Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pannelli solari fuq il-bejt tal-binja preżenti tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa ma hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru. Dawn tneħħew sabiex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet tal-proġett ta’ restawr. Hemm il-ħsieb li jerġgħu jiġu nstallati bħala parti minn dan il-proġett.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemmx pannelli solari fuq Palazzo Ferreria, il-binja li tospita il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Madankollu huwa ippjanat li jsir studju dwar il-vijabilità ta’ tali pannelli, anke fil-kuntest li din il-binja storika hija skedata.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li preżentament il-binja tal-Ministeru hija mikrija u ma nistgħux ninstallaw pannelli solari fuq il-bejt.

Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-binja tal-Ministeru tinsab f’kirja u qiegħda tintuża fuq bażi temporanja, bħalissa m’hemmx ħsieb li jiġu installati panelli solari.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Pannelli Solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-binja tal-Ministeru, m’għanda l-ebda pannelli solari. Madankollu, l-Ministeru jinsab iffukat fuq xogħlijiet ta’ rinovazzjoni neċessarji fuq l-istess binja li għanda wirt storiku għall-belt Valletta qabel ma jkun jista jippjana l-installazzjoni ta’ Panelli Solari.

Sptar Mater Dei — Barranin li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13700 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11436, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin minn pajjiżi terzi li ħallsu għas-servizzi tas-saħħa ġewwa l-Isptar Mater Dei jew Ċentri tas-Saħħa bejn is-sena 2017 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont li nġabar? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bejn l-2017 u Mejju 2024, l-ammont mħallas minn persuni barranin għas-servizzi tas-saħħa ġewwa l-Isptar Mater Dei u ċ-Ċentri tas-Saħħa kien jammonta għal €4,012,484.18c. Ninsab infurmat li l-persuni kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Afganistan, Afrika ta’ Fuq, Albanija, Alġerija, American Samoa, Arġentina, Arabja Sawdija,Armenja, Awstralja, Ażerbajġan, Bangladex, Belarus, Benin, Bosnja Herżogovina, Brażil, Burkina Faso, Chad, Ċili, Ċina, Eġittu, El Salvador, Emirati Għarab Magħquda, Ekwador, Eritrea, Etopja, Filippini, Gambja, Gana, Ġappun, Ġordan, Ġorġja, Guinea, Hong Kong, Islanda, Indja, Indonesja, Iran, Iraq, Irlanda, Iżrael, Jemen, Kamerun, Kanada, Każakstan, Kenja, Kolumbja, Kongo, Korea ta’ Fuq, Korea t’Isfel, Kosta tal-Ivorju, Kuwajt, Lebanon, Liberja, Libja, Maċedonja, Malasja, Mali, Marokk, Messiku, Mianmar, Moldova, Montenegro, Nepal, New Zealand, Niġer, Niġerja, Norveġja, Pakistan, Palestina, Panama, Peru, Reanju Unit, Russja, Serbja, Singapor, Sirja, Somalja, Sri Lanka, Stati Uniti tal-Amerika, Sudan, Svizzera, Tajlandja, Tajwan, Togo, Tunisja, Turkija, Uganda, Ukrajna, Urugwaj, Użbekistan, Veneżwela, Vjetnam.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9094 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru kollu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm jaħdmu 247 ħaddiem mal-kuntrattur. Dawn huma ingaġġati f’xogħlijiet ta’tindif, sigurta, manutenzjoni, receptionists, messaġiera , xufiera, snajja u uffiċjali tal-customercare fil-hubs tas-servizz.gov.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12032 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

PSC — Deċiżjoni dwar individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13650 u l-mistoqsija parlamentari 11405 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid x’kienet id-deċiżjoni tal-Public Service Commission (PSC) fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn kien ammetta li arrikkixxa ruħu illegalment minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Din il-mistoqsija għandha tiġi diretta lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li hi Kummissjoni mwaqqfa skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Pannelli Solari

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk le, jista’ jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (ABELA, ROBERT)

Fil-preżent m’hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Berġa ta’ Kastilja.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali – Pannelli Solari

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li m'hemmx pannelli solari u mill-informazzjoni mogħtija jirriżulta li l-partikolaritajiet tal-binjiet joffru sfida biex isiru.

Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13629 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Mard rari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5086 u jgħid kemm hemm persuni jbatu b'mard rari u x'inhu jagħmel il-Gvern biex jikkurahom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fir-Reġistru tal-Mard Rari f’Malta ġew reġistrati madwar 6100 persuna li jbatu minn madwar 810 tip ta’ mard rari. Mhux dawn il-persuni kollha jkollhom bżonn kura għall-kundizzjoni tagħhom għaliex hemm ukoll diversi kundizzjonijiet rari li ma jikkawżawx problemi ta’ saħħa. Persuni b’mard rari jirċievu kura minn professjonisti differenti, b’mod ħolistiku, skont il-bżonnijiet tagħhom. Fir-rigward ta’ mediċini speċifici għal mard rari dawn jiġu pproċessati mill-bord tal-EMTP. Is-sena l-oħra ġew approvati żewġ mediċini ġodda mill-Kumitat tal-ACHCB: Pirfenidone għall- Idiopathic Pulmonary fibrosis u l-5 antagonists għal Severe Refractory Eosinophilic Asthma. Dawn ġew inklużi fil-formolarju tal-Gvern. Fejn indikat, pazjenti li b’mard rari, jintbagħtu għall-trattamenti u konsulti f’ċentri speċjalizzati barra minn Malta permezz tan-National Highly Specialised Overseas Referrals Programme ikkordinat mit-Treatment Abroad Coordination Unit. Dan il-Unit ukoll jikkordina u jagħmel arranġamenti għal żjajjar ta’ konsulenti barranin li jiġu Mater Dei biex jagħmlu kliniċi u operazzjonijiet għall-pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet li jkollhom bżonn kura speċjalizzata (xi ftit minnhom ikunu mard rari). Fl-2019, fl-isptar Mater Dei sar “National Coordination Hub” għal 24 European Reference Networks fejn jistgħu jiġu riferuti każi ta’pazjenti b’mard rari mhux biss għal viżti imma anke konsulti virtwali ma’ ‘panel’ ta’ speċjalisti minn dawn iċ-ċentri Ewropej speċjalizzati f’kategoriji differenti ta’ mard rari.

Djar tal-Anzjani – titjib infrastrutturali u embellishment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10073 u jgħid x’titjib infrastrutturali u x’embellishment hemm ippjanat li jsir fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, u f’liema lokalitajiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant dwar titjib infrastrutturali fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern kif spjegat hawn: Fid-Dar tal-Imtarfa huwa ppjanat tibdil tal-madum eżistenti ta’ kmamar tar-residenti kif ukoll tal-kmamar tal-banju fejn hemm bżonn. Ser isir tibdil tas-sistema tal-ilma. Ser jinbidel suffett fejn hemm bżonn fil-komun tad-dar. Qed jinbidlu l-light fittings għal dawk iktar moderni u effiċjenti fl-enerġija. Huwa pjanat ukoll li jinbidel l-passenger lift u jiżdied Boiler ma’ dak eżistenti. Fid-Dar tal-Mosta huwa pjanat li fi żmien li ġej issir għamara ġdida, purtieri, imwejjed u siġġijiet kemm fil-kmamar tar-residenti u anki fil-partijiet komuni. Ser jinbidlu suffetti fejn hemm bżonn u bħalissa qed isir tibdil ta’ light fittings għal dawk iktar moderni u effiċjenti fl-enerġija. Id-Dar tal-Furjana ġiet rinnovata mill-ġdid. Ir-rinnovazzjoni kienet tinkludi tisħiħ sħiħ, mill-infrastruttura sal-amenitajiet. L-ambitu tax-xogħlijiet estenda għal tibdil komprensiv madwar il-faċilità fosthom: · Introduzzjoni ta' sistema moderna ta' arja kkundizzjonata; · Waterproofing; · Rinnovazzjoni sħiħa tal-kmamar tal-banju komuni u l-en-suites fil-kmamar tar-residenti; · Tikħil u żebgħa; · Għamara tal-kmamar; · Siġġijiet u mwejjed ġodda; · Reception u nursing stations b’għamara ġdida; · Bibien u aperturi ġodda; · Kċina b’għamara ġdida; · Purtieri, dividers u covers tas-sodda; · Suffetti u dawl modern; · Art tal-vinyl mad-dar kollha; · Salon tax-xagħar; · Titjib fl-aċċessibbiltà bħal handrails f'żoni komuni; u · Fost it-titjib l-aktar notevoli hemm l-introduzzjoni ta' klinika multidixxiplinarja, mgħammra b'tagħmir mediku speċjalizzat. Din il-faċilità tiżgura li r-residenti kollha jirċievu kura ħolistika u personalizzata f'ambjent privat u dinjituż. F’Zammit Clapp ġew ippublikati tenders sabiex jinbidlu tliet liftijiet. Fi żmien li ġej se jibda proċess sabiex tinbidel is-sistema tal-arja kundizzjonata. Dan l-aħħar żdied calorifier mas-sistema eżistenti. Fid-Dar taż-Zejtun ser jinħareġ tender din is-sena sabiex tinbidel is-sistema tad-drenaġġ. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tibda titwaħħal sistema ġdida tal-arja kkundizjonata. Qed isir ukoll tibdil ta’ madum u suffett fejn hemm bżonn. Qiegħda tiġi rinnovata l-għamara li ddeterjorat maż-żmien. Dan ix-xogħol huwa apparti xogħol ieħor li jsir kontinwament matul is-sena bħal tibjid u manteniment tad-djar sabiex jinżammu f’kundizzjoni tajba.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12050 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistqosija parlamentari 12071 u jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12046 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12047 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.