Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali

Question

Jista' dl-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11047 u 11767, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza rispettivament u jgħid kemm hawn anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor, sena b’sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għoti ta’ fondi għal restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11104 u 11817, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol rispettivament u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10796, jista' l-Ministru jgħid matul l-2022 kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni li l-istess Dipartiment mhux involut f’xogħolijiet relatati ma' djar antiki jew ħitan tas-sejjieħ. Intant infurmat illi d-Dipartiment iwettaq diversi proġetti fuq knejjes u kappelli direttament, permezz tal-ħaddiema tiegħu stess, jew b’kuntratti. Dawn huma ffinanzjati mill-Fondi Lokali, mill-Voti Kapitali mogħtija lid-Dipartiment fil-budget annwali. Dwar dan infurmat li matul is-sena 2022 saret nefqa globali ta’ €945,755 fuq proġetti ta' knejjes u kappelli. Infurmat ukoll illi d-Dipartiment jassisti b’fondi għat-twettiq ta’ xogħol ta’ restawr ta' assi patrimonjali ġewwa il-knejjes, bħal pitturi, skulturi eċċ. permezz tar- Restoration Funding Scheme li toħroġ kull sena b’kollaborazzjoni mal-Arts Council Malta, fejn jiġu ffinanzjati proġetti ¿għar b’nefqa sa €15,000, b’massimu ta’ €90,000 kull sejħa.

Wasteserv – Avukati

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-avukati in house tal-Wasteserv u liema huma l-avukati minn barra li ngħataw xogħol legali mill-Wasteserv fl-2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’inhuma r-rati ta’ ħlas?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Diving Strategy – Tnedija ta’ entità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont fuq ix-xogħol li sar sabiex titwaqqaf l-entità msemmija fid-Diving Strategy imnedija fl-2022 li tieħu ħsieb is-siti tal-għadis? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi data meta din mistennija li tiġi mnedija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diving Strategy imsemmija ma taqgħax taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru.

Diving Strategy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi preparamenti u jekk l-istakeholders, kemm pubbliċi u anke privati, kif ukoll l-NGOs hux ser ikunu ikkonsultati u/jew ikollhom rappreżentanza u/jew parteċipazzjoni fi ħdan l-entità msemmija fid-Diving Strategy biex din taqdi dmirha b’mod xieraq u kif mistenni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diving Strategy imsemmija ma taqgħax taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Settur tal-għadis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-infiq mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu, fuq faċilitajiet u/jew inizjattivi marbuta mas-settur tal-għadis bejn l-2021 sal-aħħar tal-2023, maqsumin bit-tip ta’ spiża u l-valur, kemm kapitali kif ukoll rikorrenti? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-vot jew pjanijiet għal tali inizjattivi għall-2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infiq fuq faċilitajiet u/jew inizjattivi marbuta mas-settur tal-għads bejn 2021 u 2023 kien is-segwenti: Sena MTA ITS 2021 € 280,550 €28,538 2022 €690,442 €13,536 2023 €208,297 €9,532 Dan l-infieq kien marbut fost l-oħrajn mal-idraftjar u l-pubblikazzjoni tal-istrateġija tad-diving, l-iscuttling tal-P33 u l-MV Hephaestus, it-twaqqif taċ-Ċirkewwa Marine Park, il-manutenzjoni u upgrading tal-infrastruttura tad-diving u l-ispiża fuq l-International School of Diving Safety and Medicine. Matul din is-sena l-MTA se tkompli tinvesti fil-prodott tal-għads skont kif hemm ippjanat fl-istrateġija għal din l-industrija li ġiet imnedija fl-2022. Se tibqa’ ssir ukoll ħidma ma’ Nature Trust biex ikompli ix-xogħol u l-immaniġjar taċ-Ċirkewwa Marine Park. Min-naħa tal-ITS bħalissa hemm 16-il student irreġistrat għal Bachelor of Science in Diving Safety Management.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Settur tal-għadis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-infiq mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, fuq faċilitajiet u/jew inizjattivi marbuta mas-settur tal-għadis bejn l-2021 sal-aħħar tal-2023, maqsumin bit-tip ta’ spiża u l-valur, kemm kapitali kif ukoll rikorrenti? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-vot jew pjanijiet għal tali inizjattivi għall-2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu żewġ skemi ta’ għajnuna fejn jistgħu jibbenefikaw l-operaturi tal-għadis. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ewwel skema - l-Adventurous Tourism Scheme - fil-perjodu imsemmi kien hemm sebgħa applikazzjonijiet mill-operaturi tal-għadis. Sa issa, erba minn dawn l-applikazzjonijiet ibbenefikaw minn €18,275.30. It-tlett applikazzjonijiet l-oħra għadhom qed jigu evalwati. F’dak li jirrigwardja t-tieni skema - Supporting Marketing Initiatives for Specific Niche Markets in Gozo - kien hemm tlett operaturi tal-għadis, li bbenefikaw minn €14,498.84. Dawn iż-żewġ skemi se jerġgħu ikunu miftuħin is-sena d-dieħla taħt il-vot Programmes & initiatives – Gozo Business Schemes.

Spoofing — Proposta għal liġi ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jipproponi liġi li tagħmel “spoofing” bħala reat kriminali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi avolja tali aġir m’huwiex ikkriminalizzat f’pajjiżna bħala reat awtonomu, trasponejna d-Direttiva 2013/40/UE, tat-12 ta’ Awwissu 2013, dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, fil-Kodiċi Kriminali, fejn għandna in vigore numru ta’ provvedimenti fuq l-użu mhux kif dovut tal-computers.

Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Judicial Studies Committee — Membru

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11423 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11440, peress li din it-tweġiba ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jgħid jekk is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu huwiex parti mill-Judicial Studies Committee? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx il-Ministru stess li nnominah f'dan il-Kumitat wara l-2021 għall-ewwel darba minn kemm ilu jeżisti dan il-Kumitat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11440.

PSC — Deċiżjoni dwar individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11405 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid x’kienet id-deċiżjoni tal-Public Service Commission (PSC) fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn kien ammetta li arrikkixxa ruħu illegalment minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħ’Attard — Triq Victor Vassallo – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol b’rabta mal-proġett ta' Triq Victor Vassallo, Ħ’Attard, u meta hu stmat li jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta daħlet għal implimentazzjoni ta’ dan il-proġett wara talba biex din it-triq tinbena mill-ġdid mill-kunsill lokali. Dan se jsir b’investiment ta’ madwar 1.3 miljun ewro li jinkludi servizzi ġodda taħt l-art proposti minn entitajiet oħra, mogħdijiet u saffi ta’asfalt. Ix-xogħlijiet maġġuri u ewlenin mitluba minn entitajiet oħra huma prinċipalment – it-tibdil tas-sistema l-antika tad-drenaġġ u l-installazzjoni ta’ sistema ġdida tal-ilma tax-xita biex tilqa’ għall-problemi magħrufa ta’ għargħar f’din iż-żona partikolari. Huwa fatt magħruf li dawn ix-xogħlijiet jeħtieġu trinek wesgħin u fondi biex ikunu jistgħu jiġu installati l-pajpijiet ġodda meħtieġa fil-livelli stabbiliti. Xogħlijiet bħal dawn huma intensivi ħafna fix-xogħol u jeħtieġu miżuri ta’ mitigazzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-sit waqt l-implimentazzjoni ta’ tali xogħlijiet fuq il-post. Ix-xogħlijiet kollha f’din it- triq huma maħsuba li jitlestew fit-tielet kwart tal-2024.

Sptar Mater Dei — Barranin li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11436, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin minn pajjiżi terzi li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa ġewwa l-Isptar Mater Dei jew Ċentri tas-Saħħa bejn is-sena 2017 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont li nġabar? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informzzjoni qed tinġabar.

Judicial Studies Committee — Infiq fuq safar u ikliet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11499, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11440, peress li din it-tweġiba ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Judicial Studies Committee fuq safar u ikliet fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż fuq il-mawra ta’ ġimgħa fl-Albanija għal numru żgħir ta' Maġistrati u Mħallfin ftit ġimgħat ilu u jgħid ukoll x’kien il-programm ta’ kull żjara fl-2022 u fl-2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11440.

Judicial Studies Committee — Membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11403, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11440, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri li jmexxu jew huma involuti fit-tmexxija/koordinazzjoni tal-Judicial Studies Committee? Jista’ jgħid meta nħatru u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom? Jista’ jgħid ukoll x'sehem kellu hu fil-ħatra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jekk din il-persuna għandhiex kwalifiki fil-Liġi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija paramentari 11440.

BCA – Implimentazzjoni ta’ Rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Quintano

Question

Peress li waqt konferenza fuq il-Baġit, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar qal li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) diġà implementat 70 mis-77 rakkomandazzjoni li hemm fir-Rapport Quintano, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn is-70 rakkomandazzjoni li ġew implimentati u liema huma s-7 li ma ġewx implimentati u jgħid ukoll għaliex ma ġewx implimentati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-Ministru, kien qal preċiżament li “minn sebgħa u sebgħin inizjattiva, sebgħin minnhom twettqu jew qegħdin f’fażi avvanzata biex jitwettqu.” Nenfasizza li matul dawn l-aħħar xhur sar ħafna xogħol sabiex aktar minn 90 fil-mija tar-rakkomondazzjoniet twettqu jew waslu biex jitwetqu. Sadanittant l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tinnota li dawk ir-rakkomandazzjonijiet li ma ġewx implimentati, fejn applikabbli, se jsir ix-xogħol fuqhom fil-mument opportun.

Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u jgħid kemm-il ilment tressaq lill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali dwar Ċentri ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabilità matul l-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif qed tidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ Ilmenti Mressqa dwar Ċentri ta’ Matul il-Jum 2022 Xejn 2023 2 ilmenti

MCAST – Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħmel trasport mill-Mosta għall-MCAST Paola peress li hawn studenti li jkunu ilhom fuq il-Bus Stop mill-5.30 a.m. u l-karozzi tal-linja jispiċċaw jgħaddu full-up u bit-traffiku ta' filgħodu jispiċċaw jaslu tard għal-lezzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.