raġunijiet ta’ koerenza fir-rappurtaġġ, l-FSWS taqsam li statistika tagħha fuq żewġ cut-off points fis-sena.
Nibda billi ngħid li l-kelma waiting list għandha konnotazzjoni li kull każ li jidħol jintefa’ fl-aħħar tal-kju u meta jmissu jkun imissu. Fl-FSWS ma jsirx hekk. Kull każ li jidħol isirlu triage/case weighing (li jvarja minn aġenzija għal aġenzija) u skont l-urġenza tal-każ jiġi allokat lill-professjonist li jkun se jaħdem fuqu. Jekk ikun każ soċjali, il-każ jiġi riferut lil social worker, jekk ikun każ ta’ terapija, hawnhekk jiġi riferut lil terapista, u jekk ikun każ li jittratta żagħżugħ jew żagħżugħa, il-każ jiġi riferut quddiem youth work. Aktar mat-tirage/case weighing ikun għoli aktar il-każ jiġi trattat b’urġenza u għalhekk allokat malajr għall-attenzjoni urġenti tal-professjonisti.
Għaldaqstant, ċertament mhuwiex il-każ li l-każijiet jitħallew jakkumulaw mingħajr ħadd ma jkun għamel l-assessment inizjali u ħadd ma jkun kellem lill-persuna li ġiet għall-għajnuna.
Intant fit-tabella t’hawn taħt qiegħed nagħti lista tal-perċentwal tal-każijiet li kienu qed jistennew li jiġu allokati fl-aħħar ta’ Ġunju, 2023 skont l-aġenziji fi ħdan l-FSWS.
Każijiet jistennew allokazzjoni fl-aħħar ta’ Ġunju, 2023
:
AĠENZIJA
Jan-Ġun 2023
Jan-Ġun 2023
Jan-Ġun 2023
ACTS
2500
132
5%
ALT CARE
2866
349
12%
APPOGG
6194
107
2%
CPS
3354
614
18%
FSWS GOZO
1135
0
0%
SEDQA
2609
24
1%
FSWS TOTAL
18658
1226
7%
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tiswija saret ta’ djar li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn April 2022, l-Awtorità tad-Djar lestiet b’kollox mas-780 każ ta’ tiswija u tibdil f’sistemi tad-drenaġġ, elettriku, aperturi, madum u meter cupboards fil-partijiet komuni ta’ blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali. Tlestew ukoll mad-910 każijiet oħra ta’ tiswijiet strutturali fil-bjut, soqfa, gallarijiet, ħitan u faċċati li jagħmlu parti minn appartamenti u residenzi ta’ akkomodazzjoni soċjali. Apparti mit-tiswijiet proprja, twettqu wkoll mat-300 intervent ta’ emerġenza biex jitneħħa periklu jew biex jiġu mifruda soqfa sakemm isiru t-tiswijiet proprja, kif ukoll aktar minn 100 test biex jiġu determinati sorsi ta’ dħul ta’ ilma sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet meħtieġa. Dawn ix-xogħlijiet saru b’nefqa ta’ ftit aktar minn €4 miljun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skema ġdida ħarġet mill-Awtorità tad-Djar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2022 l-Awtorità tad-Djar ħarġet żewġ skemi li kienu s-segwenti:
FTB - Skema Għal Għotja fuq Akkwist ta’ Proprjetà – 2023
Din hija maħsuba għal persuni li akkwistaw l-ewwel proprjetà tagħhom wara l-1 ta' Jannar, 2022. Din l-għotja, tammonta għal għaxart elef ewro (€10,000), tingħata fuq perjodu ta' għaxar (10) snin lill-applikant li jkun akkwista proprjetà. L-għotja tingħata permezz ta' pagamenti ta' elf ewro (€1,000) darba fis-sena.
TAX - Skema Roħs fit-Taxxa Permezz ta’ Inċentivi Fiskali – 2022
L-għan ta’ din l-iskema huwa li jingħata roħs ta’ taxxa tal-proprjetà fuq bejgħ ta’ dar li tkun ilha mikrija b’kera affordabbli għal numru ta’ snin. Jingħata roħs ta’ taxxa tal-proprjetà fuq l-ewwel €200,000 f’bejgħ ta’ dar li tkun ilha mikrija b’kera affordabbli għal aktar minn tlett (3) snin, fejn id-dar tinbiegħ lill-inkwilin stess.
Inżid ukoll li meta kkumparat ma’ Gvernijiet oħrajn illum il-ġurnata l-Awtorità tad-Djar toffri aktar mid-doppju tal-iskemi.
Kunsill Lokali tal-Mosta – Xiri ta’ siġar taż-żebbuġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra taż-żebbuġ xtara l-Kunsill Lokali tal-Mosta? Jista’ jgħid ukoll fejn tħawlu, kemm ġiet tiswa kull siġra u minn fejn inxtraw? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices biex juri meta nxtraw dawn is-siġar u jekk tħallsux mill-kunsill lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11128.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nies f’pajjiżna li huma sidien ta’ darhom? Kemm minnhom għadhom iħallsu l-loan tal-bank?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont Statistika maħruġa miċ-Ċensiment tal-2021, in-numru ta’ sidien ta’ djarhom huwa stmat li kien ta’ 161,045.
Ir-rata ta’ persuni li għadhom qed iħallsu l-loan tal-bank kif ikkalkulata mill-Istatistika dwar id-Dħul u Kundizzjonijiet tal-Ħajja (EU-SILC) hi ta’ 27%.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema kategoriji ġejjin l-applikanti li qegħdin fil-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jinnota t-tabella t’hawn taħt dwar il-kategoriji li ġejjin minnhom l-applikanti li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali:-
Kategorija
Nuqqas ta' Manutenzjoni
Diżabilità - Mobilità
Anzjani
Kera Għolja
Rapport ta' Homeless
Vjolenza Domestika
Overcrowding
Pre-1995
Sharing Accommodation
Oħrajn
Awtorità tad-Djar – Persuni li rrifjutaw akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ li jinsab fil-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali rrifjutaw post mogħti lill-applikanti mill-Awtorità tad-Djar, u x’raġuni ngħatat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 4 każijiet fil-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali li rrifjutaw il-post mogħti lilhom. Ir-raġuni li ngħatat hija kif ġej:
Raġuni
Total
Il-proprjetà għandha t-taraġ
2
Il-proprjetà kienet żgħira
1
Il-proprjetà mikrija mill-privat imma amministrata mill-Awtorità tad-Djar
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirrikjedi żmien biex lift ikun iċċertifikat li lest u konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tat-tender u r-regolamenti tal-liftijiet, biex b’hekk ikun placed into service? Jista’ jgħid kemm-il blokka qiegħda tistenna dan iċ-ċertifikat sabiex il-lift jibda jintuża?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ix-xogħlijiet tal-installazzjoni tal-lift kif ukoll il-finishes relatati jkunu lesti, il-proċess ta’ ċertifikazzjoni mill-KAVK (Korp Awtorizzat għall-Valutazzjoni ta’ Konformità) jieħu madwar xahar. Hemm 3 lifts fl-istadju biex tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni.
Awtorità tad-Djar — familji jgħixu f’postijiet dilapidati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’politika qed juża għal familji li qegħdin jgħixu f’postijiet dilapidati (sub-standard) sabiex jieħdu post alternattiv?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet ta’ dawk l-applikanti li jifformaw parti mill-kategorija li jgħixu f’postijiet dilapidati, jitqiesu ta’ prijorità mill-bord tal-allokazzjonijiet. Inżid ukoll li mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-5 t’Ottubru 2023, l-Awtorità allokat 61 proprjetà lil dawk l-applikanti li kienu qed jgħixu f’postijiet dilapidati.