Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella t’hawn taħt: Entità CEO Prattika/Professjoni Privata Awtorità tal-Artijiet Robert Vella Xejn

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-4 ta’ Marzu 2024.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14437.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li għandhom CEO? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u tgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W46. Filwaqt li ninfurmah ukoll li s-sur Oliver Scicluna u s-sur Mauro Pace Parascandolo ma jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Il-kuntratti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub. ENTITÀ CEO DATA TAL-ĦATRA IL-PERSUNA TAGĦMEL XI XOGĦOL IEĦOR BĦALA NEGOZJU JEW TIPPRATTIKA PROFESSJONI PRIVATAMENT Correctional Service Agency Mr Christopher Siegersma 24/01/2023 LE International Protection Agency Mr Malcolm Cutajar 05/01/2021 LE Local Enforcement System Agency (LESA) Mr Svetlick Flores 10/09/2023 LE Victim Support Agency Mr Brian Farrugia 18/01/2021 LEĊ Community Malta Agency Mr Joseph Mizzi 22/11/2021 LE Identità Mr Steve Agius 13/02/2024 Senior visiting lecturer fl-Università ta' Malta. Residency Malta Agency Mr Jonathan Cardona 26/01/2024 LE Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS) Mr Clayton Xuereb 25/05/2023 LE Detention Services Agency Mr Kyle Mifsud 09/02/2023 LE Jobsplus Ms Alexia Vella 24/03/2020 LE

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda CEO tal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru imniżżla hawn taħt, ma jagħmel xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattika professjoni privatament waqt li qed jokkupa l-pożizzjoni ta’ CEO. MCC / ITS - Is-Sur Pierre Fenech MTA - Is-Sur Carlo Micallef MFC - Is-Sur Johann Grech TZRA - Is-Sur Dennis Vella.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 3311 li tpoġġiet f’Seduta 217, nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Marzu 2024)

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li parti mill-informazzjoni mitluba qed tingħata hawn taħt, il-bqija tal-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Entita/Aġenzija/Awtorita CEO Xogħol barrani Festivals Malta Francis Agius Le Heritage Malta Noel Zammit Le Malta Philarmonic Orchestra Christopher Muscat ( Acting CEO) Le Malta Libraries Cheryl Falzon Le MICAS Phyllis Muscat Le St. John's Co-Cathedral Foundation Tonio Mallia Le Teatru Manoel Edward Zammit ( Acting CEO) Le Valletta Cultural Agency Catherine Tabone Le

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella ta’ hawn taħt: ENTITÀ CEO Data tal-Ħatra Il-Persuna tagħmel xi xogħol ieħor bħala negozju jew tipprattika professjoni privatament Trade Malta Ltd. Anton Buttigieg 2015 Le

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ebda minn dawk il-Kapijiet Eżekuttivi ma jagħmlu xogħol privat u / jew negozju ieħor, mindu nħatru bħala Kapijiet Eżekuttiv. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Medika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6797 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5263, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk u meta se terġa' tibda tiffunzjona l-Medical School jew jekk hux se jkun hemm premises ġodda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru diversi laqgħat ma' stakeholders varji inkluż fakultajiet, studenti, amministrazzjoni tal-Universita u kif ukoll il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva biex l-iskola Medika tkun waħda li sservi l-iskop tagħha b'mod effettiv kemm fil-preżent u kif ukoll fil-futur.

SportMalta — Director Human Resources

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet il-call għal Director Human Resources fi SportMalta? Jista' jagħti dettalji u jippreżenta kopja ta’ meta ħarġet din il-call u jagħti dettalji ta’ meta saru l-interviews u minn min kien magħmul l-interviewing board? Jista' jgħid ukoll x’pakkett finanzjarju qed tirċievi l-persuna li ġiet magħżula għal dan ix-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li sal-ġurnata tal-llum ma ħarġet l-ebda call għal Director Human Resources fi ħdan Sport Malta.

Karozzi liċenzjati pparkjati fl-istess post għal numru ta' xhur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk karozza liċenzjata tistax iddum ipparkjata fl-istess post għal numru ta' xhur u dan minħabba li tkun qed tieħu post ta' parking? Jista' jgħid ukoll jekk dan hux abbuż tal-liġi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm vettura jkollha liċenzja valida, din tista’ tipparkja b’mod legali mingħajr restrizzjoni ta’ żmien, għaldaqstant ma jkunx hemm każ ta’ ksur ta’ liġi.

Sptar Mount Carmel – Abbuż fil-pagi u overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema ġewwa l-Isptar Mount Carmel, hux ser jieħu passi biex dak li ġie mħallas żejjed, jittieħed lura?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15535.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — Kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm-il euro minn fondi speċifiċi tal-Unjoni Ewropea l-Gvern ta lill-kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija lejn u minn Malta bl-iskop speċifiku li jnaqqsu l-carbon footprint tagħhom fl-aħħar sena? Jista’ jgħid ukoll meta u taħt liema fondi u lil min ingħataw tali fondi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm ebda skema bi skop speċifiku biex is-settur imsemmi jnaqqas il-carbon footprint tiegħu.