Conseravatorio Vincenzo Buġeja — Proġett soċjali Fejda u St Jeanne Antide
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x' inhu l-għan primarju tal-Conseravatorio Vincenzo Bugeja, li fih insibu l-proġett soċjali Fejda u St Jeanne Antide, li jilqa’ tfajliet bi sfidi soċjali? Jista' jgħid ukoll kemm iżomm residenti dan il-post u jelenka stejjer ta' suċċess li ġew rekordjati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Bord tat-tmexxija tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja kien informa lill-Ministeru li ma kienx f’pożizzjoni li jkompli jagħti s-servizz ta’ residential home għal tfajliet bi sfidi soċjali lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2023. Għaldaqstant, il-Ministeru flimkien mal-FSWS kellhom jagħmlu arranġamenti alternattivi. It-tfajliet issa qed jgħixu fi tliet id-djar f’ambjent aktar viċin dak ta’ familja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li jaħdmu mal-Malta Film Commission? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema mill-Unjoni Ewropea, kemm hemm minn pajjiżi terzi u mil-liema pajjiżi ġejjin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema fil-Film Commission huma kollha ta’ nazzjonalità Maltija.
Abbozz ta' Liġi — Żmien ta’ priġunerija għar-reat ta’ stupru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, jew sa meta ħa jkun ippubblikat l-Abbozz ta’ Liġi biex il-minimu ta' snin ta' priġunerija stabbilit għar-reat ta' stupru jerġa’ jitneħħa u jiġi kif kien sa ftit snin ilu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liem abbozz ta’ liġi qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tagħti lista fuq xiex jikkostitwixxi l-192,000 tunnellata ta' skart mhux riċiklabbli f'sena, li ħa jinħaraq fl-inċineratur tal-Magħtab?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant għandu l-kapaċità li jipproċessa diversi tipi ta’ skart. Il-kategoriji primarji huma dawn li ġejjin: borża sewda, rejects minn proċessi oħra ta’ WasteServ, skart goff li ma jistax jiġi riċiklat, RDF, injam mhux tajjeb għar-riċiklaġġ u tindif tat-toroq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs li seħħew minn persuni b'diżabbiltà li huma reġistrati fl-Inclusive Education Unit (IEU) li rreġistraw għal korsijiet tal-MCAST (inkluż dak mainstream) u li b'hekk komplew il-kors minn level 3 'il fuq, maqsuma sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
2019-2020
2020-2021
2021-2022
2022-2023
2023-2024
Studenti ta’ l-IEU li rriżenjaw minn Level 3
14
2
7
3
0
Studenti ta’ l-IEU li rriżenjaw minn Level 3 imma reġgħu daħlu Level 3 jew f’livell ogħla is-sena ta’ wara
ma japplikax
3
0
3
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet għall-obeżità ġewwa l-Isptar Mater Dei minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11156, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11156, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat għal unit tal-akkomodazzjoni soċjali mill-2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm għadhom qed jistennew biex jingħatalhom dan il-unit?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2017 sad-19 ta’ Jannar 2024, il-Bord tal-Allokazzjonijiet iffirma 1499 kuntratt għall-akkomodazzjoni soċjali.
Mosta, Mdina u Ħ’Attard — Ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet fuq l-ambjent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet fuq l-ambjent fil-lokalitajiet tal-Mosta, Mdina u Ħ’Attard mill-2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm inġabru flus b'kollox?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2017 sas-16 ta’ Ottubru 2023 inħarġu total ta’ mitejn u sebgħa u għoxrin ċitazzjoni għall-kontravenzjonijiet fuq l-ambjent fil-lokalitajiet tal-Mosta, Mdina u Ħ’Attard, mill-Pulizija u uffiċċjali tal-LESA. Dawn kienu mija u disa u ħamsin (159) fil-Mosta, tnax (12) l-Imdina u sitta u ħamsin (56) Ħ’Attard
Mosta — Triq Mattew Callus – Xogħlijiet minn Infrastructure Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa jinbeda x-xogħol minn Infrastructure Malta fi Triq Mattew Callus, il-Mosta? Jista’ jgħid ukoll fiex ħa jikkonsisti dan ix-xogħol u x'inhuma t-timeframes?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Mattew Callus, il-Mosta, jinsabu għaddejjin. Ix-xogħlijiet ser jikkonsistu fi trinek ta’ servizzi tal-ilma, tibdil ta’ soqfa tat-tappiera tad-drenaġġ, tqegħid ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni, sistemi ta’ stormwater biex jiġbor l-ilma tax-xita, bankini ġodda, skavar u bini tat-triq. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sa Ġunju ta’ din is-sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru huma;
· Agenzija Żgħażagħ
· Authority for Integrity in Maltese Sport
· English Language Teaching Council
· EquestriMalta
· Foundation for Educational Services
· Foundation for Information Technology Accessibility
· Foundation for Tomorrow’s Schools
· Institute for Education
· Malta College of Arts, Science and Technology
· Malta Council for Science and Technology
· Malta Further and Higher Education Authority
· National Book Council
· National Literacy Agency
· National Skills Council
· SportMalta
· University of Malta
Infurmat li fl-entitajiet t’hawn fuq m’hemm l-ebda impjegat fil-kariga msemmija.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi ma ngħata l-ebda kuntratt ta’ fiduċja minn meta ingħatajt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva huma dawn:
Embryo Protection Authority
Foundation for Medical Services
Foundation Kenn għal Saħħtek
Malta Health Ltd
Medicines Authority
Office of the Commissioner for Mental Health
Office of the Commissioner for the Older Persons
Older Persons Standards Authority
Minn kemm ilni li jien inħtart Ministru, ma ġewx mogħtija kuntratti ta’ fiduċja f’dawn l-entitajiet.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsia parlamentari 11127, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u tgħid x’inhi l-istima ta’ telf għall-ekonomija tal-pajjiż minħabba l-qtugħ fil-provvista tad-dawl fl-aħħar erbat ijiem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 11831.
Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11156, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11155.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista aġġornata tal-entitajiet ser tkun ippublikata fil-jiem li ġejjin. Fir-rigward tal-kuntratti ta’ fiduċja, minn meta ġejt maħtur Ministru jiena sal lum ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt.
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba' entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, li huma: il-Gozo Regional Development Authority, il-Gozo Channel (Operations Ltd), il-Gozo Heliport Limited u l-Awtorità tal-Ippjanar. L-ebda waħda minn dawn l-entitajiet ma għandha impjegati magħha persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja.