Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali — Ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment tressaq lill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali dwar Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjanità Attiva u dwar Djar tal-Anzjani mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-SCSA waslulha 2 ilmenti dwar Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjanità Attiva u 281 ilment dwar Djar tal-Anzjani mill-2022 sal-lum.
Studenti li ggradwaw mill-Università ta' Malta u minn Barts Medical School
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iggradwaw studenti tal-Mediċina mill-Università ta' Malta u minn Barts Medical School u kemm minnhom ingħataw impjieg ġewwa l-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 22 student tal-Mediċina iggradwaw minn Barts Medical School u ħadd minn dawn l-istudenti ma applika għal impjieg fl-isptar MDH. Filwaqt li 128 student tal-Mediċina ggradwaw mill-Università ta' Malta u 109 minn dawn ingħataw impjieg fl-Isptar Mater Dei.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4898.
Awtorità tad-Djar – Persuni li qegħdin jgħixu fil-periklu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex informazzjoni ta’ persuni li qegħdin jgħixu f’dar mimlija perikli u jekk iva, kemm hu l-ammont?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 6 applikanti li qegħdin jgħixu fi proprjetà bil-periklu.
L-Ewwel Każ
Tkellimna mal-applikant ta’ dan il-każ sitt xhur ilu. Din hija proprjetà ta’ qabel l-1995 fejn bħalissa jinsabu għaddejjin bi proċeduri tal-qorti. L-applikant ikkonferma li jaċċetta allokazzjoni biss f’lokalità waħda. L-Awtorità tad-Djar ser tkun qed tagħmel aġġornament tal-assessment tal-applikant fil-jiem li ġejjin.
Il-periklu tfaċċa għax il-proprjetà mhux mibnja kif suppost bil-konsegwenza illi bdew jidhru d-difetti. Is-soqfa m’għandhomx kuntrabejt u hemm penetrazzjoni qawwija ta’ ilma tax-xita. Barra minn hekk, hemm ukoll diversi konsenturi fil-ħitan.
It-Tieni Każ
Dan il-każ huwa każ dwar proprjetà ta’ qabel l-1995. L-applikanta għaddejja bi proċeduri l-qorti mas-sid, u fl-assessments (li l-aħħar wieħed sar f’nofs din is-sena) sostniet li trid għajnuna biss mill-Awtorità f’każ li tiġi żgumbrata. Semmiet ukoll li l-post huwa kbir u qeda tagħmel użu minn parti fejn il-periklu huwa inqas evidenti.
Il-proprjetà hija antika ħafna u għandha ħafna umdità. Hemm soqfa li ġġarrfu u b’hekk il-kmamar ma jistgħux jintużaw.
It-Tielet Każ
Dan huwa każ dwar proprjetà antika. L-applikant riċentament ġie allokat żewg propjetajiet, liema propjetajiet ġew irrifjutati.
Fil-proprjetà hemm 3 xorok maqsumin, 3 travi msaddin u xi travi tal-injam immermrin. Hemm periklu li l-ħajt ta’ ilqugħ fil-bitħa jċedi u jordom din il-proprjetà peress li hemm sinjali serji ta’ moviment fil-bażi tal-ħajt.
Ir-Raba Każ
Dan il-każ huwa dwar proprjetà ta’ qabel l-1995. L-applikant riċentament ġie allokat fond, liema fond ġie rrifjutat.
Fil-proprjetà hemm penetrazzjoni ta’ ilma li qed jiġi mill-fond sovrastanti u li għandu xorok li qed jistrieħu fuq travi tal-ħadid imdendlin. Dawn is-soqfa huma kollha fi stat perikoluż peress li t-travi huma msaddin b’konsegwenza li diversi xorok inqasmu. L-ilma tax-xita qed iqattar mill-istess soqfa u qed jikkaġuna t-tixrib tas-saqaf tat-terran ta’ taħt.
Il-Ħames Każ
L-applikanti li joqogħdu fi proprjetà antika, riċentament kienu ġew allokati żewġ proprjetajiet differenti mill-Awtorità tad-Djar u li iżda l-applikanti d-darbtejn irrifjutaw il-fond.
Il-proprjetà għandha l-faċċata deterjorata peress li xi partijiet ittieklu u partijiet oħra għandhom qsim fl-istruttura. Barra minn hekk, fuq ġewwa hemm ix-xorok u t-travi tal-injam li huma deterjorati u qed jikkawżaw problemi strutturali. Teżisti ukoll problema ta’ umdità.
Is-Sitt Każ
Din l-applikazzjoni daħlet f’nofs din is-sena u sar assessment inizjali.
Il-proprjetà għandha fili miftuħin fil-faċċata, il-ħitan qed jitfarfru u huma deterjorati. Ġewwa hemm xorok maqsumin u travi msaddin peress li hemm ingress ta’ ilma.
Awtorità tad-Djar – Azzjoni dwar persuni bi sfidi differenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħda tagħmel l-Awtorità tad-Djar quddiem sitwazzjonijiet ta’ persuni li għandhom sfidi ta’ mobilità, jgħixu f’shelter homes, m’għandhomx indirizz, b’nuqqas ta’ faċilitajiet sanitarji, b’każijiet soċjali u li huma riferuti minn aġenziji, jew li jinsabu f’kirjiet tant għoljin li lanqas bis-sussidju mhuma jlaħħqu?
Response (GALDES, RODERICK)
Il-Ħidma tal-Awtorità tad-Djar għandha fil-qalba tagħha għajnuna lejn dawn in-nies vulnerabbli. Kontinwament qegħdin nassiguraw li mhux biss insaħħu u nwessgħu l-iskemi offurti fosthom id-Disability Scheme, Benefiċċju tal-Kera, Skemi għall-xogħlijiet strutturali fi djar privati jew mikrija b’kirjiet ta’ qabel l-1995 u li kollha ġew msaħħa din is-sena stess.
Qegħdin ukoll neliminaw burokrazija żejda u ntejbu l-aċċess għal din l-għajnuna sabiex tasal fejn verament hemm bżonnha b’iktar effiċjenza.
Binjiet ta’ Akkomodazzjoni Soċjali — Rapporti ta’ mġiba ħażina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm rapporti ta’ mġiba ħażina f’binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali marbuta ma’ condominiums?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lil Onor. Interpellant li f’xahar l-Awtorità tad-Djar tirċievi madwar 40 ilment marbut ma’ condominiums. Kull ilment jiġi investigat u tittieħed l-azzjoni neċessarja immedjatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet tal-Gvern ġodda mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u f’liema lokalitajiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-20 ta’ Ottubru 2023, l-Awtorità tad-Djar allokat 736 proprjetà maqsuma skont il-lokalità kif ġej:
Lokalità
Total
Attard
06
Baħar iċ-Ċagħaq
01
Birkirkara
44
Birżebbuġa
07
Buġibba
03
Burmarrad
03
Cospicua
71
Fgura
04
Floriana
05
Għajnsielem Għawdex
07
Għaxaq
06
Gudja
01
Gżira
27
Ħamrun
11
Kirkop
05
Lija
01
Luqa
01
Marsa
05
Marsalforn Għawdex
08
Mellieħa
03
Mġarr
01
Mosta
02
Mqabba
02
Msida
93
Nadur Għawdex
02
Naxxar
01
Paola
10
Pietà
01
Qala Għawdex
02
Qawra
30
Qormi
36
Qrendi
34
Rabat
31
Rabat Għawdex
09
San Ġwann
25
San Lawrenz Għawdex
01
Sannat Għawdex
02
Senglea
01
Siġġiewi
31
St Julians
02
St Paul's Bay
36
Sta Luċija
13
Sta Venera
17
Ta' Xbiex
01
Tarxien
21
Valletta
31
Vittoriosa
04
Wied il-Għajn
03
Xaghra Għawdex
07
Xewkija Għawdex
01
Xgħajra
01
Xlendi
05
Żabbar
20
Żebbuġ
09
Żejtun
03
Żurrieq
29
736
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minn “Dar it-Tama” f’Bormla u jekk kinitx ingħatat mill-Awtorità tad-Djar peress li x-xogħol li kien isir mill-NGO kien ġie ddikjarat xolt? Jista’ jgħid ukoll jekk kinitx inxtrat jew jekk għadhiex taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li “Dar it-Tama” f’Bormla għadha sal-lum il-ġurnata tilqa’ bħala residenti, ex-ħabsin li ma jkollhomx saqaf fuq rashom. L-Awtorità tad-Djar kienet allokat residenza lill-Għaqda Mid-Dlam għad-Dawl fis-sena 2007 ġewwa 149, Triq Matty Grima, Bormla. Il-Binja inkwistjoni qatt ma nxrat mill-NGO msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eviction saret, sena b’sena, mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mis-sena 2021 sat-23 ta’ Ottubru 2023 saru s-segwenti żgumbramenti:
Sena
Numru ta’ Żgumbramenti
2021
19
2022
31
2023 - Ottubru
19
Akkomodazzjoni soċjali — Persuni li ilhom aktar minn għaxar snin fuq il-lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti li ilhom aktar minn għaxar snin fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 208 applikant li ilhom aktar minn għaxar snin fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali.
Akkomodazzjoni Soċjali — Applikazzjonijiet mhux proċessati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali ma setgħetx tiġi proċessata minn Jannar ta’ din is-sena u x’kienu r-raġunijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2023 sas-17 ta’ Ottubru 2023 kien hemm total ta’ 280 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali li ma setgħux jiġu pproċessati skont it-tabella t’hawn taħt:
Raġuni
Total
Applikazzjonijiet invalidi ħabba d-dħul tal-applikant
129
Applikazzjonijiet mhux kompluti
141
Mhux skont il-kundizzjonijiet stipulati tal-iskema
10
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fadal persuni milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni u jekk hemmx pjan u time frame għal meta dawn se jiġu rilaxxati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 118 persuni/familji jgħixu fi proprjetà milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni. Inżid ukoll li qed isir pjan fejn qed jiġu studjati l-każijiet pendenti fuq bażi individwali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern għal din l-aħħar sena?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru kien hemm 1,857 anzjan/a li qegħdin fil-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar residenzjali tal-Gvern.
Blokok tal-Gvern — Nuqqas ta’ koperazzjoni mir-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri meta xi ħadd mir-residenti fi blokka ma jikkoperax għal xogħol li jsir f’partijiet komuni fil-condominium? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm każi ta’ units li ma jikkoperawx u x’raġuni jagħtu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk xi ħadd mir-residenti fi blokka ma jikkoperax għal xogħol li jsir f’partijiet komuni fil-condominium, uffiċjali mill-Awtorità jmorru fuq il-post sabiex ikellmuhom u jibqgħu jassistu lir-residenti sakemm jilħqu ftehim.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jieħdu sussidju fil-preżent?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent 3,360 persuni qegħdin jieħdu sussidju fuq il-kera waqt li 912 oħra qegħdin jieħdu sussidju fuq il-kera li ġiet awmentata mill-Bord li Jirregola il-Kera (kera qabel 1995).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet fl-Awtorità tad-Djar għall-iskema “Nikru biex Nassistu” mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet jinsabu u kemm-il kuntratt sar?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel referenza għat-tabella t’hawn taħt għall-informazzjoni mitluba.
Lokalità
Numru ta' applikazzjonijiet
Attard
1
Birkirkara
2
Birżebbuġa
15
Burmarrad
4
Dingli
1
Fgura
6
Għajnsielem Għawdex
2
Għaxaq
8
Ħamrun
3
Lija
1
Mellieħa
1
Mġarr
1
Mosta
3
Msida
1
Pembroke
1
Pietà
5
Qala Għawdex
1
Qawra
32
Qormi
21
San Ġwann
1
Sannat Għawdex
1
Siġġiewi
2
St Paul's Bay
17
Santa Venera
10
Tarxien
2
Wied il-Għajn
15
Xagħra Għawdex
2
Xemxija
1
Xlendi
4
Żabbar
26
Żebbug
4
Żejtun
2
Żurrieq
29
Total
225
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx appartamenti li l-Awtorità tad-Djar qed tikri mis-settur privat fl-iskema “Nikru biex Nassistu” li mhux provduti b’lift fil-komun?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar mhijiex tikri appartamenti taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ li mhumiex provduti b’lift fil-komun.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-units għall-iskema “Nikru biex Nassistu” hux qed ikunu fully furnished? F’każ li l-applikant ma jkollux il-mezzi neċessarji, jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix skema ta’ għajnuna għall-appliances u għamara, fost ħtiġijiet neċessarji oħra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetajiet mikrija taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’ iridu jkunu mgħammra bi kċina bl-appliances, kamra tal-banju u bibien skont il-kundizzjonijiet tal-iskema. L-Awtorità tad-Djar m’għandhiex skema ta’ għajnuna sabiex tinxtara l-għamara jew ħtiġijiet neċessarji oħra.