Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax minn xi verifiki li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament iddikjara li ħadem overtime fl-Isptar Mount Carmel meta fil-fatt kien imsiefer fuq vaganza?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17622.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, talabx ħlas żejjed għal sigħat overtime fid-dati hawn taħt imsemmija: 18 ta’ Frar 2022, 22 ta’ Mejju 2022, 29 ta’ Mejju 2022, 23 ta’ Lulju 2022, 31 ta’ Lulju 2022, 7 ta’ Awwissu 2022, 11 ta’ Settembru 2022, 14 ta’ Settembru 2022, 16 ta’ Settembru 2022, 6 ta’ Ottubru 2022, 9 ta’ Ottubru 2022, 10 ta’ Ottubru 2022, 26 ta’ Ottubru 2022 u 23 ta’ Novembru 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17622.

Każ ta’ inidividwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kienx assenti minn fuq il-post tax-xogħol tiegħu fl-Isptar Mount Carmel mingħajr vacation leave awtorizzat f’dawn id-dati: 20 ta’ Frar 2023, 22 ta’ Frar 2023, 24 ta’ Frar 2023, 25 ta’ Frar 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17622.

Każ ta’ inidividwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qattx għamel talba u qatt inħarġitlu awtorizzazzjoni mill-Ministeru għas-Saħħa biex ikun jista’ jagħmel xogħol privat u jekk tali xogħol privat hux reġistrat ma’ Jobplus?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nformazzjoni li tinsab fil-file personali ta’ individwu ma tingħatax.

Contracts (Community) Manager – Kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ħarġu tender u qed jagħmlu użu mis-servizz ta’ Contracts (Community) Manager? Jista’ jgħid ukoll meta beda u ser jispiċċa l-kuntratt preżenti, x’inhu l-ammont imħallas u min qed joffri dan is-servizz lil kull kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura u mgħoddija lili.

Contracts (Community) Manager — Kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kwalifiki neċessarji li jiġu mitluba sabiex wieħed joffri servizz ta’ Contracts (Community) Manager huma differenti għal kunsill reġjonali u kunsill lokali? Huwa possibli li t-tnejn jkunu ta’ livell MQF 6?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-direzzjoni tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali f’dan ir-rigward tagħti għażla u tagħmel distinzjoni bejn sejħa għal-impjieg bħala Contract (Community Works) Manager fi Skala 11 li tirrikjedi Livell MQF 5 jew inkella sejħa għall-għoti ta’ tali servizz minn kuntrattur li jkollu espert b’livell MQF 6. Id-direzzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn Kunsill Lokali u dak Reġjonali.

Postijiet ta’ respite

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi ħsibijiet hemm għall-postijiet ta' respite bħal Dar Narċiża?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-proġett Narċiż ma kienx li jagħti servizz ta’ respite. Narċiż kellu l-għan li jindirizza l-ħtieġa sabiex persuni bejn it-18 u d-59 sena li għandhom diżabilità u jkunu qed jirresedu f’SVP jew sptar, isegwu programm ta’ riabilitazzjoni fiżika u soċjali fejn jingħataw attenzjoni u sapport bl-għan li jerġgħu jiġu integrati fil-komunità.

Birkirkara — Triq il-Wied - Lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-lift ta’ Block 161, Triq il-Wied Birkirkara, ilu wieqaf erba’ snin? Jista’ wkoll jagħti time-frame meta dan ser jerġa’ jibda jaħdem?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, meta r-residenti infurmaw lill-Awtorità tad-Djar li l-lift ma kienx qed jaħdem, saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fejn ġie konkluż li l-lift ma kienx vijabbli li jissewwa. Għaldaqstant l-Awtorità ddirezzjonat lir-residenti biex jissottomettu applikazzjoni għal-lift ġdid mal- Awtorità tad-Djar. L-applikazzjoni tinsab fi stadju fejn l-istimi neċessarji ġew miġbura, it-talba biex isir ix-xogħol inħarġet u qegħdin fil-proċess li jiġi aġġudikat ix-xogħol meħtieġ.

Il-Belt Valletta, il-Furjana u l-Marsa – Postijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet fil-Belt Valletta, il-Furjana u l-Marsa matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħaddi l-informazzjoni ta’ fejn jinsabu b’mod kunfidenzjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-14 ta’ Marzu 2024, il-Bord tal-Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 23 proprjetà fil-Belt Valletta, Furjana u Marsa.

Użu ta’ HHC

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14895 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid meta l-Gvern se jirregola b’liġi l-użu ta’ HHC (li hu forma ta’ cannabis sintetika)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16082.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, talabx ħlas doppju għall-istess ħin li hu kien xogħol, billi ddikjara numru ta’ sigħat minnhom bħala ‘overtime’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fejn instab li kien hemm xi abbuż, ittieħdu l-passi neċessarji.

Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura — Avviż lill-Baħħara numru 215

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14072 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid għaliex qiegħed jerġa' jitħalla sajd bir-rixa fiż-żoni ta' konservazzjoni madwar il-baħar fejn hemm fdalijiet permezz tal-Avviż lill-Baħħara numru 215 tal-2023, maħruġ minn Transport Malta f'isem id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura fl-1 ta' Diċembru 2023? Jista’ jgħid ukoll għaliex dan ġie mwaqqaf biss għal perjodu ta' ġimgħatejn, meta għaqdiet u skejjel tal-għaddasa ilhom jitolbu s-snin sabiex dawn il-prattiċi jiġu mwaqqfa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sajd bir-rixa hija sajda għall-ħut tal-wiċċ. Dan ifisser li sajd bir-rixa fiż-żoni ta' konservazzjoni madwar il-baħar fejn hemm fdalijiet permezz tal-Avviż lill-Baħħara numru 215 tal-2023, ma jagħmilx ħsara lill-istess fdalijiet. B’referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14073, niġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-Avviż hemm imniżżel ċar li l-bastimenti kollha, għajr dawk imsemmija, għandhom jibqgħu 'l bogħod miż-żoni ta' Konservazzjoni minħabba sikurezza u jżommu distanza sigura u javviċinaw b'veloċità sigura f'kull ħin. Barra minn hekk, is-sajjieda għandhom josservaw ukoll id-distanza mas-sinjali mitfugħa mill-istess għaddasa. Ninsab infurmat li s-sajd bir-rixa ma ġiex rifless fl-ewwel pubblikazzjoni tal-Avviż lill-Baħħara msemmi, mhux għax ġie mwaqqaf għal perjodu ta' ġimgħatejn, imma minħabba li kien hemm nuqqas ammistrattiv fl-ewwel pubblikazzjoni li ġie kkoreġut.

Il-Mosta — Triq Filippo Apap Bologna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14131 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid għaliex Triq Filippo Apap Bologna ġewwa l-Mosta saret direzzjoni waħda meta qed ikun hemm konġestjoni ċara riżultat tal-karreġġjata għar-roti tal-Pont tal-Mosta li jinsab fejn qiegħed joħroġ miż-żona tal-Mosta għaż-żona tan-Naxxar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li t-toroq Nicola Muscat, Filippo Apap Bologna u Sir Arthur Borton huma sistema ta’ one way fuq bażi “centric”, jiġifieri li jifforma ċirku jdur. Ninsab infurmat ukoll li r-referenza tal-pont tal-Mosta hija ferm il-bogħod minn dawn it-toroq imsemmija u ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejniethom.

Korp tal-Pulizija — Drug Squad – Night watch

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija tad-Drug Squad fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ma jagħmlux night watch, peress li ma jkunx hemm Pulizija tad-Drug Squad wara nofsillejl?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti Parlamentari għal mistoqsijiet 1321, 1322 u 1323.