Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkomodazzjoni soċjali — Lista ta’ Stennija għal persuni b’diffikultajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti fil-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali li huma b’diżabilità, lone parents, persuni li għaddejjin minn esperjenzi iebsa bħall-vjolenza domestika jew anzjani waħidhom, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-20 t’Ottubru 2023, l-Awtorità tad-Djar għandha 1,527 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternativa fuq il-lista ta’ stennija maqsuma kif ġej: Familji b’ġenitur wieħed Familji b’ġenitur wieħed 808 Familji b’ġenitur wieħed u għandu diżabilità 33 Familji b’ġenitur wieħed u għandu problemi ta’ mobilità 10 Familji b’ġenitur wieħed, għandu diżabilità u vjolenza domestika 1 Familji b’ġenitur wieħed u għandu vjolenza domestika 9 Total 861 Anzjani li jgħixu waħedhom Anzjani li jgħixu waħedhom 185 Anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom diżabilità 19 Anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom problemi ta’ mobilità 9 Anzjani li jgħixu waħedhom, għandhom diżabilità u vjolenza domestika 1 Anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom vjolenza domestika 3 Total 217 Oħrajn Vittmi ta’ vjolenza domestika 1 Għandhom diżabilità 32 Għandhom problema ta’ mobilità 14 Applikanti oħra 402 Total 449

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 8 impjegati li għandhom permess jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt, u minn dawn 7 huma eżentati minn CVA.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandux fil-pussess tiegħu informazzjoni fuq vetturi privati.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda impjegat mal-Ministeru li għandu l-imsemmi permess.

Ministeru għall-Ġustizzja — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4 impjegati fil-Ministeru li għandhom permess biex jipparkjaw il-karozza privata tagħhom ġewwa l-Belt. Tlieta minn dawn l-impjegati iħallsu fuq bażi personali skont ir-regoli tas-CVA.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt.

Ċittadini tal-EU u TCNs – Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Third Country Nationals (TCNs) li jieħdu benefiċċji soċjali? Jista’ jgħid x'tip ta' benefiċċju u jekk jistax jelenka wkoll pajjiż pajjiż minn fejn ġejjin dawk li jieħdu xi benefiċċju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12011.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt jew li huma eżentati mis-CVA.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi hemm żewġ persuni li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt, u huma eżentati mis-CVA, b'permess mill-kunsill lokali.

Ministeru għal Għawdex — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħadd mill-ħaddiema m’għandu permess biex jipparkja l-karozza privata tiegħu l-Belt.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi impjegati fis-Segretarjat li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza tagħhom il-Belt huma eżentati mis-CVA, huma l-Head of Secretariat tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari.

Ministeru għat-Turiżmu — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li żewġ impjegati għandhom permess jipparkjaw il-Belt u huma eżentati mis-CVA.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infurmata li m’hemm l-ebda impjegat kif deskritt mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm impjegat wieħed li għandu permess jipparkja l-karozza privata l-Belt. Infurmat li tali impjegat mhux eżentat mis-CVA.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda impjegat tal-Ministeru m’għandu permess biex jipparkja l-karozza privata l-Belt, però l-Ministeru għandu 4 reserve parkings li huma approvati minn Transport Malta. Dawn il-karozzi huma wkoll eżentati mis-CVA.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 3 impjegati li għandhom permess jipparkjaw l-karozza tagħhom il-Belt; li minnhom 2 huma eżentati mis-CVA.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma għandu l-ebda impjegati li għandhom permess jipparkaw il-karozzi privati tagħhom il-Belt.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 5 karozzi għandhom permess jipparkjaw u huma eżentati mis-CVA.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onor. Interpellant li karozza privata waħda għandha l-permess u hija eżentata mis-CVA.