Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Medika Barts — Ħlas lill-għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed iħallas lill-għalliema Maltin u barranin tal-Iskola Medika Barts? Jekk le, jista' jgħid min qed iħallas lil dawn l-għalliema?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Skola Medika Barts – Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għalliema tal-Iskola Medika Barts intgħażlux b'call jew b’tender? Jekk b’call meta ġiet ippubblikata u jekk b’tender meta ġiet ippubblikata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L-Inkjesta Maġisterjali VGH/Stewards

Question

Fid-dawl li f’kull ċitazzjoni u f’kull kumpilazzjoni li bdew wara l-Inkjesta Maġisterjali VGH/Stewards hemm l-akkuża li l-frodi u l-misappropriation saru “għad-dannu tal-Gvern ta’ Malta”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Avukat tal-Istat ma talabx lill-Qorti tal-Maġistrati sabiex ikun ammess bħala parti offiża għan-nom tal-Istat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Response (ATTARD, JONATHAN)

Niġbed l-attenzjoni lill-Onor. Interpellant għall-Artikolu 4, sub-inċiż 1, tal-Kodiċi Kriminali illi jistipula s-segwenti: L-azzjoni kriminali hija essenzjalment pubblika, u tmiss lill-Istat u titmexxa fl-isem tar-Repubblika ta’ Malta bil-mezz tal-Pulizija Eżekuttiva jew tal-Avukat Ġenerali, kif ikun il-każ,skont il-liġi.

Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja — Sejħiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġu sejħiet għal Direttur Ġenerali tal-Qrati fl-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti d-data għal kull sejħa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar ħames snin ma ħarġux sejħiet għal Direttur Ġenerali tal-Qrati, stante li d-dmirijiet tad-Direttur Ġenerali tal-Qrati ġew vestiti fil-Kap Eżekuttiv ai termini tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 595.34.

Ħal Kirkop — Triq il-Karwija - Appartamenti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se joqogħdu persuni fl-appartamenti l-ġodda li qegħdin jinbnew partikolarment fi Triq il-Karwija, f’Ħal Kirkop?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jinbnew 90 unit fis-sit li jinsab fi Triq il-Karwija f’Ħal Kirkop.

Ħal Kirkop — Triq il-Karwija u Triq taż-Żebbiegħ - Impact assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' impact assessment sar u dan kif se jimpatta lir-residenti preżenti ta' Triq il-Karwija u Triq taż-Żebbiegħ, f’Ħal Kirkop?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Stabbilimenti tal-ikel — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lill-istabbilimenti tal-ikel li kellhom l-imwejjed jingombraw il-bankini mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema kienu l-lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat. L-entitajiet fil-Ministeru tal-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol huma dejjem disposti li jassistu lill-awtoritajiet u entitajiet responsabbli.

Ministeru għall-Finanzi — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda persuna msemmija fid-dettalji mogħtija separatament ma’ kellha ngaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella miġbura mill-informazzjoni disponibli mill-2015 sa’ Mejju 2024.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li b’referenza għall-ismijiet li ngħataw separatament, l-ewwel persuna ġiet appuntata bħala Chairperson tal-Embryo Protection Authority Board fl-20 t’Ottubru 2023 għal sentejn u hi ntitolata għal €13,954 fis-sena.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni msemmija ma kellhom l-ebda forma ta’ ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Dr. Alexandra Mizzi kienet membru tal-Bord tal-Malta Communications Authority bejn l-2013 u l-2024 u tħallset total ta’ €41,197. Fir-rigward tal-persuni l-oħra, ir-risposta hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ma għandhomx jew ma kellhomx xi forma ta’ ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta’ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat kif inhu kompost fil-preżent.