Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw student visas minn kemm ilhom jiġu proċessati l-visas direttament mis-Central Visa Unit u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll għal liema korsijiet ġew jistudjaw, ma’ liema istituzzjoni edukattiva ġew jistudjaw u x'livelli ta’ EQF kienu qed jistudjaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19524 u jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12047 u 18989 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12048 u 18991 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali ma’ kienx kostitwit fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12049 u 18992 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa ghal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13629 u 18994 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12050 u 18997 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finanzjarji tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12042 u 18981 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.
Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12043 u 18983 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal- Ministru għall-Intern, is-Sigurta’ u x-Xogħol li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12044 u 18985 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12045 u 18986 u tgħid kemm nefqet flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista tgħid jekk bagħtitx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Tista’ tgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mil-Line Item 22 “Materials and Supplies” fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12046 u 18988 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabez l-Advisory Cost.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkazjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 2306 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Finanzi li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18677 u jgħid kemm ġiet tiswa' s-sistema tal-finanzi Corporate Financial Management Solution (CFMS) tal-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriżi u l-Proġetti Strateġiċi — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12039 u 18965 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12038 u 18970 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li n-nefqa ghal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19694 u jgħid kemm hemm residenti jgħixu attwalment f'residenzi ta' akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 154 kuntratti attivi ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop.
Ħal Kirkop — Triq il-Karwija u Triq taż-Żebbiegħ - Impact assessment
Question
Jista' l-Ministru jwieħġeb il-mistoqsija parlamentari 19696 u jgħid x'tip ta' impact assessment sar u dan kif se jimpatta lir-residenti preżenti ta' Triq il-Karwija u Triq taż-Żebbiegħ, f’Ħal Kirkop?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Impact Assessment jintalab meta jinqabżu ċerti kriterji stabbiliti mill-ERA. F’dan il-każ, ma kienx hemm il-ħtieġa għal Impact Assessment, peress li l-proġett ma jaqbiżx il-limiti stipulati għal dan il-proċess ta' evalwazzjoni.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12040 u 18971 u tgħid kemm nefqet flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista tgħid jekk bagħtitx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Tista’ tgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għall-okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19351 u ċjoè jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7019 u 18956 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta irriżulta li hemm żewġ postijiet minn fejn persuni li jużaw siġġu tar-roti jistgħu jaqsmu t-triq b’mod sigur fi Vjal Indipendenza, biswit salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafa’, fejn hemm ukoll rampa għal fuq il-bankina. Tali rampi jinsabu hekk:
§ Waħda f’distanza ta’ 64 metru minn salib it-toroq ta’ Vjal Indipendenza k/m Triq Lorenzo Gafa’ fejn hemm
zebra crossing
bid-
drop kerbs; u
§ Oħra f’distanza ta’ 98 metru minn salib it-toroq ta’ Vjal Indipendenza k/m Triq Lorenzo Gafa’ fejn hemm
pelican crossing
bid-
drop kerbs
.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10328 u 18949 u jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.