Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi ġodda qed jiġu introdotti biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) kif ukoll San Vinċenz de Paule qed jaħdmu fuq diversi proġetti biex ikomplu joffru aktar opportunitajiet u servizzi lill-anzjani, li wħud minnhom diġà tħabbru u oħrajn se jitħabbru fiż-żmien li ġej.
L-AAKK diġà toffri diversi servizzi mmirati lejn kwalità ta’ ħajja aħjar għall-anzjani, fosthom l-immaniġġjar tad-Dijabete fid-Dar, eżamijiet tal-għajnejn għall-membri taċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva u r-residenti fid-djar residenzjali, sessjonijiet tal-VR u taħriġ fit-teknoloġija fiċ-Ċentri, kif ukoll l-estensjoni tas-servizz Silver T. Fiċ-Ċentri qed isiru wkoll sessjonijiet ta’ għarfien dwar il-prevenzjoni ta’ kull forma ta’ abbuż u fejn wieħed jista’ jfittex l-għajnuna.
F’San Vinċenz de Paule qed jiġu ntrodotti diversi servizzi u inizjattivi biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Fil-qasam dijanjostiku, se tiġi ntrodotta sistema ġdida tal-ultrasound li tikkumplimenta s-servizz eżistenti, wara l-inawgurazzjoni riċenti tal-MRI u, qabel, tas-CT Scan.
Qed jespandu wkoll is-servizzi kliniċi: infetħet klinika ġdida tad-dijaliżi tal-kliewi, se tinfetaħ klinika tal-ematoloġija u se jkomplu jissaħħu l-kliniċi speċjalizzati, inkluż dik tal-oftalmoloġija.
Fil-qasam tal-kura, infetħet sala ġdida għall-kura paljattiva, filwaqt li l-proġett pilota tal-kura intermedjarja ġie estiż minn 16 għal 40 sodda.
L-investiment fir-riżorsi umani jibqa’ prijorità, bir-reklutaġġ ta’ infermiera speċjalizzati u taħriġ kontinwu għall-ħaddiema, inkluż taħriġ riċenti dwar il-Gold Standards Framework (GSF). Fl-istess waqt, qed jingħataw ukoll opportunitajiet ta’ tagħlim lir-residenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x' inhu n-numru ta' embrijuni li hemm iffriżati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Awwissu 2026, f’Malta kellna 1459 embrijun Krijopreservati.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilha li għaddiet il-liġi biex jiġu ffriżati l-embrijuni ż-żejda li ma ntużawx fl-IVF? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew addottati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi biex jiġu krijopreservati embrijuni daħlet fis-seħħ bl-emendi tal-2018. Sa llum il-ġurnata ma kien hemm ebda addozzjoni.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi minn teenage mothers minn Jannar sa Ġunju 2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ta’ kemm twieldu trabi minn teenage mothers bejn Jannar u Mejju 2026 tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Mother age (years)
Number of births
<17
4
17
4
18
11
19
14
Source: National Obstetrics Information System (NOIS) DHIR
MFHEA - Programmi akkreditati - Professjoni fil-qasam tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn istituzzjonijiet privati liċenzjati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) biex joffru programmi akkreditati li jwasslu għal xi professjoni fil-qasam tas-saħħa? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn studenti qegħdin isegwu dawn il-korsijiet u liema minnhom huma aċċettati mill-Ministeru għas-Saħħa biex meta jiggradwaw l-istudenti jingħataw il-warrant?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li hemm 22 istituzzjoni privati li huma liċenzjati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u li joffru programmi li jwasslu għal xi professjoni fil-qasam tas-saħħa. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li Malta ssegwi wkoll direttivi Ewropej f’dan il-qasam.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju fil-Mosta minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika t-tip ta' storbju?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u 23 ta Settembru 2026, minn tagħrif miġbur mis-sistema tal-Pulizija, dwar ħsejjes eċċessivi taħt il-kategorija dwar ksur ta’ paċi u ordni pubblika, il-Mosta kien hemm sittax (19) -il każ rreġistrat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’investiment sar fil-kura komunitarja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru diversi investimenti fil-kura komunitarja biex jgħinu lill-anzjani jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, u li kontinwament qegħdin ikomplu jiġu estiżi u introdotti.
Fost dawn ġew introdotti s-servizzi u investimenti msemmija hawn taħt:
1. Ċentri għall-Anzjanità Attiva
2. Skema ta’ Carer fid-Dar
3. Servizz ta’ Konsulent Ġerjatriku fil-Komunità
4. Servizz ta’ Psikjatra fil-Komunità
5. Servizz ta’ Psikoterapija
6. Servizz ta’ Kontinenza
7. Ċentri tal-Attività tad-Dimensja
8. Interventi mit-Tim tad-Dimensja
9. Servizz Dijetetiku Domiċiljari
10. Servizz ta’ Tabib tal-Familja fil-Komunità
11. Servizz Domiċiljari ta’ Infermier u Carer
12. Servizz ta’ Handyman
13. Servizz għall-Immaniġġjar tad-Dijabete fid-Dar
14. Servizz ta’ Home Help
15. Kiri ta’ Sodod Motorizzati
16. Servizz ta’ Meals on Wheels
17. Servizz ta’ Night Shelter
18. Servizz ta’ Occupational Therapy
19. Servizz ta’ Flebotomija (Teħid tad-Demm)
20. Servizz ta’ Fiżjoterapija
21. Servizz ta’ Podjatrija
22. Respite fid-Dar
23. Servizz ta’ Silver-T
24. Social Work
25. Servizz ta’ Telecare
26. Telecare on the Move
27. Roħs fuq il-Kera tat-Telefown
28. Skontijiet għall-Anzjani
29. Klinika Multidixxiplinari ġewwa Dar Padova, f’Għajnsielem, Għawdex
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm carers impjegati fi djar tal-anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ carers impjegati mal-Anzjanita’ Attiva u l-Kura fil-Komunita’ fid-djar tal-anzjani huwa ta’ 190; filwaqt li t-total ta’ carers impjegati f’San Vinċenz de Paule hu ta’ 201.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju f'Ħ’Attard minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika t-tip ta' storbju?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-aħħar ta’ Gunju 2026, minn tagħrif miġbur mis-sistema tal-Pulizija, taħt il-kategorija dwar ksur ta’ paci u ordni pubblika, Ħ’Attard kien hemm ghaxar (10) kazi rreġistrati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali u jgħid lil min kienet qed issejjaħ Dar it-Tama fi Triq Matty Grima f’Bormla, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti r-refurbishment li ser isir fil-Housing Estate f'Ta' Xbiex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tisbiħ u l-manutenzjoni tal-blokok fil-housing estate f’Ta’ Xbiex jikkonsistu f’dan li ġej:
· Manutenzjoni tal-faċċati
· Applikazzjoni ta’ membrane fuq il-bjut, tikħil u żebgħa tal-opramorti, u tiswija tal-injam ta’ taħt it-tankijiet tal-ilma
· Żebgħa tal-ħitan tat-tromba tat-taraġ u tal-handrails tat-taraġ, kif ukoll upgrading tad-dawl fejn applikabbli
· Tikħil u żebgħa tal-ħitan fix-shafts il-kbar
Dan ix-xogħol bħalissa għaddej fuq diversi blokok. Ix-xogħol beda aktar kmieni din is-sena u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena.