Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Awtorità tad-Djar — Persuni jgħixu fi djar perikolużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex informazzjoni dwar persuni li qed jgħixu fi djar meqjusa bħala perikolużi, u jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma għandhiex din l-informazzjoni. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport Finali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), speċifikament Volume 2: Chapter 2 – Occupied Dwellings.

Ordni ta’ Rekwiżizzjoni — Persuni affettwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fadal persuni milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni? Jekk fadal, jista’ jgħid jekk hemmx time frame għal meta dawn se jiġu rilaxxati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għad fadal 123 proprjetà li huma milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni. Ir-rekwiżizzjoni tiġi rilaxxata hekk kif ikunu milħuqa l-kundizzjonijiet meħtieġa, kif dejjem kienet il-prattika.

Kuntratti għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt għall-akkomodazzjoni soċjali ġie ffirmat mill-bidu tas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm persuni għadhom qed jistennew biex jingħatalhom unit?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2025 sa llum ġew iffirmati 136 kuntratt ġdid għall-akkomodazzjoni soċjali. Bħalissa hemm 1,730 applikant fuq il-lista ta’ stennija.

Skema ‘inċentivi ta’ post’ — Applikanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu taħt l-iskema magħrufa bħala ‘inċentivi ta’ post’, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu, hekk kif ma teżistix l-ebda skema bl-isem ta’ ‘inċentivi ta’ post’ li taqa’ taħt dan il-Ministeru.

Awtorità tad-Djar — Akkomodazzjoni soċjali li ġew rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ li jinsab fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali, irrifjuta post mogħti lill-applikanti mill-Awtorità tad-Djar, u x’raġunijiet ingħataw?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Akkomodazzjoni soċjali — Każijiet marbuta ma’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikanti li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali u li għandhom każijiet marbuta ma’ vjolenza domestika?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 11-il applikant b’każijiet relatati ma’ vjolenza domestika li jinsabu fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali. Nixtieq infakkar ukoll li l-Awtorità tad-Djar toffri diversi skemi ta’ għajnuna, fosthom dik tal-Ewwel Kirja u d-Depożitu għall-Inkwilini.

Infrastructure Malta – Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi li huma fuq il-Bord tad-Diretturi fi ħdan Infrastructure Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord tad-Diretturi huma s-segwenti: Po żizzjoni Isem Chairperson Raymond Farrugia Deputy Chairperson Josef Azzopardi Membru Mario Caruana Membru Karen Farrugia Membru Sylvana Civelli Membru Raphael Farrugia Membru Nadia Gatt Curmi

Yachting Malta – Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi li huma fuq il-Bord tad-Diretturi fi ħdan Yachting Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord tad-Diretturi huma s-segwenti: Po żizzjoni Isem Chairperson Christopher Agius Membru Audrienne Ciantar Membru Georges Bonello DuPuis Membru Gerard Magri Membru Stephen Cesare Membru Godwin Zammit Membru Fredrick Cutajar Membru David Cremona Membru Mark Vella

Qorti — Persuni mressqa fuq sewqan bla liċenzja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28268 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-qorti għax kienu qed isuqu mingħajr liċenzja jew liċenzja skaduta fl-2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-qorti f’dawn il-gżejjer għax kienu qed isuqu mingħajr liċenzja jew kellhom liċenzja skaduta fis-sena 2024, kien ta’ elf, mija u erbgħa (1104). Bejn Jannar 2025 u t-28 ta’ Mejju 2025 l-ammont ta’ persuni li tressqu l-qorti fuq l-istess reat kien ta’ ħames mija u wieħed u tletin (531). Infurmat li d-dettalji jinżammu kif qed jiġu mwieġba f’din il-mistoqsija parlamentari.

KM Malta Airlines — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fuq il-kotba ta’ KM Malta Airlines sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’liema grad jew skala qegħdin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: GradeHeadcount Executive Chairman1 Board Director2 Chief Officer4 Director5 Head16 Manager / Specialist36 Senior Executive19 Executive16 Officer5 Pilot97 Cabin Crew177 Engineer58 Total436 It-total ta’ ħaddiema f’termini ta’ FTE huwa ta 402.

Crash barriers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidlu l-crash barriers kollha li hawn fit-toroq tagħna biex ikunu aktar siguri, speċjalment għal min isuq il-mutur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li filwaqt li l-crash barriers li hemm preżentament huma konformi mal-istandards ta’ sigurtà, bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex jiġi stabbilit kif dawn xorta waħda jistgħu jiġu mtejjba.

Linja tat-telefon 153 — Kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali, mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: · 2023 = 304 · 2024 = 377 · 2025 = 130

Proċess ta’ screening — Operazzjonijiet tal-kolonoskopija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28103 u jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-kolonoskopija wara l-proċess ta’ screening mill-bidu tas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Ġunju 2025, saru 620 Colonoscopies bħala parti min-National Colorectal Screening Programme.

Sleeping policeman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn “sleeping policeman” fit-toroq f’Malta u Għawdex? Jista’ wkoll: i. jassigura jekk humiex konformi mal-liġijiet Ewropej; ii. jassigura jekk humiex konformi ma’ regoli tekniċi; iii. jgħid x’regoli jaffettwaw il-frekwenza ta’ kif jitpoġġew fit-toroq; iv. jgħid għaliex ħafna minnhom ivarjaw fil-materjal u fid-daqs; v. jgħid għaliex fost dawk li huma maħduma bis-siment qed joħolqu ħsara lill-vetturi minħabba l-għoli jew id-daqs eċċessiv tagħhom; vi. jgħid min hu responsabbli għall-ħsarat ikkaġunati lill-vetturi (isem tal-entitajiet governattivi, kunsilli lokali u oħrajn); u vii. jgħid x’liġi teżisti li li tikkontempla kumpens għall-ħsarat ikkaġunati minn dawn is-“sleeping policeman”?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

LSEs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22368, 25598 u 28026 u jgħid kemm hawn studenti li qed jiġu pprovduti bis-support ta' LSE? Kemm hemm minnhom fl-iskejjel primarji, sekondarji u kemm fil-livell post sekondarju? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jirċievu one to one u kemm shared?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26182.