Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ma għandhomx u anqas kellhom xi forma ta' ingaġġ jew impjieg fiż-żmien imsemmi, la f’dan il-Ministeru u anqas fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi hu Chairperson tal-Bord tal-Parole. Ir-remunerazzjoni marbuta ma’ dan il-bord hi ta’ EUR11,736.75c fis-sena.
L-Avukat Alexandra Mizzi hi c-Chairperson ta-Bord ta’ Rakkomandazzjoni għal Ċittadinanza bil-Mertu. Ir-remunerazzjoni hi ta’ EUR22.95c fis-siegħa, marbuta ma’ kull darba li jitlaqqa’ l-bord.
Is-Sa Marlene Mizzi hi Chairperson tal-Aġenzija Identità u konsegwenzjalment għal l-irwol tokkupa l-kariga ta’ Chairperson tal-Malta Electronic Certification Services (MECS) Ltd, fl-istess aġenzija. Ir-remunerazzjoni fis-sena marbuta ma’ dawn l-irwoli hi ta’ EUR11,092 b’expense, transport, communication u experties allowance.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul il-perjodu indikat, fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, l-persuni li isimhom ngħata separatament ma kellhom l-ebda ngaġġ, impjieg jew nomina kif deskritt fil-mistoqsija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi huwa d-Deputy Chairperson tal-Project Selection Appeals Board fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għandu ħlas ta’ €7,700 fis-sena.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuni msemmija qatt ma kellhom xi forma ta' ngaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali mill-2013 sal-ġurnata li ġiet imwieġba din il-mistoqsija.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur mhux residenti ta’ Malta Marlene Mizzi ġiet akkreditata għall-Isvezja u n-Norveġja fis-7 ta’ Awwissu 2020 u għadha tokkupa din il-ħatra sal-lum. Bħal Ambaxxaturi mhux residenti oħra, hi tingħata remunerazzjoni ta’ €5,000 fis-sena. L-individwi l-oħra msemmija qatt ma kellhom xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru mill-2013 sal-lum.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, li l-ewwel persuna indikata kien appuntat f’żewġ Inkjesti. Dawn huma:
Appuntat Chairperson tal-Bord ta’ Investigazzjoni dwar l-allegat każ ta’ bolol neqsin fl-FSWS fit-18 t’Ottubru 2021; fejn tħallas ir-remunerazzjoni ta’ €1,200 u
Appuntat Chairperson tal-Bord ta’ Evalwazzjoni dwar l-proċess ta’ l-applikazzjonijiet għall-Assistenza għall-Diżabilita’ Severa fil-11 ta’ Settembru 2023; fejn tħallas ir-remunerazzjoni ta’ €2,500.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2022 l-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi ġie appuntat bħala Chairman ta' Bord tal-Investigazzjoni skont KAP 273 Att dwar l-Inkjesti, b’remunarazzjoni ta’ €399.30.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Impjegati f’bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru tiegħu li huma f’bordijiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva hemm 210 impjegat li huma appuntati fuq bordijiet tal-istess Ministeru. Din il-figura tinkludi Reġistraturi, membri ex-ufficio, membri eletti u membri sostituti.
Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7019 u 18956 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Infrastructure Malta – ħlas għal bollards fi Triq il-Kbira fil-Mosta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18973 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm kienet l-ispiża li ħallset Infrastructure Malta għall-bollards tal-irħam li tqiegħdu fil-Mosta f’partijiet differenti ta’ Triq il-Kbira?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li l-ispiża li tħallset għal tlett hardstone bollards li tqiegħdu f’partijiet differenti ta’ Triq il-Kbira kienet ta’ €2,481.96 (VAT eskluża).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jekk le, x' inhi r-raġuni?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi mħejji rapport ta' ‘Fire Engineer’ bir-rakkommandazzjonijiet biex ikun jista' jsir lift fit-tromba tat-taraġ eżistenti bi spazju limitat għall-approvazzjoni tad-Dipartiment tal Protezzjoni Ċivili. Kif dan ir-rapport ikun approvat, l-Awtorità tkun tista' tibda l-proċess biex jiġi installat lift.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, fil-każ kemm, persuni li ċedew għal ftit il-pensjoni u kemm damu, mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li rtiraw bl-età ta’ 61 sena wara li kellhom il-kontribuzzjonijiet kollha anke jekk suppost irtiraw iżjed tard? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx studji fuq:
i. L-impatt distribuzzjonali fuq ir-regoli flessibbli tal-irtirar fis-sens ta' differenza fid-differiment tal-irtirar kemm ta' paga għolja kif ukoll ta’ paga baxxa?
ii. L-impatt ta' rtirar flessibbli fuq il-labour market dynamics? u
iii. L-impatt ta' rtirar flessibbli fuq policies fiskali u s-sostennibiltà tal-pensjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, kull 5 snin irid isir studju f’forma ta’ rapport strateġiku dwar is-sistema tal-pensjoni f’pajjiżna, u jekk ikun hemm bżonn isiru rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati numru ta’ materji.
L-istudju li jmiss huwa dovut sal-aħħar tal-2025.
Il-materji imsemmija mill-Onor. Interpellant huma fost numru ferm akbar ta’ materji li minn żmien għal żmien jiġu indirizzati b’mod ħolistiku fl-istudji imsemmija.