Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li mietu waqt li kienu fil-lista ta’ stennija għal organu/organi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna mietet li kienet fil-lista ta’ stennija għal organu/organi f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif ġejja: 2019 2 pazjenti 2020 2 pazjenti 2021 1 pazjenti 2022 1 pazjenti 2023 Xejn

Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11156 u 12180 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li diġa’ tajt f’mistoqsijiet parlamentari 11155 u 12179.

Sptar Mater Dei – Tibdil jew tranġar ta’ lifts

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta’ drabi li l-lifts f’Mater Dei nbidlu kompletament (mhux sempliċiment tranġat il-ħsara), u ġew installati oħrajn ġodda minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-data ta’ kull darba li ġew installati dawn il-lifts ġodda fjamanti flok oħrajn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li meta l-lifts issirilhom manuntenzjoni kif suppost u b’mod regolari kif issir fl-isptar Mater Dei, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jinbidlu kompletament ma’ lifts ġodda. Il-modernizzar ta’ komponenti ewlenin ikun biżżejjed u dan isir. Infurmat ukoll li fl-2021 beda programm ta’ modernizzar fuq 50 lift. Baqa’ jsir xogħol fuq ħamsa (5) u dawn mistenni li jkun lest fuqhom sat-tielet kwart tal- 2024. Infurmat ukoll li jkun baqa’ tnejn (2) li ser jiġu żarmati u mibdula ma’ lift wieħed akbar biex iservi l-High Degree Isolation Unit. Hu programmat li jiġi installat fl-aħħar kwart tal-2024This scheduled for installation Q4 of 2024.

Skejjel tal-Gvern – LSEs barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk biex LSE barrani jaħdem fi skola tal-Gvern iridx ikun jaf il-Malti bażiku? Jekk le, x'inhuma l-kriterji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mill-kriterji hi l-kapaċità li tikkomunika bil-lingwa Maltija.

PSC — Sospensjoni kawtelatorja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li mill-1 ta' Ottubru 2023 il-Public Service Commission (PSC) adottat proċedura ġdida u aħjar, li min ikun taħt sospensjoni kawtelatorja tibda tinqatagħlu 20% biss mill-paga minflok 50%, din il-miżura għandhiex tapplika wkoll għal każijiet ta' qabel dik id-data għax hemm impjegati tas-Servizz Pubbliku li qed ikollhom jgħixu b’€550 biss fix-xahar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li r-regolamenti tal-proċedura ta’ dixxiplina tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku 2023 ġew fis seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2023 u huma applikabbli għal proċessi dixxiplinarji li nbdew minn tali data jew wara. Minkejja dan wara li ġew fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda nbeda eżerċizzju li l-għan tiegħu hu li l-każijiet ta’ uffiċċjali pubbliċi li huma sospiżi b’mod prekawzjonarju għal perjodu ta’ aktar minn 6 xhur jiġu riveduti perjodikament.

Skejjel tal-Istat — Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Ombudsman għall-Edukazzjoni jibda serje ta' taħdidiet fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, l-istess kif beda jagħmel fl-iskejjel tal-Knisja, dwar l-importanza tal-Ombudsman u l-Governanza t-Tajba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċju tal-Ombudsman huwa uffiċju Indipendenti.

Teatru Manoel — Rinnovazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma sarx il-lift fit-Teatru Manoel wara li saret ir-rinnovazzjoni u x'tip ta' xogħol sar għall-persuni b'diżabbiltà?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tat-Teatru Manoel, il-lift msemmi gie fil-fatt installat u issa fadal li jsiru l-ahhar verifikazzjonijiet sabiex tali lift ikun certifikat ghall-uzu pubbliku. F’dan l-isfond, ninsab infurmat illi l-lift installat huwa mghammar bin-numri u bil-vuci f’kull sular u dan sabiex tigi facilitate l-accessibilita ghall-persuni b'diżabbiltà. Tajjeb jigi rrimarkat illi b’dan il-lift, it-Teatru Manoel ghall-ewwel darba f’292 sena se jkun accessibli ghal kulhadd f’kull sular u ghal kull facilita` fit-Teatru. Finalment ninsab infurmat li fost il-hafna xoghol ta’ rinovazzjoni li sar, saru bathrooms ghal persuni b’dizabilita’ f’kull sular, kif ukoll escape chairs li jkollhom manutenzjoni regolari f’kull parti tat-Teatru.

Il-Mosta – Żona tal-Biżbiżija — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jieħu għalqa tad-dwieli fil-Biżbiżija l-Mosta (fl-inħawi ta’ fejn kellha ssir shooting range fil-passat, wara Mount Saint Joseph Retreat House) biex isir proġett? Jekk iva, jista’ jgħid lil liema kumpanija ser tingħata din l-art u x'tip ta' proġett ser jinbena?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhuwiex ċar għal liema art qed jirreferi.

Għalliema li ggradwaw fis-suġġetti tar-Reliġjon u tal-Etika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw għalliema fis-suġġetti tar-Reliġjon u tal-Etika mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom qed jgħallmu s-suġġett li ggradwaw fih?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2021 gradwaw total ta’ 13-il għalliem fis-suġġetti msemmija.

WSC – Sospensjoni ta’ impjegati u uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex mhux kull impjegat u uffiċjal tal-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma (WSC) li ġie interrogat mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID) fl-aħħar xhur (b'mod partikolari fis-sajf tal-2023), inkonnessjoni mal-abbuż fi frodi tal-benefiċċji soċjali u li kontrihom ġew ippreżentati l-akkużi kriminali fil-Qorti, ġie sospiż b'nofs paga kif jistipula l-Ftehim Kollettiv, iżda kienu biss uħud li ġew sospiżi? Tista’ tgħid ukoll għaliex minkejja li l-FCID infurmaw lill-WSC fl-aħħar xhur bl-isem ta' kull impjegat u uffiċjal tal-WSC li huma kienu interrogaw u li kienu se jressqu l-Qorti, skont kif inhi l-proċedura, xorta waħda sal-lum il-WSC ma ssospendithomx kollha b'nofs paga? Għaliex id-double standards tal-WSC?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma la rċeviet ebda komunikat mingħand il-FCID u lanqas ma hi b’xi mod involuta fl-ebda investigazzjoni. Kif stipulat fil-ftehim kollettiv, il-Korporazzjoni tieħu passi biss fuq taħrikiet uffiċjali mibgħuta mill-Pulizija. Naċċerta lill-Onor. Interpellant li mkien ma jirriżultaw id-“double standards” li qed jipprova jattribwixxi.

Sptar Mount Carmel – Rapport dwar abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema

Question

Fid-dawl tar-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ser jittieħdu passi biex dak li ġie mħallas żejjed jittieħed lura?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15535.

Online media — Direct Order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa d-direct order li hu ta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-direct order li ngħata hu ta valur ta’ £33,600 eskluż VAT.

Liċenzji ta’ pussess ta’ armi tan-nar – Background checks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandhomx jiġu introdotti background checks (b’enfasi fuq issues ta’ saħħa mentali) fuq min ikun irid japplika għal, jew iġedded, liċenzja ta’ pussess ta’ arma tan-nar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal dak li jipprovdi l-Kap 480 tal-Liġijiet ta' Malta. Infurmat li nbeda proċess intern fi ħdan il-Korp tal-Pulizija sabiex issir analiżi u jidentifikaw kwalunkwe emenda oħra li hemm bżonn sabiex ikunu suġġeriti quddiem dan il-Parlament.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li għandhom CEO? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u tgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru mhux infurmat li hemm xi CEOs li għandhom xi negozju ieħor.