Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — Kuntratti ta’ xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti ta' xogħol mill-Awtorità tad-Djar mill-2020 sal-2024? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet lil min ingħataw dawn il-kuntratti għall-istess perjodu?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema tip ta’ kuntratti ta’ xogħol qed jirreferi.

Ħ’Attard — Rapporti lill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija minn residenti ta’ Ħ'Attard fl-2024 u jelenka dawn ir-rapporti suġġett suġġett?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ reati rreġistrati mal-Pulizija li seħħew Ħ'Attard fis-sena 2024, elenkati skont it-tip ta’ reat, kienu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mosta — Rapporti lill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija minn residenti tal-Mosta fl-2024 u jelenka dawn ir-rapporti suġġett suġġett?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati rreġistrati mal-Pulizija li seħħew fil-Mosta fis sena 2024, elenkati skont it-tip ta’ reat, kienu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Ħaddiema li jgħixu Ħ’Attard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-dekasteru tiegħu li jgħixu Ħ’Attard?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 26335.

Servizz ta' day care fid-dar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25765 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk is-servizz ta' day care fid-dar mogħtija minn kumpanija privata huwiex suġġett għall-ħlas ta' VAT?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull servizz li jingħata kontra ħlas huwa ġeneralment soġġett għall-VAT. Dan jinkludi servizz ta’ day care tat-tfal. Għaldaqstant, skont il-liġi tal-VAT, tapplika eżenzjoni fuq il-VAT fuq servizzi għall-protezzjoni u ħarsien tat-tfal mogħtija minn kumpanija privata, meta din tikkwalifika bħala organizzazzjoni li ma tagħmilx profit, jew inkella kumpanija li hi allenjata mar-rekwiżiti legali stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, sabiex tkun tista’ twettaq dawn is-servizzi hekk kif spjegat f’avviż numru 839 tal-Gazzetta tal-Gvern ippublikat fis-16 ta’ Lulju, 2019.

Freephone 153 – Telefonati u lmenti ġeneriċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm telefonati fuq il-Freephone 153 fl-2024 u kemm minnhom kienu lmenti ġeneriċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm 1,128.509 telefonata li minnhom 495 kienu lmenti.

Ministeru għall-Finanzi – Ħaddiema li jgħixu Ħ’Attard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-dekasteru tiegħu li jgħixu Ħ’Attard?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26335.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Ħaddiema li jgħixu Ħ’Attard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-dekasteru tiegħu li jgħixu Ħ’Attard?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26335.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Ħaddiema li jgħixu Ħ’Attard

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-dekasteru tiegħu li jgħixu Ħ’Attard?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26335.