Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25551 u jgħid kemm-il operazzjoni tad-Deep Brain Stimulation saru fl-2024 u kemm tħassru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet ta’ Deep Brain Stimulation li saru f’2024 huwa ta’ 20 operazzjoni/proedura.
Matul is-sena l-oħra, tħassret proċedura wahda.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20907 u 25608 u jgħid kemm-il parkeġġ personalizzat hemm fil-Belt Valletta għall-użu ta’ entitajiet u karigi oħra? Jista' jgħid ukoll f’liema toroq jinsabu dawn il-parkeġġi u min jista’ jużahom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-parkeġġi personalizzati u ċjoè bin-numru tar-reġistrazzjoni immarkata fil-Belt Valletta huwa ta’ 76.
Karozzi b’livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24459 u 25610 u jgħid kemm instabu karozzi li kellhom livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli matul it-test tal-VRT? Jista' jgħid ukoll kemm saru checkups għall-istess raġuni fuq karozzi li jkunu waslu Malta qabel jinbiegħu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2024, matul it-test tal-VRT, nstabu 942 vettura b’livell ta’ tint li jaqbeż il-limitu permissibbli. Ta’ min jinnota li dan in-numru jista’ jinkludi wkoll vetturi li waslu f’Malta qabel inbiegħu, peress li dawn ukoll huma soġġetti għat-test tal-VRT qabel jiġu rreġistrati f’Malta.
Proċess ta’ screening — Operazzjonijiet tal-kolonoskopija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-kolonoskopija wara l-proċess ta’ screening mill-bidu tas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26492 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu, li huma kwalifikati fil-First Aid tal-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tiegħi hemm 72 uffiċjal li koprew il-First Aid tal-annimali fl-istudji tagħhom miksuba permess ta’ kwalifiki formali minn Istituzzjonijiet Edukattivi Akkreditati u/jew permezz ta’ kwalifika speċifika fil-First Aid tal-annimali minn istituzzjoni privata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22368 u 25598 u jgħid kemm hawn studenti li qed jiġu pprovduti bis-support ta' LSE? Kemm hemm minnhom fl-iskejjel primarji, sekondarji u kemm fil-livell post sekondarju? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jirċievu one to one u kemm shared?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22389 u 25600 u jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13629, 18994, 21842 u 25604 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji f’Marzu u f’April 2025? Jista’ jgħid ukoll l-etajiet u l-ġeneru tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’Marzu 2025 kien hemm tlett każijiet ta’ suwiċidju, raġel u żewġ nisa, u f’April 2025 kien hemm tnejn, mara u raġel, irreġistrati fis-sistema tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spezzjonijiet f’stabbilimenti tal-ikel fl-2024? Jista’ jgħid ukoll jekk instabux irregolaritajiet u x’passi ttieħdu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10328, 18949, 21820 u 25589 u jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19282, 21825 u 25590 u jgħid mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li rtiraw bl-età ta’ 61 sena wara li kellhom il-kontribuzzjonijiet kollha anke jekk suppost irtiraw iżjed tard? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26426 u jgħid kemm daħlu telefonati fuq in-National Support Line 179 fl-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 kien hemm 11, 068 telefonata fuq in-National Support Line 179.
Għal tagħrif sħiħ, l-Onor. Interpellant jista’ jżur is-sit elettroniku tal-FSWS fejn hemm ir-Rapport tal-Istatiska tal-Aġenzija Appoġġ għas-sena 2024, speċifikament paġni 108 – 113 tal-istess rapport.
Persuni li twieldu qabel l-1962 – Reviżjoni tal-pensjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal persuni li twieldu qabel l-1962 li għadhom qed jistennew reviżjoni tal-pensjoni skont ir-riforma?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li ngħatajt, sal-aħħar ta’ dan ix-xahar se jkun prattikament ġie konkluż il-proċċess ta’ dawn ir-reviżjonijiet. Li jkun baqa’ imbgħad huma dawk il-każi li jkunu jeħtieġu aktar informazzjoni biex jinħadmu.
Tajjeb jingħad, li r-riforma tal-2006 ħolqot żewġ kategorji ta’ pensjonanti bejn dawk li twieldu qabel u wara l-1962.
Kien għalhekk li ddaħħlu żewġ miżuri fil-Budget 2024, sabiex fl-ewwel lok il-pensjonanti kollha, twieldu meta twieldu ikollhom iż-żidiet fil-pensjoni kkalkulati fuq il-mekkaniżmu tas-70% u t-30% - minn din il-miżura qed jibbenefikaw il-pensjonanti kollha.
Kif ukoll, għal dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962, id-dħul pensjonabbli massimu tagħhom jibda jiżdied b’mod aċċellerat sabiex eventwalment jilħaq id-dħul pensjonabbli massimu ta’ dawk li twieldu wara l-1962.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appartament, binja, jew unit f’Għawdex, inkera mill-privat biex jintuża bħala akkomodazzjoni soċjali għal kull sena bejn l-2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ mingħand min ġew mikrija, il-lokalità u kemm hu l-ħlas li qed isir għal kull unit?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26610 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hawn ċittadini Maltin f'ħabsijiet barra minn Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Maltin f’ħabsijiet barra minn Malta bħalissa jammonta għal sittax (16) -il persuna.
Tajjeb wieħed iżid li l-lista tinkludi biss dawk iċ-ċittadini Maltin li talbu l-għajnuna mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu. Dan jinkludi kuntatt mal-Ministeru f'Malta u mal-Ambaxxati u l-Konsulati ta' Malta f'artijiet barranin. Tajjeb li wieħed jinnota wkoll li skont il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, jekk priġunier ma jitlobx għajnuna mir-rappreżentanza diplomatika tiegħu, din tal-aħħar ma tistax tagħmel kuntatt miegħu jew magħha. Għaldaqstant iċ-ċifra tista’ ma tirriflettix l-ammont kollu tal-persuni ta’ nazzjonalità Maltija li jinsabu f’ħabsijiet barra minn Malta.