Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – investimenti u proġetti ta’ manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jispeċifika fl-aħħar ħames snin x'investimenti saru mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, kemm bħala proġetti kif ukoll manutenzjoni, maqsuma sena b'sena u jagħti lista tax-xogħlijiet bl-ispejjeż assoċjati li bbenefikaw lil dan is-settur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Rapport tal-Kummissarju tal-Istandards — Masterplan
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema azzjonijiet tlestew, liema qegħdin fil-proċess li jsiru jew ma nbdewx, mill-Masterplan imsemmi fir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards li jirrigwardjaw il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal xiex qed jirreferi meta jsemmi ‘Masterplan’.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma x-shareholders tal-aġenzija servizz.gov u kemm-il sehem għandhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija Servizz.gov m’għandha l-ebda shareholders. L-Aġenzija hija ffinanzjata kompletament mill-Gvern u topera bla qliegħ fil-qafas tal-amministrazzjoni pubblika.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x'investimenti saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), kemm bħala proġetti kif ukoll bħala manutenzjoni fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena? Jista’ jagħti lista tax-xogħlijiet bl-ispejjeż assoċjati li bbenefikaw lil dan is-settur, eskluż il-marketing?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għaliex il-kmamar maġenb it-toilets fiċ-Ċirkewwa, li jistgħu jintużaw għall-faċilitajiet tal-ewwel għajnuna jew edukazzjoni għadhom magħluqin u moħlija? Jista’ jgħid ukoll x'attentati saru biex it-titlu tagħhom jgħaddi f'idejn il-park taċ-Ċirkewwa jew l-Awtorità tat-Turiżmu jekk dawn huma mogħtija b'titlu lill Gozo Channel li milli jidher m'għandhiex użu għalihom minn mindu tlesta t-terminal tal-passiġġieri taċ-Ċirkewwa tliet leġiżlaturi ilu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu ilha għaddejja għal numru ta’ snin b’diskussjonijiet ma’ Transport Malta - li huma il-propretarji tal-art, kif ukoll mal-Gozo Channel - li huwa l-operatur ta’ din i\-\ona u għalhekk għandhom dritt fuq dawn il-kmamar imsemmija. L-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu se tibqa’ taħdem sabiex jekk ikun possibli, dawn il-kmamar jaqaw taħt ir-responsabbilta’ taċ-Ċirkewwa Marine Park sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala faċilitajiet għall-Park.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21318, jista’ l-Ministru jwieġeb tali mistoqsija anki billi jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar it-tip ta' taħriġ li ngħata mill-Istitut għall-Edukazzjoni (IFE), il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) u l-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA), f'liema data, min kienu l-esperti li mexxew it-taħriġ u kemm ġiet tiswa kull sessjoni ta' taħriġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21390, peress li l-Orkestra Filarmonika ta' Malta hija entità tal-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid min qed jorganizza r-Rockestra li qed tiġi rreklamata għat-12 ta' April 2025? Fid-dawl li l-orkestra taqaʹ taħt il-Ministeru tiegħu, jistaʹ jgħid ukoll kemm qiegħda titħallas għal dan il-kunċert?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-organizzaturi tal-produzzjoni Rokestra huma l-Malta Community Chest Fund (MCCF). Ninsab infurmat li l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tipprovdi l-mużiċisti u s-servizzi tagħha għal din il-produzzjoni mingħajr ħlas.
Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – ftehim ta’ konsulenzi u servizzi legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim ta' konsulenzi u servizzi legali għandhom l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva? Ma' min għandhom ftehimiet f'dan ir-rigward?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa ċ-chairperson tal-entitajiet segwenti:
a. Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA);
b. Istitut għall-Edukazzjoni (IFE);
c. Sport Malta;
d. Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES);
e. Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS);
f. Equestri Malta?
Jista’ jgħid ukoll meta nħatru? Sakemm għandhom it-terminu tal-ħatra? Xi ħlas u perkaċċi jgawdu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-perjodu tal-ħatra ta’ kull Chairperson issir skont kif ikun mitlub mill-liġi, u r-remunerazzjoni tingħata skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u remunerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern.
Entita
Isem u Kunjom
Rwol
MFHEA
Dr. Edward Woods
Chairman
SportMalta
Mr. Matthew Pisani
Chairperson
FES
Ms. Pamela Schembri
Chairperson
FTS
Dr. Cory Greenland
Chairperson
EquestriMalta
Mr. John Huber
Chairperson
Jista' l-Ministru jgħid min huwa ċ-chairperson tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti (AIMS)? Jista’ jgħid ukoll meta nħatar? Sakemm għandu terminu tal-ħatra? Xi ħlas u perkaċċi jgawdi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li c-Chairperson tal-bord tal-entità msemmija nħatar f’Awwissu tas-sena 2022, il-ħatra ngħatat għal 3 snin. Fir-rigward tar-remunerazzjoni taċ-Chairperson, dan jiġi remunerat skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u rumenerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir bini ta' skola oħra ġewwa l-Mosta u l-iskola primarja eżistenti titwaqqa’? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi tip ta' Traffic Impact Assessment?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada se tkun qed tibni skola ġdida biswit dik eżistenti fl-inħawi ‘Taż-Żokrija’.
Infurmat ukoll li l-Fondazzjoni qed tmexxi proċess ta’ konsultazzjoni, pjanar u studji, filwaqt li fost l-istudji li se jkunu qegħdin isiru, se jkun hemm dawk dwar it-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir bini ta' skola oħra ġewwa l-Mosta u l-iskola primarja eżistenti titwaqqa’? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi tip ta' Traffic Impact Assessment?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21319, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari u jgħid mhux biss min se jimplimenta din l-istrateġija iżda realment kemm ġew allokati fondi min-naħa tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) għal kull rakkomandazzjoni u inizjattiva ssuġġerita mill-istess strateġija? Jista’ jgħid ukoll minn meta tħabbret l-istrateġija sal-ġurnata li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rakkomandazzjoni ġiet implimentata u meta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bosta mill-oqsma kkunsidrati fl-Istrateġija msemmija huma diġà koperti mill-istima finanzjarja tal-ispejjeż għall-operat tal-Awtorità stess. Infurmat ukoll li oqsma oħra huma koperti b’numru ta’ proġetti kurrenti u oħrajn prospettivi li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Il-Mosta — Sidien tal-oqbra fiċ-ċimiterju - Kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex isir kuntratt mas-sidien tal-oqbra fiċ-Ċimiterju fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm konvenji pendenti u kemm hemm oqbra għall-bejgħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi bħalissa d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qed jibgħat ittri lill-individwi kollha li kienu ffirmaw konvenju għall-akkwist tal-oqbra, biex jissottomettu kull dokumentazzjoni jew irċevuti fil-pussess tagħhom. Huwa antiċipat li sal-aħħar ta’ Diċembru, d-Direttorat jirċievi id-dokumentazzjoni u fil-ġimgħat ta’ wara, il-fajls jibdew jintbagħtu lin-Nutar Pubbliku għat-tħejjija tal-kuntratti. Huwa antiċipat li l-kuntratti kollha jiġu ffirmati sa tieni kwarta tas-sena 2025.
B’kollox hemm 647 kuntratt li jridu jiġu ffirmati u m’hemmx oqbra disponibbli għall-bejgħ.