Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — Drug Squad – Numru ta’ Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Pulizija fid-Drug Squad fl-1 ta' Jannar 2013, fl-1 ta' Jannar 2017, fl-1 ta' Jannar 2022 u Frar 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi huwa hekk kif gej: Numru ta' Pulizija fid-Drug Squad Data Supt Insps PS PC Remarks 1 ta' Jannar 2022 5 9 11 25 28 ta’Frar 2024 1 5 14 15 35

Korp tal-Pulizija – Supretendent responsabbli mit-Traffic Section, CID u Homicide Squad

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu, jekk hemm fi Frar 2024, is-Supretendent fil-Korp tal-Pulizija responsabbli direttament mit-Traffic Section, CID, Homicide Squad fi ħdan is-CID u l-IRU?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej: 1. Traffic Section - AC Raymond Cassar 2. CID - AC Keith Arnaud 3. Homicide Squad fi ħdan is-CID - AC Keith Arnaud 4. International Relations Unit - Supt. Mario Cuschieri

Pilot project report — Terapija fl-awtiżmu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14199 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pilot project report dwar terapija fl-awtiżmu provduta minn Hand-in-Hand li kien sar fl-2018?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji fl-ewwel xahrejn tas-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel xahrejn tas-sena 2024 ġew irreġistrati erba' (4) każi ta’ suwiċidju mal-Pulizija. Tnejn matul ix-xahar ta' Jannar u tnejn oħra fi Frar. Dawn kollha kienu ta' sess maskil u filwaqt li tliet vittmi kienu ta' nazzjonalità Maltija, wieħed kien ta' nazzjonalità barranija.

Każijiet ta' suwiċidju — barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienx hawn barranin li għamlu suwiċidju hawn Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ barranin li għamlu suwiċidju f’Malta mis-sena 2020 sa l-aħħar ta’ Marzu 2024, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Numru ta’ barranin li għamlu suwiċidju Malta 2020 6 2021 2 2022 8 2023 7 2024 sa Marzu 2

OHSA — Impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-pożizzjoni ta’ ‘Site Surveying’ mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Mosta – Proġett tal-Pjazza – Project Supervisor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-Occupational Health and Safety (OHS) Project Supervisor tal-proġett tal-Pjazza tal-Mosta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

DIER — Policy li tirregola l-imġiba u etika korretta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14021 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg (DIER), bħala korp regolatorju, għandux policy li tirregola l-imġiba u etika korretta ta’ Uffiċjali ta’ trade unions, teħid kont tar-rwol pubbliku li tali uffiċjali għandhom? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux se tiġi formulata tali policy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg ma għandux tali policy.

MCESD – Persuni akkużati u/jew misjuba ħatja ta' reat

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14037 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk hemmx persuni akkużati b’aġir kriminali u/jew instabu ħatja ta’ reat, li qed jokkupaw siġġu madwar il-Mejda tal-Malta Council for Economic and Social Development (MCESD)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MCESD mhux obbligata bil-liġi li żżomm din l-informazzjoni.

Applikazzjoni — PC 00039/21

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ħariġx il-permess tal-applikazzjoni PC 00039/21?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta din l-applikazzjoni ġiet sottomessa nhar il-15 ta’ Ġunju 2021 ma kinitx konformi mar-rewkwiżiti tal-liġi sussidjarja S.L. 552.07, biex l-applikazzjoni tkun tista tiġi validata u jinbeda l-proċess. Minn dak in-nhar, il-case-officer bagħat numru ta’ ittri fejn talab l-informazzjoni meħtiega. L-aħħar ittra intbagħtet nhar it-30 ta’ Jannar 2024. Madankollu l-informazzjoni kompluta baqgħet ma waslitx għand l-Awtorità.

Membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu sospiżi b'mod kawtelatorju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu sospiżi b'mod kawtelatorju b'nofs paga fl-1 ta' Jannar 2024 u kemm hu n-numru issa fil-ġurnata li fiha tiġi imwieġba din l-interpellanza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fl-1 ta' Jannar 2024 kien hemm ħamsin membru tal-Korp tal-Pulizija li kienu sospiżi b'mod kawtelatorju. Infurmat illi l-istess persuni għadhom sospiżi milli jaqdu dmirhom fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat li fil-konfront ta’ dawn il-persuni japplikaw ir-regoli tal-amministrazzjoni pubblika.

Anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13920 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kemm hawn anzjani li ġew interdettjati mill-familjari tagħhom minħabba mard mentali jew mard ieħor, sena b’sena, mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 13973.

Tiġdid tal-Karta tal-Identità — Fingerprints

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintalbu l-fingerprints ta’ min iġedded l-Karta tal-Identità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-obbligu li jintalbu l-marki tas-swaba’ sabiex tinħareġ Karta tal-Identità joħroġ mir-Regolament (UE) 2019/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu.

Ħ’Attard/Mosta — Xogħlijiet - Toroq arterjali magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Santa Katerina kantuniera ma' Triq il-Larinġ sar-roundabout ta' Triq il-Mirakli ħa tkun lesta? Jista' jgħid ukoll kif inħarġet l-idea li tinfetaħ din it-triq meta hemm toroq arterjali oħra magħluqa bil-konsegwenza li daħla għal Ħ’Attard mill-Mosta hemm biss Triq il-Gradilja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Triq Santa Katerina ma’ Triq il-Larinġ sar-roundabout ta’ Triq il-Mirakli hija aċċessibbli għall-vetturi. Din il-parti tat-triq ser tintuża bħala diversion waqt li għaddejjin xogħlijiet f’parti minn Triq Pantar u Triq it-Torba. Wara li jitlestew xogħlijiet f’din il-parti tat-triq, il-parti inizjali terġa’ tingħalaq biex isiru xogħlijiet aħħarija fiha, li jinkludu xogħlijiet ta’ skavar, mogħdija ta’ servizzi, telekomunikazzjoni, u tibdil ta’ bankini.

Diving Strategy – Tnedija ta’ entità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13702, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u jagħti rendikont fuq ix-xogħol li sar sabiex titwaqqaf l-entità msemmija fid-Diving Strategy imnedija fl-2022 li tieħu ħsieb is-siti tal-għadis? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi data meta din mistennija li tiġi mnedija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Istrateġija tal-Għads li ġiet imnedija fl-2022 ma tagħmel l-ebda referenza għal twaqqif ta’ xi entità ġdida biex tieħu ħsieb is-siti popolari mal-għaddasa f’Malta. L-istrateġija tirrikjedi li tiġi appuntata entità sabiex tieħu r-responsabbiltà għall-provvista u l-manutenzjoni ta’ infrastruttura ta’ shore dive sites. Din l-entità hija l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.

Diving Strategy – Tnedija ta’ entità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13702, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u jagħti rendikont fuq ix-xogħol li sar sabiex titwaqqaf l-entità msemmija fid-Diving Strategy imnedija fl-2022 li tieħu ħsieb is-siti tal-għadis? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi data meta din mistennija li tiġi mnedija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Minsteru kkonċernat.

Diving Strategy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13703 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jgħid jekk sarux xi preparamenti u jekk l-istakeholders, kemm pubbliċi u anke privati, kif ukoll l-NGOs hux ser ikunu ikkonsultati u/jew ikollhom rappreżentanza u/jew parteċipazzjoni fi ħdan l-entità msemmija fid-Diving Strategy biex din taqdi dmirha b’mod xieraq u kif mistenni?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16300.

Diving Strategy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13703 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jgħid jekk sarux xi preparamenti u jekk l-istakeholders, kemm pubbliċi u anke privati, kif ukoll l-NGOs hux ser ikunu ikkonsultati u/jew ikollhom rappreżentanza u/jew parteċipazzjoni fi ħdan l-entità msemmija fid-Diving Strategy biex din taqdi dmirha b’mod xieraq u kif mistenni?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Minsteru kkonċernat.