Legislature:
Category:
Reset
Active:

RSSL — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fuq il-kotba tal-RSSL li għandhom impjieg kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-servizz pubbliku? Jista’ jagħti wkoll il-pakkett finanzjarju ta’ kull impjegat; l-iskala jew titlu tal-impjieg; jekk il-kuntratt hux definit jew indefinit; l-etajiet tal-impjegati, kif ukoll kemm minnhom huma ex impjegati tal-AirMalta?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u xi rwol għandhom?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Onor. Interpellant jifhem li l-informazzjoni speċifika kif qed tintalab ma tinżammx għaliex hija materja privata u ta’ natura sensittiva.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Ħaddiema neqsin mid-dawl

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u xi rwol għandhom?

Response (BORG, IAN)

L-Onor. Interpellant jifhem li l-informazzjoni speċifika kif qed tintalab ma tinżammx għaliex hija materja privata u ta’ natura sensittiva.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Ħaddiema neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u xi rwol għandhom?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Interpellant jifhem li l-informazzjoni speċifika kif qed tintalab ma tinżammx għaliex hija materja privata u ta’ natura sensittiva.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Ħaddiema neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u xi rwol għandhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

L-Onor. Interpellant jifhem li l-informazzjoni speċifika kif qed tintalab ma tinżammx għaliex hija materja privata u ta’ natura sensittiva.

Riżenja ta’ Individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk talabx ir-riżenja tal-individwu li l-informazzjoni dwaru qiegħda tintbagħat separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk l-individwu nnifsu talabx għar-riżenja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu rriżenja fil-5 ta’ Marzu 2025.

Ħ’Attard — Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti mal-Pulizija fuq każi ta’ vjolenza domestika f’Ħ’Attard fl-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 kien hemm wieħed u tletin (31) rapport mal-Pulizija fuq każi ta’ vjolenza domestika ġewwa Ħ’Attard.

Operazzjonijiet tal-ortopedija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fl-ortopedija fl-2024 u kemm tħassru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet taħt l-ispeċjalità tal-ortopedija li saru f’2024 huwa ta’ 5298 operazzjoni/proċedura u tħassru 233 proċedura. Ikun hemm diversi raġunijiet għala jitħassru, nkluż dawk mediċi.

Djar residenzjali tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn djar residenzjali tal-Anzjani liċenzjati u kemm għandu sodod il-Gvern f'kull dar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn disa’ u tletin (39) residenza għall-anzjani liċenzjati, li minn dawn il-gvern għandu erbat elef mitejn wieħed u sebgħin (4,271) sodda.

Sptar Mater Dei u Sptarijiet privati — Operazzjonijiet - Apparat u mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-apparat, mediċini, eċċ. użati fl-operazzjonijiet fuq pazjenti fl-Isptar Mater Dei u fuq pazjenti fi sptarijiet privati li huma outsourced lill-Isptar Mater Dei, humiex tal-istess ditta u kwalità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif l-Onor. Interpellant japrezza, id-dipartiment tas-saħħa ma jistax jobbliga lill-privat li jkollu apparat mediku tal-istess ditta bħal mhemm fi sptarijiet pubbliċi. Ir-responsabiltà tad-dipartiment tas-saħħa għar-rigward tal-isptarijiet privati hi li dawn jkunu liċenzjati mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u li l-kwalità tal-apparat u tas-servizz jkunu tal-ogħla kwalità.

Taxxa tas-suċċessjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tas-suċċessjoni mill-2020 sal-2024, maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Belt Valletta – Parkeġġi personalizzati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20907 u jgħid kemm-il parkeġġ personalizzat hemm fil-Belt Valletta għall-użu ta’ entitajiet u karigi oħra? Jista' jgħid ukoll f’liema toroq jinsabu dawn il-parkeġġi u min jista’ jużahom?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21460 u jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4 ħaddiema fl-entitajiet li għandhom 'il fuq minn 65 sena. Għar-rigward tal-ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 65 sena fis-Settur Pubbliku nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21443.

Karozzi b’livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24459 u jgħid kemm instabu karozzi li kellhom livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli matul it-test tal-VRT? Jista' jgħid ukoll kemm saru checkups għall-istess raġuni fuq karozzi li jkunu waslu Malta qabel jinbiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.