Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7182 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Gvern jinċentiva l-koppji biex ikollhom iktar tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwistjoni tar-rata tal-fertilità tmur ferm lil hinn minn kwalunkwe għajnuna finanzjarja li tingħata u tmiss ma’ diversi oqsma inter-settorjali. Dan m’huwiex biss fenomenu f’Malta iżda fl-Ewropa kollha u f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, speċjalment fil-pajjiżi żviluppati.
Matul l-2023, f’benefiċċji soċjali biss f’Malta ngħataw aktar minn €107m lil familji bit-tfal jew 8.2% tal-investiment soċjali kollu li jsir f’pensjonijiet u benefiċċji soċjali. Dan minbarra ovvjament benefiċċji u servizzi oħra li jingħataw fl-oqsma tal-edukazzjoni, saħħa u ħarsien soċjali fost oħrajn.
Matul dis-sena komplew jiddaħħlu aktar miżuri favur il-familja bħaż-żieda ta’ €250 kull wild fic-Children Allowance u €50 oħra għal kull wild fl-In-Work benefit, il-ħlas ta’ €500 għal twelid jew adozzjoni tal-ewwwel wild u €1,000 għat-tieni wild jew aktar, l-għotja ta’ €500 għal 3 snin wara xulxin lill-ġenituri li uliedhom ikomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja, u t-titjib sostanzjali li għamilna fil-Benefiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja li jvarja fost oħrajn skont kemm tkun kbira l-familja.
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li barra minn hekk il-Ministeru qed ifassal Pjan Soċjali għall-Familji u bħal issa għaddej bil-preparamenti meħtieġa sabiex titnieda l-konsultazzjoni pubblika. Ir-rata tal-fertilità hija waħda mit-temi ewlenin li se jkun qed jindirizza dan il-pjan.
Dan il-Pjan se jkompli jwettaq il-Viżjoni Socjali 2035 u jibni ukoll fuq il-Qafas ta’ Politika għat-Tfal 2024-2030, fejn il-familja hija waħda mill-prioritajiet ewlenin identifikati f’dan il-Qafas. L-inċentivi finanzjari pprovduti lil familji minn dan il-Ministeru jiffurmaw parti minn din id-direzzjoni strateġika sabiex nkomplu nappoġġjaw dejjem aktar lill-familji.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema First Aiders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7870 u jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10328 u jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mibnija ġodda matul is-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li tiġi fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Irrid nibda nwieġeb lill-Onor. Interpellant billi nirrimarka kif is-settur tal-housing, ftit inqas minn 11-il sena ilu kien fil-qiegħ tal-aġenda politika tal-Gvern ta’ dak iż-żmien. Mhux biss is-settur innifsu, iżda wkoll dawk l-eluf ta’ familji li minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali tagħhom kellhom bżonn l-assistenza tal-Istat biex ikollhom saqaf diċenti u dinjituż.
Writna waiting list li teċċedi it-3,000. Illum niżżilniha għal madwar 1,500. Biżejjed? Le.
Kellna nkunu aħna li nelevaw lis-settur u lil dawn il-familji. Il-politika tagħna mibnija fuq il-ġustizzja soċjali u l-mobilità soċjali.
Naqqasna n-nies fuq il-waiting list u żidna d-disponibbiltà tal-housing. Din is-sena qegħdin fit-triq it-tajba biex negħlbu r-rekords preċedenti, u b’hekk issir sena importanti għas-settur tal-housing.
Fl-aħħar sentejn biddilna u se nbiddlu l-futur ta’ 440 familja li se jgħixu taħt saqaf diċenti u dinjituż.
U dawn iċ-ċifri lanqas biss jinkludu dak li qed itina l-privat fl-iskema Nikru biex Nassitu.
Mill-2017 ’l hawn, il-privat żied 1,100 appartament fis-suq u qed jgħinna nsaħħu l-isforzi tagħna.
Dan huwa l-mod kif qed inżewwġu s-suċċess ekonomiku tas-settur privat mal-bżonn soċjali ta’ eluf ta’ familji. Dan huwa messaġġ b’saħħtu ta’ fiduċja fil-politika tal-Gvern għas-settur tal-housing mis-settur privat.
Barra minn hekk, irrid insemmi l-ħidma tal-Awtorità li tiġbor ċwievet ta’ familji li jkunu avvanzaw f’ħajjithom u għalhekk ma jkollhomx bżonn aktar l-assistenza tagħna.
Lil hinn miċ-ċifri, dawn mhumiex sempliċiment numri jew suċċessi ta’ dan il-Gvern. Dawn huma familji li llum bdew jew se jibdew jifformaw il-futur tagħhom u ta’ wliedhom. Dawn huma stejjer Maltin ta’ suċċess li dħalna fil-politika għalihom, biex inbiddlu u nagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja ta’ dawn in-nies u ta’ oħrajn bħalhom.
Konna, għadna u se nibqgħu naħdmu favur il-ħaddiem, favur il-familji Maltin u Għawdxin.
Ksur tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali – Persuni li ġew imressqa l-Qorti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18505, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ispezzjonijiet li nstab xi forma ta’ ksur tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fis-snin 2021, 2022 u 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt, li tinkludi n-numru tal-persuni li nstabu ħatja sallum għax diversi każi għadhom sub-judice. Il-Pulizija ma jkolliex dettalji ta’ dawk il-każi fejn jiġu mposti pieni amministrattivi kif provdut fil-Kap. 439 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Persuni li ġew imressqa l-Qorti fuq ksur tal liġijiet dwar ħarsien tal-annimali mill-Pulizija
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 2021Misjuba ħatja 2021
sat- 2/5/24
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 2022Misjuba ħatja 2022 sat- 2/5/24Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 2023Misjuba ħatja 2023 sat- 2/5/24
1414 267
154
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18012 u jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li saru u li minnhom ġew milqugħa mill-Bord Mediku għal Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa maqsuma għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
* Fit-2015 tneħħa s-ceiling (paga minima) ta’ kemm wieħed seta’ jaqla’ mix-xogħol u jieħu l-assistenza (dak iż-żmien kienet tissejjaħ pensjoni)
** Fl-2017 saret ir-riforma li qasmet iż-żewġ pensjonijiet li kien hemm (b’ammonti ugwali) għal tlett Assistenzi (b’ammonti varjabbli skont il-grad ta’ diżabilità) – tneħħa it-test tal-mezzi fuq l-Assistenza għal Diżabiltà Severa Miżjuda
*** Fl-2022 tneħħa t-test tal-mezzi minn fuq iż-żewġ assistenzi l-oħra
**** 106 applikazzjoni minn dawn għadhom jistennew l-iskrutinju tal-bord mediku.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18579 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk reġgħetx bdiet tiġi inforzata l-kwota ta’ ħaddiema b'diżabilità f’kumpaniji minn wara l-COVID-19 lil hawn?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji f'Marzu u f’April tal-2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fix-xhur ta’ Marzu u April tal-2024 kien hemm ħames persuni li kkommettew suwiċidju. F’Marzu kien hemm każ wieħed ta’ persuna barranija. F’April kien hemm erba’ każi, kollha ċittadini Maltin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5978 u 4245 u jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-ispeċjalizzazzjoni tat-tobba fuq il-Bord Mediku tad-diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum hemm panel ta’ tobba wieħed li jevalwa l-applikazzjonijiet kollha li jsiru għal benefiċċji li fihom element mediku, inkluż tad-diżabilità.
Iżda bis-saħħa ta’ miżura soċjali ġdida mħabbra fil-Baġit li għadda, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nikkonsolidaw l-evalwazzjoni medika ta’ persuni b’diżabilità billi se jitwaqqaf bord interprofessjonali.
It-termini għall-evalwazzjoni ser tibda tkun msejsa fuq standards internazzjonali dwar saħħa u diżabiltà kif imħaddma mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Aktar dettalji se jkunu qed jingħataw fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17690 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid x'kien hemm bħala ftehim fl-Annexes 1 sa 6 fit-Trattat bejn l-Istat Malti u l-Knisja fl-1991?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-trattat bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta fuq l-Iskejjel tal-Knisja ma jidher li hemm l-ebda Annex.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17690 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid x'kien hemm bħala ftehim fl-Annexes 1 sa 6 fit-Trattat bejn l-Istat Malti u l-Knisja fl-1991?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Onor. Interpellant għandu jirreferi għall-Att dwar Proprjetà ta’ Entijiet Ekklesjastiċi, Kapitlu 358 li jirregola l-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u s-Santa Sede.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm kontravenzjoniet ambjentali mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-24 ta’ April 2024, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet 981 multa amministrattiva fuq ksur ta’ liġijiet ambjentali li ġew investigati minnha u l-valur tagħhom ivarja bejn €150 u €37,500. Inħarġu wkoll ħames (5) Ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità fuq illegalitajiet ambjentali matul is-sena 2023 u ġew riferuti seba’ (7) każijiet lill-Pulizija Eżekuttiva għal proċeduri legali quddiem il-Qrati ta’ Malta.