Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2023/2024 u l-bidu tas-sena skolastika kurrenti, kemm kien in-numru ta' tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenefikaw minn servizzi tal-Breakfast Club u Klabb 3-16 li jingħataw fl-istess skola fejn jattendu? Kemm minnhom kienu barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tat-tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenfikaw mis-servizz tal-Breakfast Club għas-sena skolastika 2023/2024 huwa ta’ 9,799 li minnhom 1,847 kienu barranin u għas-sena skolastika 2024/2025 sa’ Diċembru 2024 qed jibbenefikaw 9,716 u li minnhom 1,977 huma barranin.
Fir-rigward tal-klabb 3-16 ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2023/2024 it-total ta’ tfal li bbenefikaw minnha kien ta’ 7,015 li minnhom 1,817 kienu barranin filwaqt li għal din is-sena skolastika it-total s’issa hu ta’ 6,613 li minnhom 1,725 huma barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ġew medikament boarded out sena b’sena mill-2020 'l hawn? Jista’ jgħid kemm minn dawk li ġew boarded out ma baqgħux?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm proċessi ta’ kawżi pendenti u ta’ kawżi deċiżi qed jinżammu under lock and key mill-Qorti u jippreżenta lista tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu u japprezza li jekk kemm -il darba hemm atti tal-Qorti li m’humiex pubbliċi, dan isir jew għax tipprovdi għaliħ il-liġi jew b’ordni tal-istess Qorti.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24614.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tagħha x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrarpiża u Proġetti Strateġiċi — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24614.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tagħha u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Karozzi b’livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu karozzi li kellhom livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli matul it-test tal-VRT? Jista' jgħid ukoll kemm saru checkups għall-istess raġuni fuq karozzi li jkunu waslu Malta qabel jinbiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ġabu r-riżultat 1-7 u U fil-Matematika, fl-Ingliż u fil-Malti, miċ-Ċentri tal-Eżamijiet diversi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġabu bħala persentaġġ tas-sena 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2024 kien hemm total ta’ 5,752 student li applikaw għall-eżami tal-Matematika, 5,097 student li applikaw għall-eżami tal-Ingliż u 4,601 student li applikaw għall-eżami tal-Malti.
Awtorità tad-Djar – Skemi għall-eks residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm u kemm kien hemm, eks residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li bbenefikaw minn skemi tal-Awtorità tad-Djar wara li jkunu għadhom kif skontaw is-sentenza?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar ħames snin, għaxar (10) persuni li kienu eks-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ibbenefikaw minn skemi li toffri l-Awtorità tad-Djar, u dan wara li dawn l-individwi skontaw is-sentenza rispettiva tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20982 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġie kummerċ ġdid f'dawn l-aħħar sentejn u x'tip? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-investiment globali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirefferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Servizz Pubbliku huwa kommess illi jibqa’ fuq quddiem nett sabiex japplika policies u miżuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol. F’dan ir-rigward, l-Onor Interpellant għandu jkun infurmat illi, sa fejn hu permessibbli, is-Servizz Pubbliku jara li jsaħħaħ l-istatus tal-persuni b’diżabilità impjegati u jara li jkun hemm kull opportunità possibbli għall-avvanz tagħhom. Ninforma lill-Onor Interpellant ukoll illi fejn persuni reġistrati b’diżabilità ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eleġibilità f’sejħiet għall-applikazzjonijiet imma, essenzjalment, jistgħu jaqdu d-dmirijiet fis-sejħa, jistgħu japplikaw għal kunsiderazzjoni speċjali skont il-proċedura dettata mill-Manwal intitolat “Manual for Resourcing Policies and Procedures” li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra il-politika dwar l-Ugwaljanza li hija wkoll aċċessibbli online fuq is-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku.