Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-maintenance, xufiera, messaġġiera u ġardinara jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma ħaddiema mal-Gvern u kemm huma mal-kuntrattur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser idum out of stock it-taqtir tal-għajnejn Timolol li jintuża għall-glaucoma u jitqassam permezz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-taqtir Timolol huwa disponibbli fl-ispiżeriji tal-POYC.
Pensjoni — Reviżjonijiet biex jissolvew anomaliji dwar dawk li twieldu qabel l-1962
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal reviżjonijiet xi jsiru biex jissolvew anomaliji fil-pensjoni taż-żewġ terzi fir-rigward ta’ pensjonanti li twieldu qabel l-1962 sabiex dawn jieħdu ż-żidiet u l-arretrati dovuti lilhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-eżerċizzju riesaq lejn tmiemu u jkun konkluż fil- ġimgħat li ġejjin.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Persuni l-ħabs għaliex ma ħallsux il-manteniment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin minħabba li ma ħallsux il-manteniment mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa, kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Nisa Maltin
Nisa Barranin
Irġiel Maltin
Irġiel Barranin
TOTAL
2020
0
0
6
2
8
2021
2
0
7
1
10
2022
0
0
17
1
18
2023
0
0
9
1
10
2024
2
0
10
2
14
Membri ta' ordnijiet reliġjużi — Prodotti relatati mas-saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk membri ta' ordnijiet reliġjużi humiex intitolati għal nuċċalijiet, hearing aids u dentaturi b'xejn mill-Gvern u jekk le, għaliex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ċentri ta' korrezzjoni — persuni li qed jiskontaw sentenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' persuni li attwalment qed jiskontaw sentenza fiċ-ċentri ta' korrezzjoni bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x'ġeneru għandhom u kemm minnhom huma taħt l-età ta' 35 sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni fiċ-ċentri ta’ korrezzjoni jinbidel kuljum. Sal-1 ta’ Novembru, fiċ-ċentri ta’ korrezzjoni kien hemm total ta’ 428 persuna li qed jiskontaw sentenza. Minn dawn 394 huma rġiel u 34 huma nisa. Minn dawn, il-persuni ta’ taħt-il 35 sena jammontaw għal total ta’ 163.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' heavy plant vehicles reġistrati f'Malta u Għawdex separatament bħalissa? Jista' jipprovdi wkoll l-istess informazzjoni għas-sena 2000?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi heavy plant vehicles għandhom kategorija ta’ EU bħala N3 u li tfisser vettura użata għall-ġarr ta’ merkanzija u li għandha piż massimu ta’ iżjed minn 12-il tunnellata.
· Registrati sat 30/06/2024
Malta – 9428 Għawdex – 947
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri liċenzjati bħalissa f'Malta u Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Jista’ jgħid ukoll meta saru l-aħħar spezzjonijiet f’kull barriera u x'passi ttieħdu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Malta u Għawdex — talbiet għall-intervent tal-Pulizija għas-sena 2024
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fejn il-Pulizija ntalbet tintervjeni matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024, maqsuma lokalità lokalità f'Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu relatati għal każijiet fuq il-baħar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024, il-Pulizija ntalbu jintervjenu fuq il-baħar 28 darba.
Apparti hekk, f’każijiet fuq il-baħar, il-Protezzjoni Ċivili ntervjenew 40 darba u l-Forzi Armati ta’ Malta 86 darba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024? Jista’ jipprovdi n-nazzjonalità u r-raġuni għad-deportazzjoni ta’ kull persuna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2024, 1,103 -il persuna tneħħew mill-pajjiż. Ir-raġunijiet ta’ tneħħija jvarjaw minn persuni li ma kkwalifikawx għall-ażil, persuni li nstabu jgħixu f’Malta b’mod irregolari u oħrajn li ġew ritornati b’mod volontarju. Infurmat li n-nazzjonalitajiet kienu varji, fosthom; Bangladesh, India, Pakistan, Colombia, Albania, Serbia, Mali, Gambia, Nigeria, Chad, u Senegal.
Ninsab ukoll infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru persuni li waslu b'mod irregolari kienu jammontaw għal 155 persuna filwaqt li fl-istess perjodu ġew ritornati 125 persuna lejn il-pajjiż tal-oriġinu filwaqt li 60 persuna oħra ġew rilokati. Dan ifisser li fl-istess perjodu pajjiżna esperjenza aktar persuni li waslu b'mod irregolari li ħallew il-pajjiż milli waslu.
(
Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 4797 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 298 nhar it-Tlieta, 14 ta' Jannar 2025)
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19697 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lill-istabbilimenti tal-ikel li kellhom l-imwejjed jingombraw il-bankini mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema kienu l-lokalitajiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permessi biex jitqiegħdu mwejjed u siġġijiet fuq art pubblika ma joħorġux mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Ir-rwol tal-Awtorità f’dan ir-rigward huma limitat li jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-liċenzja jiġu rispettati. Għaldaqstant, l-Awtorità tħaddan sistema li meta ssib ksur minuri tar-regolamenti, l-ewwel tagħti twissijiet verbali u toħroġ ittri ta’ twissija sabiex l-operatur jirregola ruħu fi żmien stipulat. Meta ikun hemm ksur ta’ liġi persisteni, imbagħad l-Awtorità tipproċedi b’azzjoni legali skont kif ikun meħtieġ.
Mill-2017 ħarġu 189 ittra ta’ twissija, 16-il Administrative Fine Notice u 10 Enforcement notices.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' siti li fihom instabu fdalijiet storiċi waqt il-proċess ta' żvilupp, matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll fejn kienu u x'passi ttieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Malta u Għawdex — Bdiewa, raħħala u sajjieda reġistrati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda reġistrati full-time u part-time bħalissa, separatament għal Malta u Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabelli segwenti bl-informazzjoni mitluba.
Ngħarrfu li r-rekords fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd, fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, jinżammu abbażi tal-bastimenti tas-Sajd reġistrati u mhux abbażi n-numru ta’ sajjieda.
Ngħarrfu wkoll li l-figuri fit-tabelli tal-bdiewa u r-raħħala jirrappreżentaw in-numru totali mingħajr distinzjoni bejn impjieg full-time u part-time.
Bastimenti tas-sajd reġistrati
Kategorija
Malta
Għawdex
Total ta’ Bastimenti
Full-Time (MFA)
323
73
396
Part-Time (MFB)
313
92
405
Total
636
165
801
Bdiewa
Malta
11,403
Għawdex
2,707
Total
14,110
Raħħala
SETTUR
NUMRU TA’ RAĦĦALA F’MALTA
NUMRU TA’ RAĦĦALA F’GĦAWDEX
Produzzjoni tal-ħalib
100
40
Majjali
106
9
Tjur (laħam/bajd)
75
14
Ruminanti żgħar
1,481
542
TOTALI
1,762
605