Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenti/Persons of trust
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti/persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti/Persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-konsulenti/persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Minnhom ħadd m’huwa mill-Unjoni Ewropea (barra l-Maltin) jew Third Country Nationals.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sistemi attwali b’użu ta’ blajjet kbar, tal-konkos jew mill-barrieri, humiex l-aħjar għażla għax-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni tal-idroloġija li nsibu fil-kampanja tal-bliet u l-irħula ta’ dawn il-gżejjer?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 20769.
Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema bażi l-esperti tal-Gvern Malti u l-awtoritajiet kollha involuti għażlu s-sistemi attwali għax-xogħlijiet fil-widien flok it-teknoloġija tal-Box Gabions?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20769, ninformah li kwalunkwe intervent dirett li jwettqu l-entitatjiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir isir skont il-permessi u l-method statements approvati li f’kull ċirkostanza jieħdu kunsiderazzjoni sħiħa tal-kuntest tas-sit, is-sensittività tiegħu u s-sostennibiltà tal-intervent.
Tista’ l-Ministru tgħid fid-dettall il-vantaġġi tal-konkos, blajjet kbar tal-konkos jew blajjet tal-ġebel tal-franka fix-xogħol tal-widien u rdumijiet meta pparagunati mat-teknoloġija tal-Box Gabions?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ta’ ċittadinanza barranija nħarġitlu Visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar ħames snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni edukattiva, inkluż l-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS u istituti privati reġistrati mal-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż ġew dawn l-istudenti u għal liema EQF Level ġew jistudjaw Malta dawn l-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il student ta’ ċittadinanza barranija nħarġitlu Visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta fl-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż ġew dawn l-istudenti u għal liema EQF Level ġew jistudjaw Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-30 ta’ Lulju 2024, fl-aħħar għaxar snin inħarġu 29,565 C Visas għall-istudenti li tippermetti l-benefiċjarju jidħol u jibqa’ Malta sa massimu ta’ 90 ġurnata minn 180 ġurnata; kif ukoll 34,006 D Visas għall-istudenti li tippermetti l-benefiċjarju jidħol u jibqa’ Malta għall-iktar minn 90 ġurnata.
Visas ħarġu lil studenti ta’ diversi nazzjonalitajiet hekk kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istudenti konċernati ġew jistudjaw Malta għal diversi livelli tal-EQF; iżda l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ma’ jżommx statistika relatata mal-livelli tal-EQF.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm flus ivvutati għall-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ mill-2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u xi pjanijiet kien hemm biex jiġi ppreservat dan il-patrimonju rurali Malti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impenn tal-Gvern favur il-ħarsien tal-ħitan tas-sejjieħ bħala patrimonju rurali Malti, iżda wkoll bħala fattur importanti f’kull inizjattiva ta’ konservazzjoni u riabilitazzjoni ta’ siti naturali jidher ċar mill-investiment li sar f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar snin. Dik li qabel, fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, kienet biss taqsima ċkejkna ffukata fuq ir-restawr tal-kampanja, illum żviluppat f’dipartiment organizzat bl-isem ta’ Ambjent Malta, filwaqt li, fejn jirrigwardja x-xogħlijiet fil-widien, hemm ukoll l-involviment sinifikanti tal-Aġenzija Project Green.
Fost il-proġetti li twettqu f’dawn l-aħħar snin, wieħed jista’ jsemmi r-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ fil-Buskett, inklużi l-ħnejjiet ta’ Wied il-Luq. Dan kien proġett b’investiment ta’ kważi €1.9 miljun b’kofinanzjament taħt il-programm Life+ tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, fejn tidħol konservazzjoni rurali, taħt il-vot kapitali ta’ Ambjent Malta, fl-aħħar ħames snin ġew ivvutati €945,000 biex isiru numru ta’ proġetti li jinkludu t-tiswija u l-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ. Fost iż-żoni fejn qed isiru x-xogħlijiet bħalissa wieħed jista’ jsemmi l-masġar taż-żebbuġ fil-Bidnija, l-Aħrax tal-Mellieħa, il-Buskett, il-Miżieb, Kemmuna, Għar Ħasan u Wied Inċita.
Min-naħa l-oħra, fid-Dipartiment Parks Malta li llum ġie assorbit mill-Aġenzija Project Green, fl-aħħar erba’ snin ġew ivvutati mal-€525,000 li permezz tagħhom ġew iffinanzjati xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni u manutenzjoni ta’ spazji miftuħa u widien, inkluża l-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ.
Inżid li minbarra l-impenn tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir hemm ukoll Ministeri oħrajn li qed jagħtu sehem importanti f’dan il-qasam. Fosthom hemm il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippajanar li permezz ta’ fondi agrikoli Ewropej li laħħqu iktar minn €10 miljun irrestawraw u bnew mill-ġdid ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex kollu, kif ukoll il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Publiċi fejn uħud mill-proġetti ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq li saru minn Infrastructure Malta kienu jinkludu wkoll il-bini ta’ kilometri sħaħ ta’ ħitan tas-sejjieħ. Għal individwi li jixtiequ jagħmlu xogħlijiet ta’ restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, hemm ukoll skemi ta’ għajnuna ffinanzjati mill-fondi agrikoli Ewropej.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi se jieħdu l-awtoritajiet ikkonċernati dwar ix-xogħol li ma sarx skont is-sengħa tal-bini fi Triq San Albert, il-Gżira, u ċjoè xogħol ħażin f’wiċċ it-triq meta saru xogħlijiet fuq cables ta’ taħt l-art, b’konsegwenza ta’ inkonvenjenza għar-residenti tal-istess triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din it-triq sar tqegħid ta’ cables ġodda biex tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’din iż-żona. Ix-xogħlijiet huma kompluti u t-triq reġgħet ingħatat l-asfalt skont ir-rekwiżiti tal-permess maħruġ minn Transport Malta. Waqt li kien qed isir l-asfalt il-Periti ta’ Enemalta nnutaw xi nuqqasijiet u l-kuntrattur responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet indirizzahom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li kienu daħlu jaħdmu l-PBS qabel l-1979 u li għal xi raġuni ma daħlux fil-kawża li ntrebħet mill-ħaddiema, humiex se jingħataw l-ammont dovut lilhom bħal sħabhom u jekk bħal sħabhom hux se jibdew il-proċeduri legali mill-ġdid?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sitwazzjoni qed tiġi evalwata.
Occupational Therapists, Physiotherapists, Speech & Language Therapists, Podiatrists u Radiographers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Occupational Therapists, Physiotherapists, Speech & Language Therapists, Podiatrists u Radiographers u kif inhuma mqassmin fis-servizz tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Persuni barranin minn pajjiżi terzi — Karti tal-identità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu Karti tal-Identità lill-persuni barranin minn pajjiżi terzi fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. minn liema pajjiż kienu ġejjin;
ii. f'liema distrett elettorali kienu jgħixu;
iii. kemm kienu ilhom jgħixu f'Malta; u
iv. għal liema raġuni ħarġet din il-Karta tal-Identità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Karti tal-Identità jinħarġu lill-persuni li huma ta’ nazzjonalità Maltija.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji xjentifiċi li saru biex ġie stabbilit li xogħlijiet bil-konkos/blajjet kbar minflok ħitan tas-sejjieħ ma jħallux impatt diżastruż fuq il-mekkaniżmu naturali tal-idroloġija, kemm fil-widien u fl-irdumijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, m’iniex infurmata b’xogħol li sar minn entitajiet tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir b’sistemi li qed issir riferenza għalihom fil-mistoqsija u l-unika ċirkostanza fejn jintuża blat kbir naturali tkun għall-kontroll tal-aċċess f’żoni riabilitati. Dan jintuża b’mod li ma joħloq l-ebda dannu għall-idroloġija jewl-ambjent ġenerali tas-sit. Madankollu jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi każ speċifiku, nitolbu jgħaddili d-dettalij preċiżi sabiex nitlob li jsiru l-verifiki meħtieġa.
Fid-dawl li f’kull ċitazzjoni u f’kull kumpilazzjoni li bdew wara l-Inkjesta Maġisterjali VGH/Stewards hemm l-akkuża li l-frodi u l-misappropriation saru “għad-dannu tal-Gvern ta’ Malta”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Avukat tal-Istat ma talabx lill-Qorti tal-Maġistrati sabiex ikun ammess bħala parti offiża għan-nom tal-Istat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx problemi relatati ma' pagamenti lill-bdiewa li għadhom ma tħallsux? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' pagamenti li se jitħallsu fix-xahrejn li ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda problemi relatati ma’ pagamenti lill-bdiewa u fil-fatt f’dawn ix-xahrejn li ġejjin, huma mistennija li jiġu pproċessati l-pagamenti dovuti lill-150 bidwi taħt il-Pjan Strateġiku tal-PAK għal Malta 2023-2027. Dawn il-pagamenti jammontaw għal ammont totali ta’ €439,041.50, ko-finanzjati minn Fondi Ewropej u dawk nazzjonali.
Unità
Skema
Ammont f'EUR
C1 Land Based Measures
Direct Payments
€ 164,738.65
C1 Land Based Measures
AECC
€ 183,539.36
C1 Land Based Measures
AECM
€ 77,248.26
C1 Land Based Measures
ANC
€ 13,515.23
€ 439,041.50
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru klieb mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali minn Jannar 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-klieb ingħataw lura lil sidhom, kemm minnhom mietu waqt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kemm minnhom kellhom jitraqqdu mid-Direttorat?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti. Ir-raġunijiet sabiex dawn l-klieb mietu jew ġew imraqqda jinkludu mard, feriti gravi u trawmi interni li jkun ġarrab il-kelb waqt xi inċident, u mġieba aggressiva li tkun ta’ periklu għall-persuni u klieb oħra li jkunu f’kuntatt magħhom. Ta' min isemmi li dawn id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu minn veterinarji liċenzjati fl-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimal.
Numru ta’ Klieb Miġbura
Numru ta’ Klieb Irritornati lill-Sidhom
Mietu meta taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali
Traqqdu meta taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali
Mietu meta taħt il-kura tal-Klinika Veterinarja ta’ Operaturi Privati
Traqqdu meta taħt il-kura tal-Klinika Veterinarja ta’ Operaturi Privati
383
53
3
2
18
10
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru qtates mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali minn Jannar 2024? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-qtates ingħataw lura lil sidhom, kemm minnhom mietu waqt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kemm minnhom kellhom jitraqqdu mid-Direttorat?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti. Ir-raġunijiet sabiex dawn il-qtates mietu jew ġew imraqqda jinkludu mard, feriti gravi u trawmi interni li jkun ġarrab il-qattus waqt xi inċident. Ta' min isemmi li dawn id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu minn veterinarji liċenzjati fl-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimal.
Numru ta’ Qtates miġbura
Numru ta’ qtates Irritornati lill-sidhom
Mietu meta taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali
Traqqdu meta taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali t
Mietu meta taħt il-kura tal-Klinika Veterinarja ta’ Operaturi Privati
Traqqdu meta taħt il-kura tal-Klinika Veterinarja ta’ Operaturi Privati
771
16
25
24
182
228
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-investiment dirett jew indirett fil-miżbla tal-Magħtab mill-2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll kemm kien l-iżvilupp dirett ħolistiku fl-istess miżbla matul l-aħħar 20 sena, maqsuma sena b'sena u kemm kien l-iżvilupp indirett ħolistiku fil-miżbla tal-Magħtab fil-perjodu msemmi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Mill-2010 sal-lum sar investiment ta’ €128,109,880 fi ħdan il-kumpless ECOHIVE. Il-Gvern qed ikompli jinvesti f’dan is-settur aktar minn €500 miljun fil-proġett ECOHIVE li jinkludi l-Waste to Energy Plant, Organic Processing Plant, Thermal Treatment Plant, Skip Management Facility u l-Material Recovery Facility li kollha jikkontribwixxu għall-ekonomija ċirkolari ta’ Malta kif ukoll biex jintlaħqu l-miri ambjentali ta' pajjiżna, li jinkludu li nnaqqsu r-rata ta’ landfilling sa 10%.
Il-Gvern qed jaħdem bla heda u jinvesti b’mod sostanzjali fil-kumpless ECOHIVE biex il-pajjiż ma jibqax jiddependi fuq il-miżbliet. Infakkar li għal għexieren ta’ snin, amministrazzjoni wara oħra ħadet meded kbar ta’ art agrikola biex imtlew b’muntanji ta’ żibel. Dan mhux sostenibbli u għalhekk qed isir dak kollu possibbli, kemm f’dak li huwa investiment kif ukoll b’policies ġodda, biex Malta tagħmel transizzjoni sħiħa lejn l-ekonomija ċirkolari.
Il-kumpless tal-Magħtab xorta jinkludi diversi miżbliet: tal-Għallis u taż-Żwejra li huma engineered landfills, u l-miżbla tal-Magħtab li għalkemm ilha dekommissjonata minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, għadha toħloq diversi impatti minħabba l-mod bla ħsieb ta’ kif kienet ġestita fil-passat. F’dawn l-aħħar snin, biex ma tittiħidx art agrikola, ġiet skavata miżbla antika b’mod vertikali, li kienet saret wara l-2004, u dan biex jiġi massimizzat il-volum, kif ukoll biex ma tibqax tittieħed aktar art agrikola kif kien isir qabel.