Judicial Studies Committee — Infiq fuq safar u ikliet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Judicial Studies Committee fuq safar u ikliet fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż fuq il-mawra ta’ ġimgħa fl-Albanija ftit ġimgħat ilu? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-programm ta’ kull żjara fl-2022 u fl-2023?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet id-deċiżjoni tal-Public Service Commission (PSC) fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn kien ammetta li arrikkixxa ruħu illegalment b’overtime?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Persuni barranin li vvotaw fl-aħħar elezzjoni ġenerali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna barranija vvotat fl-aħħar elezzjoni ġenerali, distrett b'distrett?
Response (ABELA, ROBERT)
Biex persuna tivvota trid tkun eliġibbli skont l-artikolu 57 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Ladarba tagħlaq il-votazzjoni, il-listi ta’ min ivvota jiġu ssiġillati f’pakketti apposta quddiem ir-rapprezentanti tal-partiti u ma jistgħux jinfetħu ħlief b’ordni tal-Qorti ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin li qed jieħdu servizzi soċjali? Jista’ jgħid ukoll liema tip u minn liema pajjiżi ġejjin, pajjiż pajjiż?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni attendew għal taħriġ organizzat miċ-ċentri LEAP, immirat lejn dawk f’riskju ta’ faqar, sabiex jakkwistaw ħiliet u għarfien dwar il-benesseri tal-ħajja, f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’ seħħ minn Jannar 2019, ix-xogħol li kien jagħmel il-programm LEAP ġie parti mis-servizzi tal-komunità tal-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità (ACTS) fi ħdan l-FSWS. L-għan ta’ din l-Aġenzija huwa li tiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali filwaqt li ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali tal-komunità.
Fis-snin 2021 u 2022, total ta’ 807 parteċipanti, attendew fiċ-Ċentri tas-Servizzi fil-Komunità jew fi spazji oħra fil-lokalitajiet rispettivi għal taħriġ immirat sabiex il-parteċipanti jakkwistaw tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-ħiliet dwar il-benesseri tal-ħajja. Dan it-taħriġ jingħata permezz ta' edukazzjoni informali u non-formali, l-iktar bi prattiċi bbażati fuq proġetti u diversi inizjattivi.
Min-naħa l-oħra, 502 parteċipanti attendew progammi immirati għall-Ġenituri u l-Ulied - The Incredible Years®, Dan il-programm jagħti sapport u jiggwida lill-ġenituri fl-immaniġġar ta’ mġiba diffiċli, li jindirizza sitwazzjonijiet fejn it-tfal ikollhom diffikultajiet soċjali jew ta’ żvilupp.
It-tabella ta’ hawn taħt turi dan it-tagħrif kollu b’mod aktar konċiż:
Servizz
2021
2022
TOTAL
Servizzi fil-Komunità
378
429
807
Incredible Years® Parenting Programme.
267
235
502
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm anzjani li qegħdin fil-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar residenzjali tal-Gvern, jew li jużaw sodod mixtrija mill-Gvern f’residenzi privati?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11319, liema tweġiba ngħatat fis-seduta 162 tal-31 ta’ Ottubru 2023.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intbagħtu rġiel għall-iscreening tal-prostata u l-etajiet tagħhom, fil-perjodu bejn l-2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ħafna pajji¿i oħra Ewropej, Malta ma għandiex program ta’ screening tal-prostita.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jmexxu jew huma involuti fit-tmexxija/koordinazzjoni tal-Judicial Studies Committee? Jista’ jgħid ukoll meta nħatru u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11440.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ applikanti li qegħdin jistennew akkomodazzjoni soċjali alternattiva u li għandhom każijiet marbuta ma’ vjolenza domestika?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 15-il applikazzjoni minn persuni li għandhom każijiet marbuta ma’ vjolenza domestika. Barra minn hekk inżid ukoll li persuni li jkunu sfaw vittma ta’ vjolenza domestika jieħdu benefiċċju tal-kera għola, filwaqt li l-Awtorità tad-Djar tħallsilhom l-ewwel depożitu.
Awtorità tad-Djar — Persuni maqtugħa mil-lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu mil-lista ta’ stennija matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b’xahar, minħabba li dawn ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet u l-kriterji li titlob l-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2022 sas-7 ta’ Novembru 2023, l-Awtorità tad-Djar għalqet 362 applikazzjoni peress li ma kienux konformi mal-kundizzjonijiet u kriterji. Dawn huma maqsuma xahar b’xahar kif ġej:
XaharTotal
Jannar 202214
Frar 20228
Marzu 202217
April 20229
Mejju 202236
Ġunju 202222
Lulju 202216
Awwissu 202211
Settembru 202219
Ottubru 202232
Novembru 202212
Diċembru 202218
Jannar 202324
Frar 202316
Marzu 202348
April 202313
Mejju 20238
Ġunju 202316
Lulju 20236
Awwissu 20232
Settembru 20236
Ottubru 20236
Novembru 20233
Minkejja dan, l-Awtorità tad-Djar toffri skemi oħrajn bħall-Equity Sharing Scheme (ESS) u t-10% Deposit Scheme (DPS) fejn jista’ jagħti l-każ li l-applikanti jkunu jikkwalifikaw għal dawn l-iskemi imma mhux għall-akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu s-sussidju tal-kera fil-mument taħt l-iskemi Rent Subsidy Scheme (RSS), Private Rented Sector (PRS) u Private Rent Housing Benefit Scheme (HBS)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-mument l-Awtorità tad-Djar għandha s-segwenti persuni li qed jieħdu s-sussidju tal-kera taħt l-iskemi Rent Subsidy Scheme (RSS), Private Rented Sector (PRS) u Private Rent Housing Benefit Scheme (HBS):
Rent Subsidy Scheme (RSS)153
Private Rented Sector (PRS)233
Private Rent Housing Benefit Scheme (HBS)3,033
Grazzi għall-miżuri maġġuri mill-Baġit tas-sena d-dieħla fis-settur tal-akkomodazzjoni, il-benefiċċju tal-kera se jkun qed jiżdied għal sena oħra.
Strateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali — Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx it-tħejjijiet għall-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali, peress li dik preżenti turi li l-miżuri ppjanati kienu għas-snin 2014 sas-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, iktar kmieni din is-sena beda x-xogħol fuq l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali: 2025-2035.
Diġa’ saru numru ta’ laqgħat bi-laterali ta’ pre-konsultazzjoni ma’ numru ta’ partijiet interessati ewlenin. Dawn il-laqgħat mistennija li jiġu fit-tmiemhom sal-aħħar ta’ din is-sena. Il-laqgħa ġenerali ta’ pre-konsultazzjoni iktar wiesa’ mistennija isseħħ fl-ewwel kwart tal-2024.
Twaqqaf ukoll kumitat ta’ tmexxija (Steering Committee) li se jkollu rwol aktar tekniku fid-disinn u l-abbozzar tal-iStrateġija Nazzjonali 2025-2035.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mibnija ġodda matul is-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li tiġi fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Linja tat-telefon 153 — Telefonati rigward Akkomodazzjoni Soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-linja tat-telefon 153 fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għas-snin 2020-2022 nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4239, rigward l-2023 ninsab infurmat li kien hemm 61 telefonata.