Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-Istrateġija Nazzjonali kontra l-faqar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant, ġħall Istrateġija Nazzjonali għal Aktar Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali 2025–2035 li tistabbilixxi l-viżjoni u l-prijoritajiet tal-Gvern sabiex ikompli jnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali u jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja, b’mod partikolari ta’ persuni u familji vulnerabbli.
Ċirkewwa Marine Park – Kiri ta’ mobile clinic u mobile office – Spiża
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm qed jiswa l-kiri ta' servizz ta' mobile clinic u ta' mobile office għall-Park taċ-Ċirkewwa lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew indirettament lill-management taċ-Ċirkewwa Marine Park kull sena billi jagħti rendikont tal-ispejjeż assoċjati / ivvutati għal dawn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ċirkewwa Marine Park – Kiri ta’ mobile clinic u mobile office – Spiża
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm qed jiswa l-kiri ta' servizz ta' mobile clinic u ta' mobile office għall-Park taċ-Ċirkewwa lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew indirettament lill-management taċ-Ċirkewwa Marine Park kull sena billi jagħti rendikont tal-ispejjeż assoċjati / ivvutati għal dawn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ila taħdem fuq dan il-proġett siewi għas-settur tad-diving għal bosta snin.
Matul is-sena 2025, l-ispejjeż kien jinkludu: xiri ta’ mobile clinic, servizz ta’ first aiders, xogħlijiet ta’ titjib fl-infrastrutura u salarji.
Jista' l-Ministru jghid jekk il-kmamar okkupati mill-Gozo Channel mingħajr użu partikolari humiex ser jgħaddu għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) sabiex ikunu jistgħu jiġu integrati fiċ-Ċirkewwa Marine Park u jintużaw bħala kmamar tal-ewwel għajnuna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kmamar in kwistjoni qegħdin jintużaw mill-Kumpanija Gozo Channel, liema użu huwa relatat mal-aspett loġistiku u operattiv.
Jista' l-Ministru jghid jekk il-kmamar okkupati mill-Gozo Channel mingħajr użu partikolari humiex ser jgħaddu għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) sabiex ikunu jistgħu jiġu integrati fiċ-Ċirkewwa Marine Park u jintużaw bħala kmamar tal-ewwel għajnuna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23896 tal-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jitnaqqas il-faqar fost il-pensjonanti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant lit-tnaqqis tal-faqar fost il-pensjonanti qed jiġi ndirizzat kontinwament b'mod strateġiku permezz tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Pensjonijiet 2021-2027 u issa bir-Rapport Strateġiku tal-Pensjonijiet tal- 2025 (kif sar b’dawk preċedenti), imħejji mill-Grupp Strateġiku tal-Pensjonijiet bħala parti mir-reviżjoni legali li ssir kull ħames snin dwar l-adegwatezza, is-sostenibbiltà u s-solidarjetà tas-sistema.
Fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja hemm ukoll id-Direttorat għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet, li jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u janalizza kontinwament l-adegwatezza tal-pensjonijiet. Dan ix-xogħol strateġiku li jsir b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtá Soċjali qed jagħti l-frott: l-adegwatezza tal-pensjonijiet tjiebet b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin, u wara l-konsultazzjoni pubblika, il-Gvern ikkonferma li mhux se jgħolli l-età tal-irtirar u lanqas ir-rati tal-kontribuzzjonijiet, filwaqt li se jkompli jsaħħaħ il-pensjonijiet matul din il-leġiżlatura.
Din l-istrateġija qed tissarraf f'miżuri konkreti sena wara l-oħra bħaż-żidiet ġenerali fil-pensjonijiet minbarra l-COLA sħiħa, u diversi miżuri oħra ta’ sostenn li ddaħħlu fl-aħħar snin, inkluż għar-romol, pensjonanti tal-invalidità u dawk tal-età non-kontributorja. Għal dawk bl-inqas dħul, issaħħew kemm l-allowance supplimentari kif ukoll is-suppliment annwali għall-persuni anzjani. Fl-istess waqt qed jitneħħew l-anomaliji storiċi, bil-Bonus tal-Għoli tal-Ħajja jsir rata waħda għall-pensjonanti kollha, b'aġġustamenti għall-pensjonanti mwielda qabel l-1962 biex jonqos id-distakk li rriżulta mir-riforma tal-2006, u bl-ugwaljanza tad-Dħul Pensjonabbli Massimu għall-pensjonanti kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-benefiċċji soċjali ġiet miċħuda fl-aħħar sena u għaliex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Applikazzjonijiet għall-Assistenza Soċjali tul l-aħħar sena
1,413
Applikazzjonijiet Aċċettati
1,039
Applikazzjonijiet Miċħuda
322
Tajjeb jingħad illi fost ċaħdiet varji nsibu dawk illi jkunu jirċievu l-Għajnuna Soċjali u jibdew jaħdmu u mmedjatament dawn il-persuni jibdew jirċievu t-Tapering tal-Benefiċċji u b’hekk jissaħilhom il-potenzjal finanzjarju għalihom u għal familji tagħhom. Ċaħdiet oħra jirrelataw ma’ eċċess tat-threhsold tat-test tal-kapital, meta jinstab illi persuna ma tkunx il-
head of household
jew inkella meta l-bord mediku ma’ jkunx sodisfatt illi l-persuna tbati minn xi kundizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati bl-użura mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi:
Sena
Numru t’akkużati li tressqu bl-akkuża ta’ użura
Każ pendenti
Kawżi Deċiżi
2021
0
0
0
2022
4
1
3
2023
1
1
0
2024
0
0
0
2025
0
0
0
2026
1
1
0
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-istock ta' proprjetajiet li huma battala u huma f'idejn il-Gvern?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sad-data tal-lum, hemm total ta' 241 proprjetà battala li jinsabu f'idejn l-Awtorità tad-Djar. Minn dawn, hemm numru żgħir li huma lesti sabiex jiġu allokati. Fir-rigward tal-bqija, għaddejja analiżi meħtieġa, qed isiru xogħlijiet ta' tiswijiet strutturali fejn ikun meħtieġ, jew qed jitħejjew rapporti tekniċi sabiex ikunu jistgħu jingħataw il-grants meħtieġa għat-twettiq ta' xogħlijiet qabel jiġu allokati.
Tista' l-Ministru tagħti garanzija u time frames ta' meta ser jissewwew il-bankini ġewwa l-Belt Valletta, speċjalment ta' Triq Melita u Triq San Pawl, peress li huma perikolużi partikolarment għal min ikollu problemi ta' mobbiltà?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li qed isir xogħol mill-Perit tal-Kunsill fuq l-applikazzjonijiet għall-finanzjament tax-xogħolijiet imsemmija permezz tal-
Planning Development Fund
. Hekk kif il-Kunsill jingħata l-fondi u l-approvazzjonijiet neċessarji sabiex jipproċedi, il-proġett ikun jista’ jidħol fil-fażi tal-implimentazzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn suwiċidji f'Mejju u Ġunju tal-2026? Jista’ jgħid ukoll l-etajiet u l-ġeneru tagħhom?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm każ ta’ raġel f’Mejju u ħames każi t’ irgiel f’Ġunju, bl-etajiet ivarjaw bejn l-20 u s-60 sena.