Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill- kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-unika entità li ngħatat servizz mill-kumpanija kkonċernata hija Teatru Manoel u dan hekk kif żewġ impjeġati ngħataw ECDL Training Course.
Infurmat li l-prezz totali kien ta’ €600 eskluż l-VAT għal kull persuna.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ma għandhiex kuntratti, jew ftehim ta’ servizzi/xogħol/konsulenza ma’ dan il-Ministeru.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenti 11045, li oriġinarjament saret lill- Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, u jgħid kemm għandu jieħu flus f’arretrati l-Gvern sal-aħħar tas-sena l-oħra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenti 11047, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva, u jgħid kemm hawn anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor, sena b’sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid hemmx pjanijiet biex tinbena distribution centre ġdida? Jekk iva, tista’ tgħid fejn ser tkun u kemm hi l-istima?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 11157, ninfurmah li l-aktar żewġ Ċentri ta’ Distribuzzjoni li jinsabu avvanzati fl-ippjanar tagħhom huma dawk tan-Naxxar u tas-Siġġiewi. L-ewwel stimi proviżorji jindikaw li dak tan-Naxxar ser jiġi jiswa madwar €14-il miljun, filwaqt li dak tas-Siġġiewi huwa stmat li ser jiswa €18-il miljun.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11104, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10796, jista' l-Ministru jgħid matul l-2022 kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11127 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u tgħid x’inhi l-istima ta’ telf għall-ekonomija tal-pajjiż minħabba l-qtugħ fil-provvista tad-dawl fl-aħħar erbat ijiem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fir-rigward tal-provvista tad-dawl u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija tal-pajjiż, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-akbar telf u saħansitra staġnar fit-tul, l-ekonomija tal-pajjiż iġġarrabhom meta l-prezzijiet tad-dawl, u anke tal-ilma, tal-gass, tad-diesel u l-petrol, jogħlew minn xahar għal xahar mingħajr l-ebda ħjiel ta’ stabbiltà.
Il-Gvern preżenti dan għarfu sa mill-bidu nett u ħa deċiżjonijiet kuraġġużi biex fost l-oħrajn wettaq b’suċċess il-qalba mill-Heavy Fuel Oil għall-gass. Din il-qalba ma għenitx biss biex jitnaqqsu l-emissjonijiet iżda wkoll biex il-Gvern, kif kien wiegħed minn qabel, raħħas il-kontijiet tal-dawl, u anke tal-ilma, għall-familji u n-negozji kollha. Dan is-serħan il-moħħ li ġabet magħha l-politika tal-Gvern preżenti kkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-irkupru ekonomiku li pajjiżna tant kien jeħtieġ u grazzi għal dawn id-deċiżjonijiet għaqlin, ilkoll kemm aħna, stajna ngawdu minn stabbiltà ekonomika.
Aktar riċenti, hekk kif sab ma’ wiċċu t-taqlib internazzjonali u l-kriżi li ġabet magħha l-gwerra fl-Ukrajna, l-Gvern reġa’ aġixxa b’mod deċiżiv u mill-ġdid serraħ moħħ il-familji u n-negozji li l-prezzijiet tad-dawl, tal-ilma, tal-gass, tad-diesel u anke tal-petrol kienu se jibqgħu stabbli.
Bid-deċiżjoni li ħadna li nżommu l-prezz tal-enerġija stabbli, minn Ġunju 2021 sa Ġunju ta’ din is-sena tajna aktar minn €766 miljun f’għajnuna għal dan is-settur. Fuq dawl biss, in-negozji u l-familji ffrankaw aktar minn €615-il miljun. Li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji llum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Għalhekk li għas-sena d-dieħla qed nibbaġittjaw €350 miljun oħra biex inżommu l-prezzijiet tad-dawl, tal-fuel u taċ-ċilindri tal-gass stabbli.
Konna, għadna u se nibqgħu innovattivi, proattivi u deċiżivi. L-isfidi li qed iġġib magħha t-tibdil fil-klima u d-domanda, dejjem togħla, għall-elettriku se nkomplu nindirizzawhom ukoll – kemm f’dik li hija ġenerazzjoni, kemm fid-distribuzzjoni u anke fejn tidħol l-affordabilità għall-konsumatur. Din hija ċ-ċertezza li f’dawn l-aħħar snin żammitna 'l bogħod minn telf ekonomiku jew saħansitra riċessjoni. Din hija ċ-ċertezza li kontinwament baqgħet tagħti lil pajjiżna stabbiltà ekonomika. Din hija ċ-ċertezza li tagħti s-serħan il-moħħ lill-poplu u n-negozji tagħna.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11045 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm għandu jieħu flus f’arretrati l-Gvern sal-aħħar tas-sena l-oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Barranin minn pajjiżi tal-UE u terzi li qegħdin fuq ir-reġistru tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u terzi li qegħdin fuq ir-reġistru tax-xogħol, part 1, part 2 u part 3 u minn liema pajjiżi ġejjin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Awwissu 2023.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji minn Mejju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu rġiel u nisa u x'kienet l-età tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn Mejju 2023 sad-9 ta’ Novembru 2023, kien hemm tmintax (18)-il każ ta’ suwiċidju reġistrat mal-Pulizija. Dettalji oħra kif mitluba mill-Onor. Membru huma inklużi fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Sena 2023
Każi ta’ suwiċidji
Total
Xahar
F
Età
M
Età
Mejju
1
37 Sena
3
78 Sena
54 Sena
19 sena
4
Ġunju
0
2
66 Sena
44 Sena
2
Lulju
0
2
24 Sena
27 Sena
2
Awwissu
0
2
16 Sena
42 Sena
2
Settembru
0
4
40 Sena
27 Sena
17 Sena
28 Sena
4
Ottubru
0
4
54 Sena
59 Sena
38 Sena
55 Sena
4
Novembru
Sa 09/11/23
0
0
-
0
Total
1
17
18
Ħ’Attard u Mosta – studenti barranin fl-iskejjel primarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin fl-iskejjel primarji ta' Ħ'Attard u l-Mosta? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti b'kollox u mil-liema pajjiżi ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti fl-iskejjel imsemmija huwa ta’ 1,349 student. Minn dawn, 212 huma studenti barranin filwaqt li 7 studenti oħra għandhom dual citizenship.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mara tal-missier tistax tapplika għall-Carer Allowance biex tieħu ħsieb lil ulied żewġha adulti, li għandhom diżabiltà severa, peress li mhux l-omm naturali tagħhom minkejja li jgħixu lkoll fl-istess dar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk ikun hemm żwieġ jew unjoni ċivili bejn il-koppja u sintendi jkunu jgħixu flimkien, mhix f’impjieg u l-wild b’diżabilità qiegħed jirċievi l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, hija tingħata l-Carer’s Grant daqslikieku kien binha jew bintha. Mill-banda l-oħra jekk il-missier naturali ma jkunx f’impieg dan il-Grant jingħata lilu u mhux lil mara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew flus iż-żjarat li l-Malta Film Commission organizzat fl-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inklużi dawk ta’ Frar u ta’ Awwissu għall-membri tal-Ġudikatura inklużi t-tours, ikliet u rigali mogħtija? Jista’ jgħid ukoll għalfejn mhux il-membri tal-Ġudikatura kollha kienu mistiedna?
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi min imexxi l-Judicial Studies Committee (JSC), u ċjoè l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tagħżel liema membri tal-Ġudikatura jkunu mistiedna jattendu safar u żjarat, bħal tal-Film Commission darbtejn fl-2023? Dan peress li mhux kollha kienu mistiedna, inkluż għall-ġita fl-Albanija ta' ġimgħa fis-sajf 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Waqt li nispeċifika li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ma tmexxix il-Judicial Studies Committee, iżda tagħti sapport lil dan il-kumitat, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11440.
Sptar Mater Dei — Barranin li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni barranin minn pajjiżi terzi li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa ġewwa l-Isptar Mater Dei jew Ċentri tas-Saħħa? Kemm kien l-ammont li nġabar? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu li qed jistaqsi dwaru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni barranin, kemm minn pajjżi terzi kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, li ħallsu bolla hawn Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi kienu ġejjin u kemm kien l-ammont li nġabar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali (bolol) imħallsa minn persuni barranin hawn Malta, għas-sena 2022, hu skont it-tabella hawn taħt:
Impjegati
Kontribuzzjoni mill-Impjegati (Euro)
Kontribuzzjoni mill-‘Employers’ (Euro)
Unjoni Ewropea
63,287
€69,363,419.42
€69,498,713.07
Pajjizi Terzi
61,544
€50,880,952.93
€50,719,295.18
Total
124,831
€120,244,372.35
€120,218,008.25
Kien hemm ukoll dawn il-persuni li ħallsu kontribuzzjonijiet soċjali Class II:
Persuni
Kontribuzzjoni Class II
Unjoni Ewropea
2,149
€1,665,346
Pajjizi Terzi
204
€143,358
Total
124,831
€1,808,704
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji tas-sewqan, tal-y plate u mhux, lil persuni barranin mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħarġet 3,894 liċenzja tas-sewqan lill-persuni barranin (li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija jew mhumiex imwielda Malta) bejn l-1 ta’ Jannar 2022 sal-14 ta’ Novembru 2023.
Ħ’Attard — Triq il-Linja, Wied Rmiedi u Triq id-Dorga - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10790 jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol fuq l-imsemmija toroq, speċjalment Wied Rmiedi u Triq il-Linja, ser ikun lest?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tliet proġetti msemmija, Infrastructure Malta qed tagħmel minn kollox biex dawn ix-xogħlijiet jitlestew kif pjanat, filwaqt li joħolqu l-inqas inkonvenjent lir-residenti u l-inħawi.
Fi Triq id-Dorga fadal l-aħħar saff ta’ asfalt u l-marki taż-żebgħa. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Infrastructure Malta qed tistenna direzzjoni mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali dwar il-konservazzjoni ta’ element arkeoloġiku li nstab waqt il-ftuħ ta’ trinka tal-ilma tax-xita, f’parti minn Triq il-Linja.
Fi Triq il-Linja u f’Wied Rmiedi, jonqos isir l-aħħar saff tal-asfalt u l-marki taż-żebgħa. Ix-xogħlijiet mistennija jistlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Ħ’Attard — Triq A. Camilleri u Triq il-Qiegħa - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fuq Triq A. Camilleri u Triq il-Qiegħa, f'Ħ’Attard, u meta ser jitlesta? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-istima u kemm biħsiebha tkun in-nefqa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq A. Camilleri hu previst li jibda fix-xhur li ġejjin wara li jiġi konkluż proċess ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet varji. Min-naħa l-oħra Infrastructure Malta m’għandhiex xogħol ippjanat fl-immedjat għal Triq il-Qiegħa.