Legislature:
Category:
Reset
Active:

CVA – dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7753 u jgħid x'kien id-dħul tal-operatur tas-CVA mill-2013 sal-lum? Kemm kien id-dħul tal-Gvern minn dan l-ammont?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dħul tal-opertur tas-CVA minn Jannar 2013 sal-aħħar pagament li sar f’Diċembru 2023 kien ta’ €24,317,912.51. Filwaqt li d-dħul tal-Gvern minn Jannar 2013 sa April 2024 kien ta’ €10,454,290.64.

Infrastructure Malta – ħlas għal bollards fi Triq il-Kbira fil-Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10792 u jgħid kemm kienet l-ispiża li ħallset Infrastructure Malta għall-bollards tal-irħam li tqiegħdu fil-Mosta f’partijiet differenti ta’ Triq il-Kbira?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12037 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali — Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16091 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali fl-2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab xi forma ta’ ksur tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18505.

Ministeru għall-Ekonomiija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi — Servizzi ta’ kumpanija privata

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11927 u jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriżi u l-Proġetti Strateġiċi — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12039 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għada qed tinġabar.

Vittmi ta' vjolenza Domestika li qed jistennew akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5803 u jgħid kemm hemm persuni vittmi ta’ vjolenza domestika li għadhom qed jistennew akkomodazzjoni soċjali? Kemm ilhom li applikaw għal dan is-servizz?

Response (GALDES, RODERICK)

Fl-aħħar snin wettaqna revoluzzjoni ta’ ġustizzja soċjali hekk kif naqqasna l-waiting list tal-housing soċjali bin-nofs u rajna r-rata ta’ home ownership titla’ għal 82% tal-poplu Malti u Għawdxi. Dejjem sostnejt li l-housing għandu jkun parti minn katina mqabbda ma’ servizzi oħrajn. Il-problema tal-vjolenza domestika hija waħda li taffettwa n-nisa, irġiel, tfal, u persuni b’diżabilità li bħalissa qed isofru minħabba dan it-tip ta’ abbuż. Fil-fatt waqt il-pandemija konna ta’ spalla għal min huwa vittma ta’ vjolenza domestika tant li kont ħabbart miżura fejn dawn il-vittmi llum jaċċessaw benefiċċju tal-kera ferm ogħla. Dan mhux kollox, għaliex preżentament, l-Awtorità tad-Djar għandha 17-il applikazzjoni minn persuni li huma vittmi ta’ vjolenza domestika fuq il-lista ta’ stennija u li għaddejja ħidma biex dawn jingħataw kull għajnuna meħtieġa.

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4216 u 5973 u u jgħid kemm-il akkomodazzjoni soċjali ngħatat minn Ottubru 2021 sa Marzu 2022 u minn April 2022 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11394.

Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7019 u 4243 u 5979, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur rispettivament, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9096 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm mija u tnejn u sebgħin (172) ħaddiema mal-kuntrattur jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u entitajiet li jaqgħu taħtu, bil-maġġoranza assoluta tagħhom ikunu jew cleaners, jew security guards, jew receptionists/customer support officers, jew audioguides, jew handymen.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12034 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (BONNICI, OWEN)

It tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12072 u jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u kif ġiet mgħoddija lili. Ukoll irid jingħad li fil-frattemp li nġabret l-informazzjoni de quo ġiet ukoll imħabbra l-għażla tas-Sinjura Vanessa Mangion bħala Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u ngħatat spjega dettaljata tal-kwalifiki, esperjenza u ħiliet tagħha.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema tal-Kuntrattur Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9099 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tiegħi preżentament hemm 36 ħaddiema mal-kuntrattur fir-rwoli ta’ receptionists; uffiċjali tas-sigurtà; cleaners; kennies; kollettur tal-iskart; helper ġenerali; operaturi tal-krejnijiet.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – vejikoli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10795 u jgħid kemm hemm heavy vehicles, lifters u vannijiet u vejikoli tal-agrikoltura, fid-dekasteru tiegħu u meta saret l-aħħar spezzjoni biex jaraw humiex tajbin għat-triq?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni mitluba hekk kif ġej: Kategorija Numru ta’ vejikoli Heavy Vehicles 7 Light Vehicles 40 Lifters 4 Vejikoli agrikoli 22 Il-vetturi kollha li huma proprjetà tal-MAFA huma ċċertifikati kull sena permezz tal-VRT kif mitlub minn Transport Malta biex iġeddu l-liċenzja annwali tal-vettura tagħhom. Barra minn hekk, vetturi li jeħtieġu ċertifikat tal-inġinier jiġu spezzjonati u ċċertifikati minn inġinier kwalifikat. Barra minn hekk, vetturi li ma għaddewx mill-VRT jew mill-ispezzjoni tal-inġinier mhux qed jintużaw qabel ma jissewwew.

Dar Papa Franġisku — Ikliet offruti b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11395 u jgħid kemm-il ikla b’xejn offriet Dar Papa Franġisku matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12036 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Rata tal-fertilità – Inċentivi finanzjarji lill-familji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17779 u jgħid hux ser jinċentiva lill-familji b'mod finanzjarju biex ikollhom iktar tfal biex b'hekk iżid ir-rata tal-fertilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18944.

Diżabilità Severa — Benefiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18012 u jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li saru u li minnhom ġew milqugħa mill-Bord Mediku għal Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa maqsuma għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Fondi Ewropej 2023

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5085 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriżi u l-Proġetti Strateġiċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi proġetti hemm ippjanati b'fondi Ewropej tul is-sena 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bil-proġetti li kienu ppjanati b’fondi Ewropej fis-sena 2023.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5970 u 3118 u jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sitta u ħamsin (56) ħaddiem ta' nazzjonalità mhux Maltija jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u entitajiet li jaqgħu taħtu, bil-maġġoranza assoluta tagħhom ikunu jew Mużiċisti mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta jew Konservaturi/Arkeologi/Kustodji.