Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Sewqan taħt l-effett tal-alkoħol – Persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba li kienu qed isuqu taħt l-effett tal-alkoħol f'dawn l-aħħar ħames snin, bil-figuri maqsuma għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom instabu ħatja u x’pieni weħlu maqsuma għal kull sena għall-istess perjodu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk armla tiritx iż-żieda fir-rata tal-pensjoni tar-raġel skont il-miżuri tal-pre-1962 anomaly? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm romol li huma intitolati għal din il-miżura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji bejn Ottubru u Diċembru 2024? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u jekk kienx hemm minnhom li kienu persuni barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn Ottubru u Diċembru 2024 kien hemm seba’ (7) suwiċidji kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Suwiċidji bejn Ottubru u Diċembru 2024
XaharNumru ta’ każiDettalji oħra
Ottubru 20243Persuna Maltija maskili ta’ 72 sena
Persuna barranija femminili ta’ 34 sena
Persuna barranija maskili ta’ 56 sena
Novembru 20243Persuna Maltija maskili ta’ 20 sena
Persuna barranija maskili ta’ 43 sena
Persuna barranija maskili ta’ 47 sena
Diċembru 20241Persuna Maltija maskili ta’ 77 sena
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx trasport speċifiku għal persuni b'diżabilità biex jitwasslu x-xogħol u lura? Jekk iva, x'tip ta' trasport hu provdut?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21759.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm divorzji matul l-2024? Jista’ jgħid ukoll:
a. Kemm kienu minn barranin?
b. Kemm kienu minn koppji tal-istess sess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kien hemm 505 divorzju rreġistrat mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fil-perjodu tal-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 skont kif tiprovdi l-liġi. Minn dawn ħamsa (5) ta’ koppji tal-istess sess. Ir-Reġistru Pubbliku jirreġistra divorzju ta’ żwieġ irreġistrati Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spot checks fuq karozzi b’tinted glass matul is-sena 2024 dwar il-livell tat-tint permessibbli (VLT - Visible Light Transmission)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-karozzi ġew ikkonfiskati jew imġiegħla jirranġaw dan il-livell jew ingħataw ċitazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024:
§ Vetturi li ġew imsejjħa għal spezzjoni - 191
§ Vetturi li għaddew (ġew imneħħija fuq il-post) - 118
§ Vetturi li ingħataw ċitazzjoni - 12
§ Vetturi li ma ġewx għat-test - 61.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22390 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jagħti lista ta’ kemm-il proprjetà tal-Gvern inbiegħet jew inkriet fl-inħawi magħrufa bħala Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-prezz u b’liema mod intlaqgħu l-offerti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nbiegħu 54 appartament tal-Gvern, filwaqt li 68 oħra huma mikrija fiż-żona Taċ-Ċawla, fl-akwati tar-Rabat, Għawdex.
Minn dawk mibjugħa, 46 inbiegħu taħt xi skema li toffri l-Awtorità tad-Djar, bħal fost l-oħrajn l-iskema Sir Sid Darek, waqt li 8 nbiegħu b’avviż li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. L-ammont totali tal-proprjetajiet mibjugħa kien ta' €1,181,359.80.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord tal-Fondazzjoni Kottonera u x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull membru tal-bord?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-bord tal-Fondazzjoni Kottonera hu kompost kif ġej:
Board Member
Position
Mr. Joe Mizzi
Chairperson
Mr. Joseph Gauci
Member
Mr Noel Zammit
Member
Mr Kurt Farrugia
Member
Mr Gino Cauchi
Member
Mr John Boxall
Member
Mr Clive Pulis
Member
Mr Wayne Aquilina
Member
Mr Marco Agius
Member
Mr Alexander Farrugia
Member
Perit Antoinette Conti
Member
Ms Lucienne Bugeja
Secretary
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-impjegati kollha tal-Fondazzjoni Kottonera u l-gradi li għandhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-impjegati tal-Fondazzjoni Kottonera huma:
Isem
Grad tal-FK
Joe Mizzi
Position Of Trust
Lucienne Bugeja
2
Keith Axiaq
3
Xylon Bristow
3
Romario Brignone
3
Impjegat
4
Impjegat
5
Impjegat
5
Impjegat
7
Impjegat
7
Impjegat
8
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex wasal il-proċess biex il-park marin taċ-Ċirkewwa li issa ilu snin jeżisti biss fuq il-karta, jitwaqqaf b'mod legali? Jista’ jgħid ukoll jekk inbediex il-proċess sabiex jitwaqqfu żoni oħra bi protezzjoni simili bħax-Xatt l-Aħmar f'Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-twaqqif tal-Park Marittimu b’mod legali qed jigi ffinalizzat mill-Awtorita’ tal-Ambjent u Riżorsi u għandu jkun komplut fiż-żmien li ġej.
In-nomina ta’ NGO (Nature Trust) sabiex ikunu jistgħu jaħdmu fuq it-twaqqif ta’ dan il-Park Marittimu;
Iffirmat ftehim ta’ sostenn mal-NGO Nature Trust sabiex ikollha r-riżorsi neċessarji sabiex ikun jista jitwaqqaf dan il-Park Marittimu;
Jiġi nominat park manager sabiex ikun jista jiffoka fuq dan il-proġett;
Jibdew diversi studji li jservu ta’ bażi fuq:
o L-użu differenti ġewwa z-zona tal-Park Marittimu
o L-ispeċi ta’ ħut u fawna oħra tal-baħar li huma preżenti fil-Park Marittimu
o It-tipi differenti ta’ abitat li jinstabu fil-Park Marittimu
o Posidonia oceanica (alka) u l-istat tagħha
Koperazzjoni u kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra governattivi bħal Transport Malta, ERA;
Żamma u manutenzjoni tal-aċċessibilita’ għall-bugħaddasa;
Twaħħil ta’ tabelli ta’ informazzjoni għall-bugħaddasa;
Żieda fil-moniteraġġ u infurzar;
Twaħħil ta’ camera taħt il-baħar;
Twaħħil ta’ CCTV camera għal sorveljanza;
Twaħħil ta’ counters sabiex tinżamm statistika ta’ bugħaddasa matul is-sena kollha;
Apparti il-proviżjoni ta’ servizz ta’ showers u latrina pubblika beda jiġi offrut servizz ta’ first aid bejn ix-xhur ta’ Mejju u Ottubru;
Wieħed mill-objettivi tal-Park Marittimu huwa li jeduka, għaldaqstant ġew organizzati numru ta’ attivitajiet edukkattivi mill-istaff tal-park innifsu kif ukoll attivitajiet (bħal clean-ups) ma’ NGOs oħra.
B’sodisfazzjon ninnutaw li l-iskejjel tal-għadds li jagħmlu użu minn din id-dive site bdew iħallu kummenti pożittivi għax-xogħol li qed isir u li qed tidher id-differenza fil-prodott.
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-entitajiet l-oħra li qegħdin jikkolaboraw f’dan il-proġett bħalissa qed jiffukaw li jirnexxi dan is-sit qabel iħarsu lejn siti oħra.
Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti saru minn Project Green jew hemm ippjanat li jsiru, f'Ħ'Attard?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21102, fejn tajt informazzjoni dettaljata dwar il-proġett li se twettaq Project Green biex jiġu kkonservati l-Ġonna ta’ San Anton f’Ħ’Attard, ninfurmah li Ambjent Malta għadha kemm wettqet xogħlijiet tal-ewwel fażi tal-proġett biex Wied Inċita jitgawda mill-pubbliku bħala spazju aħdar miftuħ. Dan ix-xogħol kien jikkonsisti fil-livellar tas-sit, it-tneħħija tal-Opuntia (xewk), ir-restawr tal-ħitan tul il-passaġġ prinċipali, l-installazzjoni tal-ilqugħ u t-tneħħija ulterjuri ta' ħaxix u żbir biex jiġi żgurat li dan jiġi nstallat b’mod sigur, it-tindif tal-ġibjun li jinsab ħdejn id-daħla tan-naħa tat-tramuntana, it-tneħħija tal-pajpijiet tal-ħadid mhux użati, ir-restawr tal-kamra tal-pompa u l-għodda, kif ukoll il-bini tal-passaġġ prinċipali. Ġiet installata wkoll għamara ta’ barra, bħal picnic benches u gazebo. Ambjent Malta bdiet taħdem fuq it-tieni fażi ta’ dan il-proġett, fejn hemm pjanat aktar xogħol formali għal dan l-ispazju.
Ambjent Malta bħalissa għaddejja wkoll b’xogħlijiet fi Ġnien Palma f’Ħ’Attard. Ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ ta’ dan il-ġnien jinkludu żieda fl-aċċess għar-roti, tneħħija ta’ siġar u arbuxelli invażivi biex flokhom jitħawlu siġar u arbuxelli indiġeni, xogħlijiet ta’ pavimentar b’madum li se jkun manifatturat minn materjal riċiklabbli, sistema ta’ dawl LED, għamara urbana li se tissostitwixxi dik eżistenti u tagħmir għal-logħob mit-tfal li wkoll se jsiru minn materjal riċiklabbli.
Membri Parlamentari — Pensjoni tas-sigurtà nazzjonali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21575, jista’ l-Ministru jgħid għaliex Eks Membru Parlamentari li kellu salarju li jaqbeż sew iż-żewġ terzi rikjesti u ħallas il-bolla tas-sigurtà nazzjonali għal aktar minn 45 sena, ma jieħux il-massimu tal-pensjoni kontributorja li hu intitolat għaliha? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-pensjoni tas-sigurtà nazzjonali tiegħu hija mnaqqsa, filwaqt li sħabu li ma kinux membri parlamentari jieħdu l-massimu tal-pensjoni kontributorja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min m’għandux pensjoni tas-servizz u li meta rtira kellu d-dħul tiegħu li jaqbeż id-Dħul Massimu Pensjonabbli, u li llum il-ġurnata huwa dak ta’ €23,500 għal min twieled qabel is-sena 1962, l-ogħla rata ta’ pensjoni hi dik ta’ €301.28 fil-ġimgħa.
Min għandu pensjoni tas-servizz, jirċievi żewġ terzi tas-salarju li jkun spiċċa bih. Mal-pensjoni tas-servizz jirċievi wkoll rata fissa ta’ pensjoni kontributorja, kif diġa ġie spjegat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 215755.
Għalhekk, flimkien mal-pensjoni tas-servizz u r-rata fissa tal-pensjoni kontributorja, persuna jkun qiegħed jirċievi ammont li jammonta għal aktar minn żewġ terzi tas-salarju li jkun spiċċa bih.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din hija informazzjoni ġenerali. Jekk l-Onor. Interpellant bil-permess tal-eks Membru Parlamentari, jogħoġbu jgħaddi l-isem b’mod kunfidenzjali, tkun tista’ tingħata tweġiba aktar speċifika.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Gene Bank u jgħid jekk kienx hemm xi dewmien? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex u kemm kien dan id-dewmien? Jista’ jgħid ukoll jekk il-kuntratturi ngħatawx xi multi u jekk intilfux xi fondi Ewropej relatati ma’ dan il-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gene Bank kien imnedi fil- 21 ta’ Lulju, 2023 u l-proġett ġie implimentat skont approvazzjonijiet mill-Awtorita’ ta’ Ġestjoni tal-Fondi Ewropej. Nikkonferma li l-ebda kuntrattur ma ngħata multi u ma ntilfu l-ebda fondi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa fuq reklamar għall-kampanja ‘Repubblika 50’? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dan ir-reklamar ma ngħatax permezz ta’ direct order u għal kemm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi parti mid-Design Contest li nħareġ mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, skont il-proċedura uffiċjali li għaddiet mid-Dipartiment tal-Kuntratti, kien jinkludi wkoll it-twassil ta’ informazzjoni b’rabta mal-avvenimenti nazzjonali biex jimmarkjaw il-50 anniversarju minn meta Malta saret Repubblika. Għaldaqstant, ninfurmah illi l-kuntrattur rebbieħ kien ippreżenta pjan ta’ reklamar bħala parti mis-sejħa. Għalhekk, l-interpellant għandu jifhem illi, l-element ta’ kampanja tat-twassil ta’ informazzjoni mhux maqsum apparti.