Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vetturi elettriċi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi elettriċi liċenzjati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont statistika ippublikata mill-NSO, in-numru ta’ vetturi elettriċi liċenzjati sal-aħħar tas-sena 2024 huwa s-segwenti: Electric Mild Hybrid (Petrol-Electric) Mild Hybrid (Diesel-Electric) Plug-in Hybrid (Petrol-Electric) Plug-in Hybrid (Diesel-Electric) 13,081 9,696 424 4,605 73

Visa — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx ċittadini ta' pajjiżi terzi li m’għandhomx bżonn visa biex jidħlu Malta u liema huma dawn il-pajjiżi? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pajjiżi li qabel ma kellhomx bżonn il-visa biex jidħlu Malta u issa għandhom bżonnha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għad-domanda rigward ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’ għandhomx bżonn viża sabiex jidħlu Malta, ta’ min wieħed jirrimarka li Malta hi parti miż-żona Schengen, u għalhekk issegwi l-liġijiet u r-regoli kollha kif miftihem mill-pajjiżi kollha li qegħdin f’ din iż-żona. Hemm għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’ għandhomx bżonn viża sabiex jidħlu f’ pajjiżna, u fiż-żona Schengen; dan kollu wara li sar qbil bejn l-Unjoni Ewropea u dawn il-pajjiżi terzi. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dokument li jagħmel referenza għal dawn il-pajjiżi f’sezzjoni B tal-istess dokument. Għar-rigward tat-tieni domanda, nirrimarka li biex ċittadini ta’ pajjiżi terzi ikollhom l-eżenzjoni tal-visa sospiża għaż-żona Schengen, irid ikun hemm qbil bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni tittieħed taħt il-mekkaniżmu tas-sospensjoni tal-viża. L-uniku pajjiż li kellu l-ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża sospiż kien Vanwatu. Iċ-ċittadini ta’ Vanwatu ġew meħtieġa jkollhom viża mill- 2022, meta l-ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża bejn l-UE u Vanwatu tal-2015 ġie sospiż.

Tfal fostered

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal ġew fostered fl-2024 u x’kienu l-etajiet tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tal-2024 kien hemm 273 tifel u tifla, li qed jibbenefikaw minn foster placement. Minn dawn kien hemm 20 minnhom ġodda matul 2024. L-etajiet tagħhom huma kif indikat hawn taħt: Każijiet Ġodda 2024. Għadd Età 1 13-18 4 4-10 15 0-4 Ammont kollu ta' Fostering . Għadd Età 44 18 - 21 70 13-18 40 10-13 73 4-10 46 0-4

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21457 u jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22711. Għar-rigward tal-ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 65 sena fis-Settur Pubbliku nitlob lill-Onor. Interpellant jirrferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.

Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13629, 18994 u 21842 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12071, 18998 u 21844 u jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Trabi li twieldu bl-IVF lil ommijiet barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24944 u jgħid kemm twieldu trabi bl-IVF lil ommijiet barranin mill-2020 sal-2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2020 u 2024, f’Malta twieldu 77 tarbija lil 68 omm barranija minn proceduri tal-IVF li saru ġewwa ċ-ċentri liċenzjati f’Malta stess.

Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19351 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21831.

Ministeru għall-Finanzi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20968 u jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru u fis-segretarjat tiegħu li jaħdmu part-time?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 47 ħaddiema fid-dekasteru u fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi li jaħdmu part-time.

LSEs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22051 u jgħid kemm hemm LSEs reġistrati u kemm hemm minnhom bħala total li jagħtu servizz ta' Class support?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat bħalissa haw 2,954 LSE reġistrati u 148 LSE li qed jagħtu class support.

LSEs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22368 u jgħid kemm hawn studenti li qed jiġu pprovduti bis-support ta' LSE? Kemm hemm minnhom fl-iskejjel primarji, sekondarji u kemm fil-livell post sekondarju? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jirċievu one to one u kemm shared?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mosta – Skola Sekondarja taż-Żokrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22389 u jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pensjoni – Persuni li rtiraw bl-età

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19282 u 21825 u jgħid mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li rtiraw bl-età ta’ 61 sena wara li kellhom il-kontribuzzjonijiet kollha anke jekk suppost irtiraw iżjed tard? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21446 u jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: FSWS Grad FSWSSkala ĊivilGħadd ta’ Ħaddiema Manager52* 17/61 28/72 39/82 511/101 6123** 915/142 TOTAL13 * Wieħed minn dawn huwa detailed mal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, ** Waħda minn dawn hija seconded mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Kultura u Gvern Lokali. SIPM Persuna waħda f’pożizzjoni ta’ CEO Total1

Entitajiet relatati mal-benesseri soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22460 u jgħid kemm hemm entitajiet relatati mal-benesseri soċjali appuntati mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm-il ħaddiem hemm fi ħdan dawn l-entitajiet, maqsuma entità b'entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, hemm 3 entitajiet li jaħdmu fuq benesseri soċjali, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Entità Numru ta’ ħaddiema fi ħdan l-Entità Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) 1,004 Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali (SCSA) 36 impjegat Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal (CFC) 7 impjegati

Pre-1962 anomaly — Żieda fir-rata tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24325 u jgħid jekk armla tiritx iż-żieda fir-rata tal-pensjoni tar-raġel skont il-miżuri tal-pre-1962 anomaly? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm romol li huma intitolati għal din il-miżura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’mod ġenerali, romol li l-konjuġi tagħhom kellhom dħul pensjonabbli li jeċċedi d-Dħul Pensjonabbli Massimu kif qed ikun rivedut kull sena għal dawk li twieldu qabel l-1962, tista’ tikkwalifika għal żieda addizzjonali fil-pensjoni. Fil-fatt, in-numru ta’ romol li gawdew mill-miżura msemmija matul is-sena 2024 kien ta’ 3,816. Infakkar lill-Onor. Interpellant li daħħalna miżura oħra li tikkonċerna l-anomalija ta’ qabel l-1962 illi biha iggarantejna liż-żieda bażika li jingħataw il-pensjonanti kull sena ma tibqax biss il-COLA kif kienet għal dawk imwielda qabel l-1962, iżda tkun ibbażata fuq il-mekkaniżmu tas-70/30 li kien fil-liġi biss għall-pensjnanti li twieldu wara. Minn din il-miżura qed jibbenefikaw il-pensjonanti kollha. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant lir-romol jistgħu jikkwalifikaw għal żieda addizzjonali oħra bis-saħħa ta’ miżura oħra li biha gradwalment se jkunu qed jirtu l-pensjoni sħiħa tal-konjuġi minflok il-5/6 kif kien jiġri qabel. Din il-miżura issa daħlet fir-raba’ sena u fi żmien sentejn oħra, ir-romol kollha ikunu qed jirtu l-pensjoni sħiħa tal-konjuġi tagħhom meta jmut.

Persuni li ġew boarded out

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24645 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ġew medikament boarded out sena b’sena mill-2020 'l hawn? Jista’ jgħid kemm minn dawk li ġew boarded out ma baqgħux?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li ġew medikament boarded out, sena b’sena mill-2020 'l hawn, kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Sena 2020 2021 2022 2023 2024 Numru 191 299 263 219 126 F’dawn l-aħħar erba’ snin, kien hemm 340 persuna li ma baqgħux boarded out.