Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9110 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom 13-il ħaddiem tat-tindif, 8 uffiċjali tas-sigurtà u 2 ħaddiema klerikali, kollha impjegati ta’ kuntrattur.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12048 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12049 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12087 u jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru tiegħi. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet tal-Ministeru hemm persuna ta’ fiduċja waħda li huwa x-xufier tal-Kummissarju tal-Liġijiet. Dan huwa persuna ta’ fiduċja tal-Kummissarju tal-Liġijiet u ilu jaqdi dan ir-rwol sa mill-2021.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9105 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li hemm 159 ħaddiema tal-kuntrattur jaħdmu f’dan id-dekasteru. Dawn huma ingaġġati f’xogħlijiet ta’ tindif, sigurtà, messaġġiera/xufiera, farmaċisti, infermiera u ħaddiema klerikali.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12043 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Paceville Town Management

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7183 u jgħid jekk il-Paceville Town Management għadux jiffunzjona? Jekk iva, min huma l-membri? Kemm-il darba ltaqgħu l-membri mit-twaqqif tiegħu sena b'sena? Min huwa ċ-Chairperson? X'inhuma t-termini ta’ referenza tiegħu/tagħha? Kemm sigħat huwa/hija irid/trid jagħmel/tagħmel u kemm qed jitħallas/titħallas?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13086 u 16086.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12044 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12045 u tgħid kemm nefqet flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista tgħid jekk bagħtitx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Tista’ tgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14449 u tgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li għandhom CEO? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u tgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12041 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq servizzi, culverts u bankini huwa prattikament lest u bħalissa qed issir il-koordinazzjoni biex issir l-aħħar fażi tal-base course u jingħata l-wiċċ tal-asfalt fil-proġett kollu. Kif sar fil-fażijiet kollha tal-proġett, qed ikun assigurat li l-għeluq ta' din it-triq isir f'koordinazzjoni ma' proġetti oħra li qed isiru fl-inħawi. Ix-xogħol kollu huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 3834 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 11 ta' Ġunju 2024 f'Seduta 244)

Ħ'Attard — Triq Victor Vassallo – Twessigħ ta’ bankina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12776 u jgħid x’kienet ir-raġuni li twessgħat il-bankina fi Triq il-Linja kantuniera ma' Triq Victor Vassallo, f'Ħ'Attard, u kemm ġiet tiswa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bankina li tinsab ġewwa Triq il-Linja kantuniera ma’ Triq Victor Vassallo hija parti minn titjib fil-profil tal-junction li tgħaqqad l-istess żewġ toroq u hija wkoll intenzjonata biex tnaqqas il-veloċità tas-sewwieqa meta jaslu fl-istess junction. Il-pjanti ġew diskussi u maqbula mal-Kunsill Lokali ta’ H’Attard u kienu approvati minn Transport Malta. Il-proġett, sa applikazzjoni ta’ asfalt, ġie jammonta għal €928,000, liema ammont ikopri x-xogħol tal-bankina.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Entitajiet li għandhom CEO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14445 u jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Entitajiet CEO Bidu tal-impjieg Impjieg ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament Infrastructure Malta Mr Ivan Falzon 25 ta’ Lulju 2022 Le Transport Malta Kurunell Mark Mallia 16 ta’ Frar 2024 Le MATS Perit Claude Mallia 1 ta’ Jannar 2022 Iva Yachting Malta Mr Michael Mifsud 13 ta’ Mejju 2019 Le

Burmarrad – Triq Toni Camilleri — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16718 u jagħti time frame meta Triq Toni Camilleri, f’Burmarrad ser tkun lesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq servizzi, culverts u bankini huwa prattikament lest u bħalissa qed issir il-koordinazzjoni biex issir l-aħħar fażi tal-base course u jingħata l-wiċċ tal-asfalt fil-proġett kollu. Kif sar fil-fażijiet kollha tal-proġett, qed ikun assigurat li l-għeluq ta' din it-triq isir f'koordinazzjoni ma' proġetti oħra li qed isiru fl-inħawi. Ix-xogħol kollu huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7876 u jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt fil-mistqosija parlamentari 8733.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12042 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.

Akkomodazzjonijiet Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11368 u jgħid kemm ingħataw akkomodazzjonijiet soċjali, xahar b’xahar, matul is-snin 2022 u 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-30 t’April 2024, l-Awtorita’ tad-Djar iffirmat 852 kuntratt ta’ kirja mal-inkwilini.

Tqassim ta' postijiet mibnija ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11394 u jgħid kemm tqassmu postijiet mibnija ġodda matul is-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li tiġi fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11394.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12038 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12040 u tgħid kemm nefqet flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista tgħid jekk bagħtitx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Tista’ tgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.