Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16781 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid min kien l-Occupational Health and Safety (OHS) Project Supervisor tal-proġett tal-Pjazza tal-Mosta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14199 u 16919 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pilot project report dwar terapija fl-awtiżmu provduta minn Hand-in-Hand li kien sar fl-2018?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm edukattiv provdut minn Hand-in-Hand stabbilixxa l-ħiliet ewlenin f’sitwazzjonijiet ta’ tagħlim differenti filwaqt li jadotta wkoll strateġiji varji sabiex jassistu l-istudenti fejn hu neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Pulizija fit-Taqsima tat-Traffiku sospiżi sal-31 ta’ Diċembru 2023 minħabba proċeduri kriminali kontrihom, u kemm hemm illum?
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta tirrikonixxix l-emendi li ġew ippreżentati fil-World Health Assembly 75 f'Mejju 2022 li ġie approvat skont il-kostituzzjoni tal-World Health Organisation (WHO) u l-provvedimenti tal-International Health Regulations? Jekk hu hekk, Malta għandha prova tal-vot li kellu bżonn jittieħed?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija mhix ċar għal liema emendi qed issir referenza, peress li l-emendi li kienu proposti fil-World Health Assembly 75 f'Mejju 2022, sabiex jissaħħu ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa għadhom qed jiġu diskussi mill-Grupp ta’ Ħidma dwar Emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (WGIHR).
International Health Regulations – Emendi Proposti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta rċevietx l-emendi proposti fl-International Health Regulations (IHR) biex jiġu kkunsidrati fil-World Health Assembly 77 f'Mejju tal-2024 skont artiklu 55 tal-istess IHR? Jekk iva, meta waslu dawn l-emendi proposti u meta se jiġu ppreżentati għall-kunsiderazzjoni tal-Parlament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-emendi rċevejniehom kif sar matul il-proċess kollu sa mill-WHA75 u għadhom qed jiġu diskussi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali fl-2021, fl-2022 u fl-2023? Jista’ jgħid ukoll f’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab xi forma ta’ ksur tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti bl-informazzjoni mitluba.
Sena
Numru ta’ Spezzjonijiet
Numru ta’ Ksur ta’ Liġijiet
2021
1,163
23
2022
982
50
2023
1,081
23
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx timeframes ta' meta jingħalqu inkjesti maġisterjali li jtulu, partikolarment dawk relatati ma' ħasil ta' flus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Artikolu 550A (1) jistabilixxi li l-proċess verbal għandu jsir fi żmien sittin ġurnata u fin-nuqqas ta’ dan il-Maġistrat jagħmel rapport bil-miktub fejn jindika r-raġunijiet għad-dewmien.
Ta min jinnota li dan il-Gvern dejjem tenna li kull inkjesta għandha tingħalaq fi żmien raġonevoli, u għaldaqstant skatta l-proċess għar-riforma fil-kamp tal-inkjesti fejn fl-aħħar xhur permezz ta’ żieda fil-Ġudikatura, ġew assenjati 4 Maġistrati ffokati fuq inkjesti maġisterjali biss u fiż-żmien li ġej il-Ministeru ser ikun qed iniedi għall-konsultazzjoni r-riforma leġiżlattiva u amministrattiva fil-kamp tal-inkjest maġisterjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li saru u li minnhom ġew milqugħa mill-Bord Mediku għal Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa maqsuma għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il promotion fil-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ingħatat/ġiet approvata mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti elenku tagħhom u d-dati meta ngħataw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduta kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Promotion typePromotion to WO1 and WO2Time-Based
Promotion to SSgt and BdrSNCO and JNCO cadre course to Sgt and LBdrAccelerated
PromotionEffective date of Promotions
Total12158158181 January 2024
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm emendi fil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif kien intqal f’Ottubru li għadda biex sakemm jinqatà appell quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) jew Qorti tal-Appell ma jkunx jista' jibda l-bini tal-kostruzzjoni?
Response (ABELA, ROBERT)
Dan hu proċess li jinsab għaddej u li dwaru diġa’ kien hemm konsultazzjoni pubblika.
Tista' l-Ministru telenka t-tenders li l-Enemalta ppubblikat bejn l-24 ta’ Diċembru 2023 u t-2 ta’ Jannar 2024? Tista’ tgħid ukoll meta għalqu u min kienu l-bidders għal kull waħda, inkluż tat-tender ippubblikat fis-26 ta’ Diċembru 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li Enemalta ma ppublikat l-ebda tender bejn id-dati indikati (iż-żewġ dati inklużi).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16780 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid xi kwalifiki kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-pożizzjoni ta’ ‘Site Surveying’ mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament huwa ngaġġat bħala Principal Officer mis-Servizz Pubbliku mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà’ fuq il-Post tax-Xogħol. Xogħolu jirrikjedi li jmur fuq l-indirizzi notifikati, fejn qed issir żvilupp tal-kostruzzjoni u jivverifika, jekk f’dawn l-indirizzi hemmx attività mill-ħaddiema għaddejja fuq il-lant tax-xogħol. Dan iwassal sabiex l-Ispetturi ta’l-Awtorità, mingħajr ħela ta’ ħin u riżorsi, jagħmlu spezzjonijiet fuq l-lantijiet fejn ix-xogħol ikun verament għaddej u l-ħaddiema jkunu preżenti. Din is-sistema tevita ħela ta’ ħin u riżorsi mit-tim ta’ Health and Safety Officers li jmorru f’indirizzi fejn ma jkunx hemm attività. Dan ix-xogħol jirrikjedi liċenzja tas-sewqan, abilta’ ta l-użu tat-teknoloġija, u li jsir rappurtaġġ bl-Ingliż u l-Malti. Il-persuna għandu tlieta u tletin (33) sena esperjenza f’pożizzjonijiet diversi fis-servizz pubbliku u jissodisfa il-kompetenzi meħtieġa minnu mill-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kienx awtorizzat biex jaħdem xogħol privat fid-dati hawn taħt imsemmija:
23 ta’ Marzu 2022,
6 ta’ April 2022,
25 ta’ Mejju 2022,
15 ta’ Ġunju 2022,
22 ta’ Ġunju 2022,
3 ta’ Awwissu 2022,
19 ta’ Ottubru 2022,
26 ta’ Ottubru 2022,
16 ta’ Novembru 2022 u
23 ta’ Novembru 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17784.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16262 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx pjan li jsiru bus shelters fuq il-bus stops eżistenti fis-Central Link ta' Ħ’Attard? Jekk iva, meta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard li m’hemmx data jew pjan stabbilit min-naħa tagħhom iżda li saru kuntatti biex isiru l-bus shelters.
Jista’ l-Ministru jagħti timeframe ta meta se jitlesta x-xogħol ta' Triq Pantar u eventwalment tingħalaq il-fetħa ta' Triq il-Waqqafa, fil-Mosta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn Triq it-Torba hija mistennija li tkun asfaltata s fil- ġimgħat li gejjin, li jfisser li t-Traffic Management Plan eżistenti jitwaqqaf kif mwiegħed.
Sadanittant ix-xogħolijiet fil-kumplament tal-proġett jibqa’ għaddej. Triq Pantar, il-kumplament ta’ triq it-Torba u Triq Santa Katarina huma mistennija li jkunu konklużi sal-aħħar tas-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm biex jiddaħħlu emendi fil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar biex sakemm jinqata’ appell (quddiem l-EPRT jew Qorti tal-Appell) ma jkunx jista' jibda l-bini tal-kostruzzjoni?
Response (ABELA, ROBERT)
Dan hu proċess li jinsab għaddej u li dwaru diġà kien hemm konsultazzjoni pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm pazjenti li ġew evakwati mill-Isptar Mount Carmel? Jekk iva, fejn ittieħdu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħala parti mill-istrateġija tas-Saħħa Mentali pazjenti bi problemi kroniċi tas-saħħa mentali għandhom kemm jista jkun jiċievu kura ġewwa l-komunità. Pazjenti li ġew evalwati u meqjusa stabbli ġew trasferiti fi djar ġewwa l-komunità fosthom Villa Anna Tereża u Jasmin Home.