Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċedoli pendenti fil-Qorti? Kemm hemm li ilhom inqas minn sena u kemm hemm li ilhom iktar minn sentejn? Jista’ jgħid ukoll minn meta daħlet l-użanza li wara s-sentenza tal-Qorti tkun meħtieġa l-approvazzjoni ta' min ikun tilef il-kawża biex min rebaħha jieħu flusu lura fil-każ ta' garanzija bankarja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-cedoli huma mezz ta’ kif isir depositu taħt l-Awtorita` tal-Qorti, għaldaqstant wieħed ma jistax jikkwantifika l-ammont ta’ ‘ċedoli pendenti’ kurrenti. Fil-proċedura taċ-ċedola jista’ jsir l-iżbank tiegħu minn min bil-liġi għandu dritt għalih wara li jkun ġie hekk awtorizzat mill-Qorti wara li tkun saret talba appożita permezz ta’ rikors.
Fir-rigward tat-tieni parti li titratta l-garanzija bankarja, għal kontra ta’ kif qed jallega l-Onor interpellant, l-istess proċedura ta’ kif ingħad għaċ-ċedoli tapplika għall-garanzija bankarja, u iġifieri din tiġi rtirata wara li tintalab awtorizazzjoni mill-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kellha tħallas €3,576.99 għall-operazzjoni li saritilha fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, meta din hija residenti bil-Karta tal-Identità Maltija u ċittadina Ewropea?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li persuna residenti Malta bil-Karta tal-Identita' Maltija u ċittadina tal-Unjoni Ewropea, tkun eliġibbli għall-kura tas-saħħa b'xejn kemm 'il darba l-persuna tippreżenta d-dokumenti meħtieġa.
Infurmat li jekk mis-sistema elettronika jirriżulta li l-persuna mhix eliġibbli, irid jiġi ppreżentat dokument li juri li l-persuna qed tħallas l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Nazzjonali f'pajjiżna jew inkella tiġi preżentata l-formola S1 maħruġa mill-pajjiż minn fejn tirċievi l-pensjoni statali. Wara, il-persuna tkun tista' tapplika għal Certificate of Entitlement li bih tingħata aċċess għall-kura b'xejn f'pajjiżna b'mod retroattiv jew inkella mid-data li fiha jinħareġ ċ-ċertifikat skond il-każ.
Ninsab infurmat li sakemm qed titwieġeb din il-Mistoqsija, il-persuna li qegħda ssir referenza għaliha, ma ppreżentatx id-dokumenti meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti li qegħdin fuq il-minimu tal-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għal-liema tip ta’ pensjoni kontributorja qiegħed jirreferi.
Id-diversi tipi ta’ pensjonijiet kontributorji għandhom rata minima differenti.
Membri Parlamentari — Pensjoni tas-sigurtà nazzzjonali
Question
Jista' l-Prim Minsitru jgħid għaliex Membru Parlamentari li serva tliet Legiżlaturi jieħu l-pensjoni sħiħa mill-Parlament u l-minimu tal-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali, filwaqt li Membru Parlamentari li serva żewġ Leġiżlaturi jieħu biss proporzjon tal-pensjoni mill-Parlament u din titnaqqas mill-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Membri Parlamentari — Pensjoni tas-sigurtà nazzzjonali
Question
Jista' l-Minsitru jgħid għaliex Membru Parlamentari li serva tliet Legiżlaturi jieħu l-pensjoni sħiħa mill-Parlament u l-minimu tal-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali, filwaqt li Membru Parlamentari li serva żewġ Leġiżlaturi jieħu biss proporzjon tal-pensjoni mill-Parlament u din titnaqqas mill-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant li l-Pensjoni ta’ Membri Parlamentari hija rregolata skont Kap. 280 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Irid jingħad li l-Pensjoni tas-Servizz ta’ Membru Palamentari ma titnaqqasx mill-Pensjoni Kontributorja imma titħallas rata fissa skont in-numru ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa matul il-ħajja lavorattiva tal-membru u skont jekk hix persuna waħidha jew inkella l-parti l-oħra fiż-żwieġ hix titħallas pensjoni kontributorja jew le.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19886 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk il-Gvern hux qed iħallas lill-għalliema Maltin u barranin tal-Iskola Medika Barts? Jekk le, jista' jgħid min qed iħallas lil dawn l-għalliema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemijja hi skola privata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba fuq l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi, hekk kif miġbura sal-11 t’ Ottubru 2024.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tal-ħaddiema fis-Settur Publiku jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 21443.
Ninsab infurmat li għar-rigward tal-ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet hemm 4 ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena. Dawn qegħdin fi skali 14, 7, wieħed fi skala ta’ Head u ieħor f’Grad 1 skond il-ftheim settorjali rispettiv tal-entità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jirregolarizza l-breeding tal-annimali, speċjalment tal-klieb u l-qtates, u jekk fl-affermattiv jgħid kif se jsir dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tnissil tal-klieb hija attivita’ diġà rregolata fil-leġiżlazzjoni sussidjarja taħt il-Kap 437 (l-Att dwar is-Servizzi Veterinarji). It-tnissil tal-qtates bħalissa mhix direttament regolata u m'hemm l-ebda pjan fil-futur qrib li din tkun regolata.
Madankollu, tali attivitajiet, inkluż it-tnissil, għandhom jirrispettaw il-benesseri tal-annimali kif stipulat fil-Kap 439 (l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għases madwar il-gżejjer Maltin li huma magħluqa u f’liema lokalitajiet huma? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi pjan biex jinfetħu u meta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fi ftit ġimgħat pajjiżna jkun kollu kemm hu kopert mill-pulizija tal-komunità, b’hekk qatt daqs illum ma kellna preżenza ta’ pulizija fil-komunità. Dan ifisser li l-lokalitajiet fil-pajjiż kollha huma koperti mill-preżenza tal-pulizija, fejn naħdmu fuq tliet binarji bil-pulizija tad-distrett, il-pulizija tal-komunità u l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit li jagħmlu rondi kontinwi.
Bħala parti minn dan il-pjan postijiet li kienu magħluqa saħansitra nfetħu f’uffiċini tal-komunità jew f’taqsimiet speċjalizzati bħal mhu d-domestic violence hub ta’ Santa Luċija. Illum spiċċa ż-żmien ta’ għases taparsi miftuħa b’pulizija wieħed.
Fl-istess ħin għaddej programm qawwi ta’ rinovar ta’ għases, bħal mhuma dawk li ssir referenza għalihom fil-mistoqsija parlamentari 21625, filwaqt li għaddejjin xogħlijiet oħra fosthom fil-Gżira. Fejn għaddejjin ix-xogħlijiet, ic-cittadini ngħataw alternattiva minn fejn jingħataw is-servizz. La jitlesta dan ix-xogħol beħisbna nibdew għases oħra.
Għalhekk dawn il-lokalitajiet f’Malta, filwaqt li kollha huma koperti mill-pulizija tal-komunità, qiegħed jingħata s-servizz mill-Għassa: Ħal Balzan, il-Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Bormla, il-Fgura, Floriana, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Imdina, Mellieħa, tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Mosta, l-Imtarfa, in-Naxxar, Raħal Ġdid, il-Pieta, il-Qawra, Ħal Qormi, il-Qrendi, Santa Venera, is-Siġġiewi, tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u ż-Żurrieq. Filwaqt li fic-Cirkewwa u Kemmuna qiegħed jingħata s-servizz mill-għassa. F’San Pawl il-Baħar, filwaqt li huwa kopert mis-servizzi tal-Għassa tal-Qawra 24/7, qiegħed jingħata s-servizz tal-Pulizija fil-Kunsill Lokali, l-istess kif qiegħed jingħata f’Ħaż-Żebbuġ.
Dawn jingħaqdu mas-servizz tal-Pulizija tal-komunità u mill-għases li qiegħed jingħata f’Għawdex kif spjegat fil-mistoqsija parlamentari 22237.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Fir-rigward ta’ ħaddiema 'l fuq minn 65 sena fis-Settur Publiku, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Attachments:PQ 21451- Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65.pdf
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-persuni 'l fuq minn 65 sena huma: 3 fil-Forzi Armati ta' Malta, 1 fl-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni, 1 fl-Aġenzija Identità, 1 fl- Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali, 45 ma’ Jobsplus, 2 fl-Aġenzija Komunità Malta, 10 fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, 1 mar-Regolatur – Għotja ta’ Ċittadinanza dwar Servizzi Eċċezzjonali u 1 mal-Aġenzija Residenza Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames ħaddiema fl-entitajiet li għandhom 'il fuq minn 65 sena. Għar-rigward tal-ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 65 sena fis-Settur Pubbliku nitlob lill-Onor. Interpellant jirrferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena ’l fuq li jaħdmu fid-dekasteru tagħha? Jekk hemm, tista' tgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Fir-rigward ta’ ħaddiema li għandhom minn 65 sena ‘l fuq fis-Settur Publiku, nirreferih għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21443.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħaddiema li għandhom minn 65 'l fuq, li jaħdmu f’entitatjiet fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi hu skont it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-ħaddiema li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li għandhom minn 65 sena 'l fuq hemm total ta’ 136, dawn jinsabu fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi. Intant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22282.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 4588 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 289 ta' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Novembru 2024)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.
Ninsab infurmat li hemm 5 persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fi skali varji fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. L-ebda wieħed mill-ħaddiema huwa tal-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.