Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferih għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443. Fir-rigward tal-entitajiet li jaqgħu taħti, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda li għandha 'l fuq minn 65 sena, li tahdem fid-dekasteru tiegħi, fis-Skala ħmistax.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda li għandha ‘l fuq minn 65 sena.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Fir-rigward ta’ ħaddiema ‘l fuq minn 65 sena fis-Settur Publiku, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21443.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena ’l fuq li jaħdmu fid-dekasteru tagħha? Jekk hemm, tista' tgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 21443 fir-rigward tal-Ministeru tiegħi. Dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, l- Aġenzija Sapport għandha persuna waħda bi skala ta’ Senior Care Worker.

Pjazza tal-Mosta – kuntratt tal-għeluq

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta hija Awtorità Regolatorja u għaldaqstant mgħandiex bżonn kuntratti biex tagħlaq triq.

Rockestra 2025 — data

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Rockestra 2025 qiegħda tiġi reklamata li se tittella’ fit-12 ta’ April 2025? Peress li din id-data tiġi fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-għada tad-Duluri, jista’ jgħid ta’ min kienet din id-deċi¿joni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunċert Rockestra ma jiġix organizzat mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jew minn xi entità fi ħdanu.

Malta Further and Higher Education Authority – riżenji ta’ impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' riżenji ta' impjegati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA), xahar b xahar minn Jannar 2022 sal-lum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar tal-2022 s’issa kien hemm total ta’ 14-il riżenja, filwaqt li ġie ngaġġat 27 impjegat ġdid sabiex b’hekk ikomplu jsaħħu l-operat.

Inċentivi għal min irabbi n-naħal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern qed jinċentiva lil min jrabbi n-naħal? Jista' jgħid ukoll x'inhu jagħmel biex jipproteġi n-naħla Maltija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-iskema tal-2023, għadha kif ġiet varata skema oħra ta’ appoġġ għal min irabbi n-naħal tal-għasel. Din l-inizjattiva ġdida ġiet imfassla biex tgħin lil dawk li jrabbu n-naħal iżommu kolonji tan-naħal tal-għasel b’saħħithom u produttivi. Din l-iskema hija b’reazzjoni għall-isfidi li dejjem qed jiżdiedu li qed jiffaċċjaw dawk li jrabbu n-naħal minħabba t-tibdil fil-klima u l-preżenza ta’ speċi invażivi bħal bagħal taż-żunżan. B’hekk ser inkunu qed nagħtu kumpens ta’ €22 għal kull kolonja tan-naħal. Ngħarrfu wkoll li taħt il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) ta' Malta 2023-2027, hemm numru ta’ opportunitajiet orizzontali ta’ għajnuna finanzjajra li jistgħu jibbenefikaw minnhom kull min jissodisfa l-kriterji tal-eliġibilità rilevanti, inklużi skemi ta’ investiment, ta’ trasferiment ta’ għarfien, ta’ konsulenza teknika, kif ukoll skemi marbutin ma’ għanijiet klimatiċi u ambjentali b’mod partikolari skema li tipprovdi l-għajnuna għaż-żamma ta’ kaxxi tan-naħal fuq l-irziezet. Barra minn hekk, il-Pjan jinkludi wkoll interventi li huma speċifikament imfasslin għas-settur tal-apikoltura u n-naħħala Maltin u Għawdxin. Tali inċentivi lil dawk li jrabbu n-naħal qed jiġu pprovduti permezz ta' Interventi Settorjali, kif identifikati f’Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 2021/2115. Tali intereventi fis-settur tal-apikoltura jistgħu jkopru l-attivitajiet li ġejjin: 1. assistenza teknika u taħriġ lil dawk li jrabbu n-naħal u gtuppi/organizzazzjonijiet ta' dawk li jrabbu n-naħal; 2. għajnuna finanzjarja għal azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-invażuri tal-kaxxi tan-naħal u l-mard fihom, partikolarment il-varroażi; jgħinu fir-ripopolazzjoni tal-kaxxi tan-naħal, inkluż it-trobbija tan-naħal; u razzjonalizzazzjoni tat-trasumanza; 3. appoġġ għal-laboratorji għall-analiżi tal-prodotti tal-apikultura; u 4. kooperazzjoni ma’ korpi speċjalizzati għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura Dawn l-interventi jinkludu miżuri li jipproteġu u jtejbu l-bijodiversità fuq ir-raba’ u f’żoni rurali usa', jxerrdu għarfien biex tiġi mħarsa l-bijodiversità u jiġu konservati speċi endemiċi. Għaldaqstant, dawn l-interventi jikkontribwixxu wkoll b’mod indirett għall-konservazzjoni tan-Naħla Maltija.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej bit-tagħrif rigward is-Settur Pubbliku kollu u mhux biss fid-dekasteru tal-Prim Ministru: Skala ta' Salarju/Remunerazzjoni Numru ta' Impjegati 1 1 2 3 3 1 4 6 5 6 6 7 7 18 8 2 9 9 10 11 11 10 12 5 13 7 14 10 15 27 16 4 17 0 18 2 19 0 20 0 €20 s-siegħa* 37 Total 166 * Adult Educators part-time li s-salarju tagħhom mhuwiex abbinat ma' skala iżda ma' rata fissa fis-siegħa. Għal rigward ta' ħaddiema li għandhom minn 65 sena 'l fuq li jaħdmu fl-entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa kif ġej: Entità/Aġenzija/Awtorità Numru ta' persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq Skala RSSL 1 Scale 4 1 Scale 5 2 Scale 8 1 Scale 9 1 Scale 10 7 Scale 11 6 Scale 12 2 Scale 13 1 Scale 14 2 Scale 15 1 Scale 16 1 Scale 17 MITA 1 CL 16

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena u li jaħdmu fl-entità Trade Malta Ltd., li taqa' taħt il-Ministeru. Fir-rigward tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku, nitolbu jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.

Animal Welfare — Ilmenti fuq moħqrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva l-Animal Welfare fuq moħqrija minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-25 ta’ Ottubru 2024, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali rċieva 921 ilment dwar moħqrija ta’ annimali.

IFE, FTS u MFHEA – Nefqa fuq taħriġ għall-istaff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu fondi f’taħriġ għall-istaff tal-Institute for Education (IFE), il-Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS) u l-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA) bejn l-2020 u l-2024? Jista’ jagħti dettalji fuq it-taħriġ li ngħata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tal-ispiża mill-entitajiet imsemmija, matul is-snin msemmija s’issa, kien ta’ €68,398.32. Dan l-ammont ġie nvestit f’diversi taħriġ għall-impjegati.

Strateġija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – Fondi allokati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu allokati fondi biex titwettaq l-Istrategija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla mħabbra f’Lulju 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-implimentazzjoni tal-Istrateġija se ssir mill-Awtorita tal-Edukazzjoni u Ogħla ta’ Malta.

IFE, FES, FTS u MFHEA – nefqa fuq konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’konsulenzi u min kienu l-konsulenti tal-Institute for Education (IFE), il-Foundation for Educational Services (FES), il-Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS) u l-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA) bejn l-2020 u l-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul il-perjodu msemmi l-IFE, l-FES u kif ukoll l-MFHEA ma ngaġġawx konsulenti, filwaqt li l-FTS nefqet madwar €42,000 f’konsulenzi.

Knejjes u kappelli – Għajnuna finanzjarja għal rinovar u xogħlijiet oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tingħata għajnuna għall-ispejjeż ta' rinovar jew xi xogħlijiet oħra li għandhom bżonn isiru fil-knejjes u fil-kappelli? Jekk iva, jista’ jgħid liema knejjes u kappelli se tingħathalhom din l-għajnuna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni huwa nvolut f'diversi proġetti relatati ma’ Knejjes u kappelli madwar Malta. Dawn il-proġetti jkopru varjetà ta’ xogħlijiet, li jvarjaw mir-restawr ta’ faċċati sa manutenzjoni strutturali. Il-progetti kurrenti (kemm fi stadju ta’ implimentazzjoni u kif ukoll fi stadju ta’ ippjanar) huma: • Ħal Tarxien: Kappella Storika ta’ San Ġu¿epp u l-Bazaar tal-Fondazzjoni Jean Antide • Ħal Lija: Il-Knisja l-Parrokkjali l-Qadima tas-Salvatur • Ħaż-Zebbuġ: Il-Knisja tal-Madonna tad-Dawl • Ħal-Qormi: Ħajt taz-Zuntier tal-Knisja Kolleggjata San Ġorġ, Triq il-Kbira • Iż-Żejtun: Il-Kappella ta' Santa Marija tal-Ħlas, Misraħ Santa Marija • Il-Mellieħa: Monument skulturali mal-Knisja Parrokkjali tal-Manikata, Misraħ il-Parroċċa • Ħal-Tarxien: Faċċata ta’ All-Souls Cemetery and Risen Lord Church and Cemetery complex (Tal-Erwieħ), Triq Santa Tereża u Sqaq l-Erwieħ • Birkirkara: Kampnar tal-Kappella tal-Vitorja, Triq il-Vitorja • Ħal Safi: Restawr ta' Swali fiċ-Ċentru Parrokkjali • Iż-Żurrieq: Il-Knisja ta' San Bert • Il-Marsa: Il-faċċata tal-Parroċċa tat-Trinità • Iż-Żejtun: Il-faċċata ta' wara tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun • Il-Belt Valletta: Il-Knisja tal-Ġi¿witi (minn ġewwa) • Is-Siġġiewi: Konsolidament fil-Blat u Restawr tal-Knisja tal-Lunzjata • Il-Furjana: Tiswija tal-koppla ta' Sarria • Bormla: Restawr tal-monasteru ta' Santa Margerita • Birkirkara: Konsolidament strutturali fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija Ninsab infurmat ukoll li barra minn dawn il-proġetti msemmija, id-dipartiment qed jiffinanzja wkoll diversi inizjattivi ta’ restawr permezz tal-Iskema Restoration Funding Scheme li tinħareġ flimkien mal-Kunsill tal-Arti, li hija ffukata fuq ir-restawr ta’ immobbli fil-knejjes u l-kappelli. • Restawr u Konservazzjoni tal-Altari fil-Knisja Parrokkjali l-Qadima ta' San Ġiljan • Restawr tal-Altar tal-Kappella ta' Sant'Anna - Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta • Konservazzjoni u Restawr tal-kwadru titulari tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, Vittoriosa • Restawr tal-pittura tal-Madonna Immakulata, is-Siġġiewi • Tlesti l-proċess ta' restawr tal-arloġġ fil-Knisja ta' San Pawl, Birkirkara • Restawr tal-biben tal-Parrocca ta’ Ħal-Luqa • Restawr tal-Bradella tal-Istatwa ta' San Lawrenz, Vittoriosa

Impjieg ta’ Segretarja u Xufier

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament impjegax segretarja u xufier fi żmien li għamel bħala Gvernatur. Jekk iva, jista’ jgħid għadhomx fuq il-payroll tal-Bank Ċentrali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mal-ħatra tiegħu fl-2021, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kien talab, u ingħata mill-bord, xufier sabiex jissostitwixxi dak li kien hemm qabel, u li kien ġie ssekondat mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jagħti s-servizzi tiegħu lill-Kumissarju Speċjali għal Relazzjonijiet Ekonomiċi, Finanzjarji, u Kummerċ mar-Renju Unit. Mal-ħatra tiegħu, il-Gvernatur kien ukoll talab, u ingħata mill-bord, assistent personali, li ssostitwixxiet it-tnejn li kien ikollhom Gvernaturi preċedenti. Dawn iz-zewġ persuni għadhom jagħtu s-servizzi tagħhom fil-Bank Ċentrali permezz ta’ kuntratt li kien approvat fil-11 ta Jannar tal-2021, u li ġie mġedded fil-21 ta Novembru 2023 għal sentejn oħra sal-31 ta Diċembru 2025. Is-servizzi tal-assistent personali għadhom meħtieġa sabiex, flimkien ma assistent personali oħra, tgħin l-Aġent Gvernatur fil-funzjonijiet ġodda tiegħu, flimkien ma dawk ta’ Deputat Gvernatur, filwaqt li s-servizzi ta x-xufier baqgħu jintuzaw għall-bzonnijiet tal-Bank.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm ċitazzjonijiet li ngħataw lill-vetturi f'dawn l-aħħar għaxar snin, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li għadhom pendenti, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hu t-total ta' flus li għadhom iridu jinġabru u x'ser jagħmel il-Gvern biex jara li dawn iċ-ċitazzjonijiet jitħallsu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Chairpersons — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti taċ-chairperson tal-entitajiet Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS), Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES), Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), Institute for Education (IFE), SportMalta u Sports Governance and Integrity Authority?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li c-chairpersons tal-bordijiet ma jkollhomx kuntratt, iżda ittra tal-ħatra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda entità taħt id-dekasteru tal-Ministeru bl-isem ta’ Sports Governance and Integrity Authority.