Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bankini fil-Belt Valletta jiġu rranġati speċjalment dawk li huma fi stat ħażin tant li huma ta' detriment għal min għandu problemi ta' mobilità?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għaliex Malta ma kinitx preżenti mat-43 stat ieħor meta fit-3 ta’ April 2025, l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Ġinevra adottaw riżoluzzjoni storika biex joħolqu grupp ġdid ta’ ħidma intergovernattiva inkarigat mill-abbozzar ta’ strument internazzjonali legalment dwar id-drittijiet tal-persuni anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għal ħafna snin, il-pożizzjoni ta’ Malta kienet konsistentement favur it-tisħiħ tad-drittijiet tal-anzjani u dan mhux biss għaliex Malta tospita l-Istitut Internazzjonali dwar l-Anzjanità, imma għaliex temmen bis-sħiħ dwar l-importanza li nkomplu nsaħħu l-qafas tad-drittijiet tal-anzjani tagħna. Malta dejjem kienet madwar il-Mejda ta’ diskussjoni u dejjem rat li tagħti l-kontribut tagħha.
Wara bosta snin ta’ dibattitu, il-Grupp ta’ Ħidma Miftuħ dwar l-Anzjanità wasal għal konklużjoni b’suċċess fi New York bl-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-UNGA 78/324 fit-13 ta’ Awwissu 2024, li fost punti oħra pproponiet konsiderazzjoni ta’ strument legalment vinkolanti dwar persuni anzjani. Ir-riżoluzzjoni li tistabbilixxi Grupp ta’ Ħidma Inter-Governattiv ġiet addottata b’kunsens f’Ġinevra, u Malta ikkosponsorjat din ir-riżoluzzjoni fil-jiem li għaddew.
Intant, f'Ġinevra, Malta hija parti wkoll mill-Grupp ta' Ħbieb dwar id-Drittijiet tal-Anzjani, li l-funzjoni ewlenija tiegħu kienet li timbotta 'l quddiem l-idea ta' strument legalment vinkolanti li jwassal għal Konvenzjoni ġdida 'l quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm deffiena jaħdmu maċ-Ċimiterji tal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi fiċ-Ċimiterji tal-Gvern hemm erba` deffiena li jaħdmu fi ħdan it-Taqsima Regolatorja tad-dfin tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — TCNs - Ħaddiema
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu sewwieqa jsuqu mingħajr polza tal-assikurazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija, tal-LESA jew minn Transport Malta, mill-2020 sal-2024 maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ taħrikiet maħruġa lis-sewwieqa li nqabdu jsuqu mingħajr polza tal-assigurazzjoni, minn uffiċjali tal-Pulizija, tal-LESA, jew ta’ Transport Malta, f’dawn il-gżejjer, skont is-sistema tal-LESA, mis-sena 2020 sas-sena 2024 (maqsum sena b’sena), kien kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Il-figuri jinkludu wkoll taħrikiet maħruġa kontra persuni li ppermettew lil ħaddieħor isuq il-vettura tagħhom meta l-polza tal-assigurazzjoni ma kinitx tippermetti dan, u/jew każi fejn is-sewwieqa kienu jsuqu vetturi mhux koperti b’polza ta’ assikurazzjoni.
Sena
Numru ta’ taħrikiet (Pulizija-LESA-TM) Persuni li ppermettew sewwieqa jsuqu vetturi meta dawn ma kienux koperti minn polza ta’ assikurazzjoni
Numru ta’ taħrikiet (Police – LESA – TM) Persuni li saqu vetturi li ma kienux koperti b’polza ta’ assikurazzjoni
2020
35
227
2021
191
939
2022
104
481
2023
187
763
2024
256
788
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Physiotherapists u occupational therapists
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists u occupational therapists assenjati biex jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li persuni li jinsabu l-ħabs jibbenefikaw mis-servizzi tas-saħħa offruti fil-Klinika Medika tal-Ħabs, li nbniet u ġew impjegati diversi professjonisti fl-aħħar snin, kif ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa bħal kull ċittadin ieħor li jinsab fil-komunità, skont kif ipprovdut mil-Liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jgħallmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt daqs illum il-Faċilità Korrettiva ffukat fuq ir-riabilitazzjoni u dan tista’ tagħmlu għax għall-ewwel darba taħt din l-amministrazzjoni il-ħabs huwa ordnat, ħieles mid-droga u b'tentattiv ġenwin ta' riabilitazzjoni. Bil-korsijet offruti huma varji kif ser nindika f’din it-tweġiba.
In-numru ta’ għalliema għalhekk ivarja skont it-taħriġ li jkun qed isir minn żmien għal żmien. Bħalissa, qed jiġu offruti diversi korsijiet, kemm dawk edukattivi kif ukoll f’ħiliet varji.
Fost il-korsijiet li għaddejjin insibu gruppi psiko-edukattivi mmexxija mill-Uffiċjal tal-CREU, kif ukoll diversi programmi akkreditati: Interior Design (MQF1, żewġ klassijiet – waħda għal persuni Maltin u oħra għal barranin) u Spanjol (żewġ klassijiet f’livelli differenti, MQF1 u MQF2), it-tnejn mwassla minn edukaturi tal-Lifelong Learning.
Korsijiet oħra li qed jiġu offruti jinkludu dak fuq l-Etika (MQF3 – ekwivalenti għal-livell tas-SEC) u l-Arti, pprovduti minn edukaturi ta’ CSA. Barra minn hekk, qed jiġu offruti wkoll korsijiet ta’ Web Design (MQF 3) u Welding (parti minn MQF2), li qed jiġu pprovduti mill-MCAST.
Il-Matematika u l-Malti (MQF Livell 1 u MFL – Malti bħala lingwa barranija) qed jiġu mgħallma wkoll minn edukaturi tal-Lifelong Learning. Qed isiru wkoll sessjonijiet tal-Artiġġjanat (żewġ klassijiet) mid-Dar Hosea fid-diviżjoni tan-nisa. Fil-CoRRS, il-parteċipanti għandhom aċċess għal sessjonijiet tat-Tisjir, tad-Drama u tal-Arti, kollha pprovduti minn edukaturili qed isegwu MA in Addressing Divergent Behaviour in Adolescents from the Institute for Education (IFE).
B'referenza għar-riforma fit-trasport, jista' l-Ministru jgħid x’qiegħed jiġi propost dwar il-parkeġġ? F’każ li xi ħadd ikollu tliet karozzi liċenzjati u jitħallew it-tlieta fit-triq mingħajr ma jiċċaqalqu għal tul ta' żmien, jista’ jgħid x'ser jiġri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull persuna li tkun fil-pussess ta’ vettura li hija liċenzjata u assigurata tista’ tħalli l-istess vettura f’parkeġġ pubbliku (ġewwa kaxxa bajda) mingħajr limitu ta’ żmien, u għaldaqstant, bħalissa m’hemm l-ebda intenzjoni li jsir tibdil f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw passaporti, taħt l-iskema tal-IIP, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu miċ-Ċina, Russja u Kolumbja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li Malta ma toffrix il-bejgħ ta’ passaporti, iżda toffri l-possibbiltà tal-akkwist taċ-ċittadinanza permezz ta’ investiment, skont qafas legali stabbilit fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza (Kap. 188).
F’dan ir-rigward kull informazzjoni relatata toħroġ mingħand ir-Regolatur, skont kif hemm stipulat f’din il-liġi, permezz ta’ rapport annwali li jitpoġġa fuq il-mejda ta’ din il-kamra. Nitlob għalhekk, lill-Onor. Interpellant li jirreferi għal dawn ir-rapporti li huma mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra u għandhom l-informazzjoni mitluba.