Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18677 u 21837 u jgħid kemm ġiet tiswa' s-sistema tal-finanzi Corporate Financial Management Solution (CFMS) tal-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tas-sistema tal-finanzi, Corporate Financial Management Solution (CFMS), tal-Gvern (Phase I & II), ġie jiswa' Eur 10,758,729.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21146 u jgħid kemm hemm ħaddiema tal-maintenance, xufiera, messaġġiera u ġardinara jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma ħaddiema mal-Gvern u kemm huma mal-kuntrattur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 51 ħaddiema tal-maintenance; 2 xufiera; 3 messaġġiera u 12 ġardinara jaħdmu fid-dekasteru li tiegħu jiena responsabbli. Dawn il-ħaddiema huma kollha ħaddiema tal-gvern, ħlief għall-ħaddiem wieħed li huwa RSSL.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4245, 5978, 18943 u 21816 u jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li matul l-2022, 37,645 ibbenefikaw mill-ikel provdut mill-Fond Konsolidat tal-Gvern, fuq zewġ (2) distribuzzjonijiet li saru F’Mejju u Setttembru/Ottubru 2022.
Il-persuni eleġibbli f’dawn iż-żewġ distribuzzjonijiet, kkwalifikaw hekk kif kienu jissodisfaw waħda jew aktar minn dawn l-kriterji:
· Persuni li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju (Għajnuna ghall-Qgħad, Benefiċċju Speċjali għall-Qgħad, Assistenzi Soċjali, u Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ);
· Persuni eliġibbli għal pensjoni mhux kontributorja l-Pensjoni tal-Eta’ li jikkwalifikaw mit-Test tal-Mezzi u bi status ta’ persuni waħedhom;
· Persuni li jirċievu Benefiċċju ta’ Enerġija li jikkwalifikaw mit-Test tal-Mezzi;
· Persuni li jirċievu pensjoni tad-diżabilit (Assistenza tad-Dizabilita, Assistenza għal Dizabilita Severa, Assistenza Miżjuda għal Dizabilità Severa, Assistenza għall-Persuni b’Vista batuta) u mhux f’impjieg.
Persuni li huma residenti f’xi istituzzjoni pubblika bħall-sptarijiet, jew djar tal-anzjani ma humiex eleġibbli.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema tal-Kuntrattur Ħaddiema tal-Kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9098, 18947 u 21819 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu hemm 83 ħaddiema tal-kuntrattur. Dawn huma ingaġġati f’xogħlijiet ta’ tindif, sigurtà u klerikali.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10328, 18949 u 21820 u jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Entitajiet pubbliċi — Ksur ta' protezzjoni tad-data
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' ksur ta' protezzjoni tad-data minn entitajiet pubbliċi fl-2024 u kemm inġabru multi f’dan ir-rigward?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024, il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data sab ksur tad-dispozizzjonijiet tal-GDPR f’10 każijiet mressqa minn individwi kontra entitajiet pubbliċi. Għalkemm il-Kummissarju eżerċita l-poteri korrettivi tiegħu f’dawn il-każi, meta ħa konjizzjoni tan-natura, ċ-ċirkostanzi u dak kollu li ġie stabbilit matul il-perkors tal-investigazzjoni, ma ġewx imposti multi amministrattivi.
Awtorità tad-Djar — Għajnuna finanzjarja u sussidju fuq kirjiet lil Organizzazzjonijiet Non-Governattivi - Policy
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24745, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy li żviluppat l-Awtorità tad-Djar li tigwida l-mod kif l-Awtorità tagħti għajnuniet finanzjarji u sussidju fuq kirjiet lil Organizzazzjonijiet Non-Governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-homelessness u l-faqar? Jista' wkoll jagħti rendikont tal-għajnuniet kollha li ngħataw taħt din il-policy, kemm lill-għaqdiet kif ukoll l-ammont li ngħataw f'sussidju mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tirċievi talbiet varji mingħand Organizzazzjonijiet Non-Governattivi li jaħdmu fis-settur tal-faqar u l-homelessness. Wara evalwazzjoni interna ta' dawn it-talbiet, l-Awtorità tgħin billi tagħti għajnuniet finanzjarji għall-ġid tal-komunità, sussidji fuq kirjiet sa massimu ta' 80%, kif ukoll tidħol fi ftehim ta' kiri sabiex proprjetajiet dilapitati tal-Awtorità tad-Djar jiġu użati minn dawn l-NGOs li jaħdmu fis-settur tal-faqar u l-homelessness.
Persuni li m'għandhomx indirizz fiss — Applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24745, jista' l-Ministru jispjega l-mekkaniżmu li tħaddem l-Awtorità biex persuna li m'għandhiex indirizz fiss tista' tapplika għal Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li persuna li m’għandhiex indirizz fiss u tkun eliġibbli skond il-kriterji tal-istess applikazzjoni, għandha l-għażla li tapplika minn kull istituzzjoni fil-qasam tas-saħħa u/jew soċjali għal individwi li jinsabu mingħajr indirizz fiss. F’każijiet oħra, tali applikanti jistgħu jagħtu spjegazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti tagħhom. Kull applikazzjoni tiġi evalwata minn tim professjonali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24735, dwar rakkomandazzjoni u inizjattivi tal-istrateġija mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), fejn ġie mwieġeb li l-istrateġija ġiet imnedija f’Lulju tal-2024 u l-implimentazzjoni tagħha minn naħa tal-MFHEA hija kontinwa, jista’ l-Ministru jagħti dettalji fejn waslet l-istrateġija sa issa, miżura b’miżura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23896, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet li ilhom ikarkru s-snin? Jista’ l-Ministru jara li dawn iż-żewġ kmamar jibdew jintużaw biex jiġu ttrattati persuni li jsofru inċidenti fiċ-Ċirkewwa Marine Park minflok ma jibqgħu jiġu trattati fil-miftuħ, jew fuq it-tarmac jew xi bank tal-konkos?
Jista' l-Ministru jistħarreġ dwar b'liema dritt vetturi kummerċjali kbar privati jiġu mħollija pparkjati fiż-żona ristretta ta' quddiem dawn il-kmamar għal diversi jiem? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-vetturi jħallsux xi dritt lill-kumpanija sabiex jużaw din iż-żona jew ingħatax xi permess partikolari? Jistgħu jittieħdu passi biex din l-art pubblika ta' circa 50 metru kwadru (skont kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament) minflok tintuża bħala parkeġġ tiġi mgħoddija liċ-Ċirkewwa Marine Park / l-Awtorità tat-Turiżmu sabiex il-faċilitajiet taċ-Ċirkewwa jilqgħu għaż-żieda fl-interess tal-għadds f'din iż-żona u b'hekk tiġi megħjuna l-industrija tat-turiżmu u l-għaddasa lokali fl-istaġun ewlieni meta hemmhekk qed ikun hemm nuqqas ta' parkeġġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn iż-żewġ kmamar, flimkien maż-żona msemmija, qegħdin jintużaw mil-Gozo Channel Operations Ltd. Bħalissa qiegħed isir xogħol ta’ rinovar u tibjid f’dawn il-kmamar. Il-vetturi msemmija jiġu pparkjati għal ftit siegħat sakemm jiġu mgħobbija fuq il-vapur.
Din iż-żona flimkien mal-kmamar imsemmija huma mikrija minn Transport Malta lill-Gozo Channel Operations Ltd flimkien mal-kumplament tat-terminals, u jaqgħu f’żona fejn l-aċċess huwa ristrett minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Il-Gozo Channel Operations Ltd hija disposta biex tiddiskuti maċ-Ċirkewwa Marine Park biex tara kif tista’ tgħin f’dan ir-rigward.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23896, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet li ilhom ikarkru s-snin? Jista’ wkoll jara li dawn iż-żewġ kmamar jibdew jintużaw biex jiġu ttrattati persuni li jsofru inċidenti fiċ-Ċirkewwa Marine Park minflok ma jibqgħu jiġu trattati fil-miftuħ, jew fuq it-tarmac jew xi bank tal-konkos?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jistħarreġ dwar b'liema dritt vetturi kummerċjali kbar privati jiġu mħollija pparkjati fiż-żona ristretta ta' quddiem dawn il-kmamar għal diversi jiem? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-vetturi jħallsux xi dritt lill-kumpanija sabiex jużaw din iż-żona jew ingħatax xi permess partikolari? Jistgħu jittieħdu passi biex din l-art pubblika ta' circa 50 metru kwadru (kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament) minflok tintuża bħala parkeġġ tiġi mgħoddija liċ-Ċirkewwa Marine Park / l-Awtorità tat-Turiżmu sabiex il-faċilitajiet taċ-Ċirkewwa jilqgħu għaż-żieda fl-interess tal-għadds f'din iż-żona u b'hekk tiġi megħjuna l-industrija tat-turiżmu u l-għaddasa lokali fl-istaġun ewlieni meta hemmhekk qed ikun hemm nuqqas ta' parkeġġ?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20982 u 24586 li oriġinarjament saru lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ u lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi rispettivament u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġie kummerċ ġdid f'dawn l-aħħar sentejn u x'tip? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-investiment globali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għas-snin 2022 u 2023 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni għas-sena 2024 tiġi ppubblikata iktar 'il quddiem.
Il-Belt Valletta – Ħinijiet ta’ aċċess ta’ karozzi għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħinijiet għall-aċċessibbiltà tal-karozzi għal persuni b’diżabilità fil-Belt Valletta jistgħux jinbidlu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-liġi sussidjarja 65.31 ma hemm l-ebda restrizzjoni ta’ ħin għall aċċessibilita’ tal-karozzi għal persuni b’diżabilità.