Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11395 u 18950 u jgħid kemm-il ikla b’xejn offriet Dar Papa Franġisku matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ikliet ta’ nofs in-nhar offruti minn Dar Papa Franġisku:
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024*
13,360
15,107
18,591
18,257
17,318
28,599
14,647
*Minn Jannar sa Ottubru
Persuni individwali li għamlu użu mis-servizz tal-ikla ta’ nofs in-nhar
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024*
Maltin
249
335
307
291
331
532
345
Barranin
205
239
249
208
219
432
293
*Minn Jannar sa Ottubru
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12036 u 18951 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal li kopja tieghu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18012 u 18953 u jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li saru u li minnhom ġew milqugħa mill-Bord Mediku għal Benefiċċju ta’ Diżabilità Severa maqsuma għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena
Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet milqugħa mill-Bord Mediku
2013
326
96
2014
288
126
2015*
637
283
2016
670
242
2017**
576
168
2018
578
180
2019
686
234
2020
646
197
2021
728
327
2022***
719
298
2023
657
240
2024 (Jannar – 21 ta’ Nov)
1016****
193
* Fit-2015 tneħħa s-ceiling (paga minima) ta’ kemm wieħed seta’ jaqla’ mix-xogħol u jieħu l-assistenza (dak iż-żmien kienet tissejjaħ pensjoni)
** Fl-2017 saret ir-riforma li qasmet iż-żewġ pensjonijiet li kien hemm (b’ammonti ugwali) għal tlett Assistenzi (b’ammonti varjabbli skont il-grad ta’ diżabilità) – tneħħa it-test tal-mezzi fuq l-Assistenza għal Diżabiltà Severa Miżjuda
*** Fl-2022 tneħħa t-test tal-mezzi minn fuq iż-żewġ assistenzi l-oħra
**** 337 applikazzjoni minn dawn għadhom jistennew l-iskrutinju tal-bord inter-professjonali li beda jopera fil-bidu ta’ Ottubru 2024. Dan wara li fit-2 ta’ Settembru ġie mniedi proċess ta’ applikazzjoni ġdida. Il-bord inter -professjonali jevalwa tali applikazzjonijiet bbażata fuq il-mudell tal-World Health Organisation International Classification of Functioning, Disability, and Health (ICF).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19281 u jgħid jekk kienx hemm, fil-każ kemm, persuni li ċedew għal ftit il-pensjoni u kemm damu, mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara xi jrid ifisser meta qed jgħid jekk kienx hemm persuni li ċedew għal ftit il-pensjoni?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19282 u jgħid mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li rtiraw bl-età ta’ 61 sena wara li kellhom il-kontribuzzjonijiet kollha anke jekk suppost irtiraw iżjed tard? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12034 u 18958 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 33 Hospitality fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru Għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u L-Gvern Lokali li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12037 u 18962 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4245, 5978 u 18943 u jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tagħrif mitlub ghadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7738 u 18945 u jgħid fil-preżent kemm hemm każijiet pendenti fl-Aġenzija Appoġġ u fl-Aġenzija Sedqa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fl-FSWS każijiet pendenti ma jfissirx li ma jkunux qed jiġu ndirizzati. Kull każ isirlu assessment inizzjali u, skont l-urġenza u l-gravità tal-kas, jiġi jew allokat, li jfisser jibda jinħadem mill-ewwel; jew ma jkunx allokat. Il-każijiet mhux allokati xorta jkunu segwiti b’mod remot, dejjem skont ir-riżultat tal-weighting system u l-initial assessment ta’ kull servizz partikolari.
Tajjeb nirrimarka li mhux kull servizz huwa l-istess u li dawn l-għodod professjonali jridu jkunu addattati skont is-servizz partikolari li ikun qiegħed jingħata.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema First Aiders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7870 u 18946 u jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnhu huwa skont kif jidher fit-tabella t’ hawn taħt:
FSWS
AĠENZIJA / DIRETTORAT
FIRST AIDERS
PAEDIATRIC FIRST AIDERS
TOTAL
ACTS (Agency for Community & Therapeutic Services)
26
38
64
Appoġġ
52
34
86
Directorate for Alternative Care
62
94
156
Directorate for Child Protection
12
14
26
FSWS
23
6
29
Gozo Operations
5
20
25
Sedqa
36
5
41
Total Aħħari fi ħdan l-FSWS
216
211
427
NB - Dawn il-ħaddiema fi ħdan l-FSWS jircievu taħrig fil-qasam b’mod regolari.
CFC
Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal
3
3
SCSA
Awtortà ta’ Standards għal Kura Soċjali
2
2
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19887 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kemm hemm għalliema Maltin u barranin fl-Iskola Medika Barts?
Skola Medika Barts – Nazzjonalitajiet tal-għalliema u l-istudenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19888 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid x'nazzjonalitajiet għandhom l-għalliema u l-istudenti tal-Iskola Medika Barts?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19889 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk l-għalliema tal-Iskola Medika Barts intgħażlux b'call jew b’tender? Jekk b’call meta ġiet ippubblikata u jekk b’tender meta ġiet ippubblikata?
Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta, hemm il-ħsieb li l-Apomorphine Injectible tkun fuq il-formolarju tal-Gvern għal POYC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l- proċess ta’ evalwazzjoni fuq l- ‘apomorphine injections,’ jinsab fi stadju preliminari ta’ evalwazzjoni. Hekk kif ikun lest, imbagħad jiġi ppreżentat lill-Government Formulary List Advisory Committee (GFLAC).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew imħarrka minħabba tipjip ta' Cannabis fil-pubbliku? Kemm persuni ġew imħarrka ghax kienu qed ipejpu quddiem it-tfal (barra jew fid-dar)? Kemm ġew arrestati persuni għax kellhom aktar minn erba’ pjanti d-dar għall-użu personali tagħhom u jekk dawn kellhomx tfal jabitaw ġo dik id-dar? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew arrestati għax kellhom iktar minn 50 gramma d-dar tagħhom għall-użu personali? Dawn kellhom tfal jabitaw ġo l-istess dar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kien hemm 39 każ fejn persuna ġiet imħarka minħabba tipjip ta’ kannabis fil-pubbliku, każ fejn persuna kienet imħarka minħabba titpjip ta’ kannabis fil-preżenza tat-tfal, kien hemm 30 każ fejn ġew arrestati persuni għax kellhom aktar minn erba’ pjanti ta’ kannabis id-dar għall-użu personali tagħhom u fi tliet każi minnhom kien hemm il-preżenza tat-tfal u kien hemm disa’ persuni li ġew arrestati għax kellhom iktar minn 50 gramma d-dar tagħhom għall-użu personali, fejn f’żewġ każi l-persuni kellhom minuri jgħixu magħhom.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12032 u 19002 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.
Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-persuni li qegħdin fl-iskema ‘Kiri’?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa llum hemm 1,048 kirjiet ma’ persuni li qegħdin jgħixu fi proprjetajiet taħt ‘Skema Kiri’ u ‘Nikru Biex Nassistu’.