Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Occupational Therapists li joffru servizz fiċ-Ċentru Ħajja Indipendenti Sonia Tanti (STILC)?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 12-il Occupational Therapist li joffru s-servizz tagħhom fiċ-Ċentru Ħajja Indipendenti Sonia Tanti (STILC). 11 minn dawn it-terapisti huma impjegati tal-Ministeru tas-Saħħa u joffru s-servizz tagħhom fi STILC grazzi għal ftehim (Memorandum of Understanding) bejn iż-żewġ partijiet. Dan is-servizz ma jingħatax fuq bażi full-time.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-food handling license? Kemm hemm minnhom li huma barranin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li hemm 53,094 persuna li għandhom dokument ta’ reġistrazzjoni validu maħruġ mill-Kummissjoni għas-Sigurtà fl-Ikel skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 449.27 Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Min Jipprepara l-Ikel. Minn dawn, madwar tmienja u sittin punt tlieta fil-mija (68.3 %) huma barranin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27184 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-bankini fil-Belt Valletta jiġu rranġati speċjalment dawk li huma fi stat ħażin tant li huma ta' detriment għal min għandu problemi ta' mobilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li qed isiru t-tħejjijiet biex jibda x-xogħol ta’ tiswija tal-bankini.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Orthotics Professionals jaħdmu mal-Gvern u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm impjegat wieħed bħala Orthotist/Prosthetist.
Infurmat ukoll li fl-Università ta’ Malta għaddej kors ta’ MSc fl-Orthotics & Prosthetics, li għalih qed jattendu seba’ (7) professjonisti mill-qasam tas-Saħħa.
Annimali li jgħixu f’kundizzjonijiet sub-standard — Ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti dwar annimali li qed jgħixu f’kundizzjonijiet sub-standard mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru road blocks fl-2024 u x’azzjoni ttieħdet fil-konfront ta’ dawk il-persuni li nqabdu jiksru l-liġi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2024, il-Pulizija għamlet elfejn, erbgħa mija u tmienja u sittin (2,468) road check f’dawn il-gżejjer. Dawn ir-road checks ikopru kull l-lokalità ta’ Malta u Għawdex u jsiru mill-Pulizija ta’ kull distrett madwar dawn il-gżejjer, kif ukoll minn taqsimiet oħra tal-korp u xi drabi assistiti anke min aġenziji oħra.
Fir-rigward ta’ azzjoni li ttieħdet fil-konfront ta’ dawk il-persuni li nqabdu jiksru l-liġi, infurmat illi waqt dawn il-road checks, ġew imwaqqfa eluf ta’ vetturi bir-riżultat li nħarġu mijiet ta’ tickets dwar kontravenzjonijiet li ġew identifikati, kif ukoll inħarrġu numru ta’ taħrikiet oħra, dwar reati konnessi ma ksur ta’ ligijiet mhux koperti bis-sistema ta’ ticketing, mill-istess uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri minn dawk l-istudenti b’diżabilità li jattendu l-Iskola tal-Wardija wara li jagħlqu l-età li jispiċċaw mill-iskola? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux ser ikollhom biżżejjed ħiliet biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti jattendu l-iskola tal-Wardija għall-kors ta' sitt snin, wara li jkunu lestew l-edukazzjoni obbligatorja, l-istudenti jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol mal-Lino Spiteri Foundation jew inkella jingħataw servizzi mill-Aġenzija Sapport. Infurmat li wara dan il-perjodu l-istudenti issirilhom evalwazzjoni tal-bżonnijiet li għandhom sabiex jiġi determinat fejn jistgħu jibbenefikaw minn programmi għal taħriġ biex jgħinhom iktar għal integrazzjoni fid-dinja tax-xogħol jew servizzi oħra varji skont il-kriterji ta’ eliġibilità tagħhom.
L-iskola dejjem tara li kull student jieħu l-entitlement edukattiv bżonjuż għall-futur tiegħu skont l-abilitiajiet individwali u l-isfruttar tal-potenzjal kollu. Hemm ukoll l-għajnuna mill-koordinatriċi tat-tranżizzjoni fejn flimkien mas-Senior Leadership Team tal-tal-Wardija tagħti s-sapport tagħha fejn meħtieġ fir-rigward ta’ mistoqsijiet li jkollhom il-ġenituri/tuturi.
Tista’ l-Ministru tgħid x’ser jiġri minn dawk l-istudenti b’diżabilità li jattendu l-Iskola tal-Wardija wara li jagħlqu l-età li jispiċċaw mill-iskola? Tista’ tgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux ser ikollhom biżżejjed ħiliet biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25982 u 26503 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm hemm impjegati fuq il-kotba tal-RSSL li għandhom impjieg kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-servizz pubbliku? Jista’ jagħti wkoll il-pakkett finanzjarju ta’ kull impjegat; l-iskala jew titlu tal-impjieg; jekk il-kuntratt hux definit jew indefinit; l-etajiet tal-impjegati, kif ukoll kemm minnhom huma ex impjegati tal-AirMalta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li b’kollox hemm 651 ħaddiem fuq l-kotba tal-RSSL; 448 minnhom jaħdmu fis-Servizz Pubbliku, 144 mas-Settur Pubbliku u 59 mal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li ngħataw prison leave minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati atti kriminali fuq anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li saru lill-Pulizija fl-għases madwar Malta u Għawdex mis-sena 2015 sa l-aħħar ta’ Marzu 2025 dwar reati kriminali li tagħhom sfaw vittmi persuni anzjani ta’ ħamsa u sittin sena jew aktar, kien kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt. In-numru ta’ reati ma jirriflettix fin-numru ta’ vittmi peress li rapport wieħed jista’ jinvolvi aktar minn vittma waħda.
2015
2016
2017
2018
2019
ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY
1
0
0
0
0
ARSON
11
16
22
25
34
ATTEMPTED OFFENCES
64
91
138
112
97
BODILY HARM
62
58
43
65
62
BREACH OF BAIL CONDITIONS
0
0
0
0
0
COMPUTER MISUSE
17
19
7
11
11
CRIMES AGAINT PUBLIC PEACE
0
0
0
0
0
CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC
0
0
1
0
0
CRUELTY TO ANIMALS
0
0
0
0
0
DAMAGE
359
369
338
353
334
DOMESTIC VIOLENCE
55
71
85
87
107
DRUGS
0
0
0
1
0
ENVIRONMENTAL CRIME
0
0
0
0
0
ERRONEOUS REPORTS
0
0
0
0
0
FORGERY
2
3
4
6
1
FRAUD
48
68
59
74
89
HOMICIDE
0
3
1
2
1
IMMIGRATION
1
0
0
0
0
PERJURY & FALSE SWEARING
0
4
1
0
0
PERJURY AND FALSE SWEARING
0
0
0
1
0
PORNOGRAPHY
0
0
0
1
0
PRETENDED RIGHTS
0
0
17
29
34
SEXUAL OFFENCE
2
1
2
5
3
THEFT
1093
1434
1467
1074
845
THREATS AND PRIVATE VIOLENCE
17
15
13
22
19
UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA
0
0
0
0
0
VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER
0
3
1
2
4
2020
2021
2022
2023
2024
2025*
ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY
0
2
0
1
0
0
ARSON
11
4
4
8
5
0
ATTEMPTED OFFENCES
54
49
49
48
69
19
BODILY HARM
45
49
46
54
61
13
BREACH OF BAIL CONDITIONS
0
0
0
0
1
0
COMPUTER MISUSE
4
19
21
89
38
3
CRIMES AGAINT PUBLIC PEACE
1
0
0
0
0
0
CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC
0
1
0
0
0
0
CRUELTY TO ANIMALS
0
0
0
0
1
1
DAMAGE
273
346
300
339
316
68
DOMESTIC VIOLENCE
127
161
139
211
159
47
DRUGS
0
1
0
0
0
0
ENVIRONMENTAL CRIME
0
0
0
0
1
0
ERRONEOUS REPORTS
0
0
0
0
9
4
FORGERY
2
5
5
6
3
0
FRAUD
76
213
161
297
285
82
HOMICIDE
2
0
0
1
0
0
IMMIGRATION
0
0
0
0
0
0
PERJURY & FALSE SWEARING
0
0
0
0
0
0
PERJURY AND FALSE SWEARING
1
0
1
1
1
1
PORNOGRAPHY
1
0
0
0
0
0
PRETENDED RIGHTS
26
60
45
65
78
15
SEXUAL OFFENCE
2
4
3
0
3
2
THEFT
466
481
473
471
570
133
THREATS AND PRIVATE VIOLENCE
19
30
26
26
31
8
UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA
2
0
1
0
4
1
VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER
0
0
0
0
1
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni fl-oftalmoloġija saru fl-2024 u kemm tħassru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi matul l-2024, saru 9,631 operazzjoni/proċedura fl-ispeċjalità ta’ l-oftalmoloġija. 834 minn dawn daru fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan jinkludi proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (saru 9,568) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (saru 63).
Ninsab infurmat ukoll li matul l-2024, ma sarux 1,048 għal-dawn ir-raġunijiet: Posponiment min-naħa tal-pazjent stess jew ma ġiex dak in-nhar tal-operazzjoni (697 – 66% ); minħabba l-kundizzjoni medika tal-pazjent (160); posponiment minħabba l-kirurgu jkun marid jew imsiefer (47); posponiment minħabba problemi loġistiċi (131); pazjenti li ma setgħux jiġu kkuntattjati (3); u għal raġunijiet oħra diversi (10).