Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm żewġ propjetajiet li huma b’kirja mingħand il-Gvern, u seba’ propjetajiet li huma b’kirja mingħand il-privat.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm ħdax (11)-il proprjetà li hija b’kirja mingħand il-Gvern, inkluż il-binja tal-Ministeru, u tmienja u għoxrin (28)-il proprjetà li hija b’kirja mingħand il-privat.

Ministeru għall-Finanzi – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dekasteru li jien responsabbli minnu, hemm 49 il-propjeta li hija b kirja mingħand il-Gvern, inkluż il-binja tal-Ministeru, u 26 il-propjeta li hija b’kirja mingħand il-privat.

Ministeru għal Għawdex – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tigi migbura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Proprjetajiet mikrija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tagħha li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm 56 proprjetà li hija b’kirja mingħand il-Gvern, u 23 proprjetà li hija b’kirja mingħand il-privat, inkluż il-binja tal-Ministeru.

Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm 78 propjeta mikrija mill-Gvern, li minnhom 40 huma mikrija mingħand il-Gvern, u 38 propjeta huma b’kirja mingħand il-privat.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm 6 -il proprjetà li hija b’kirja mingħand il-Gvern, u 9 -il proprjetà li hija b’kirja mingħand il-privat, inkluż il-binja tal-Ministeru.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Proprjetajiet mikrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tiegħu li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li  fid-dekasteru li jien responsabbli minnu hemm  43- il propjeta’ li hija mikrija mill-Gvern inkluż il-binja tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru,2  ċentri tas-servizz.gov mingħand l-Arċidjoċesi  ta’Malta  u  8 proprjetajiet li huma b’kirja mingħand il-privat.

Djar privati mikrija lil Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx djar privati reġistrati li jikru lil ċittadini Maltin, u jekk iva, kemm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżiti marbuta mar-reġistrazzjoni huma dawk li jrid u jistipula l-Kap 604 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-informazzjoni msemmija fid-domanda mhijiex rekwiżit għall-fini ta’ reġistrazzjoni ta’ kuntratt ta’ kiri skont il-Kap 604 u għaldaqstant ma tinżammx mill-Awtorità.

Iċ-Ċirkewwa - Kmamar maġenb it-toilets

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 23896 tal-Erbatax-il Leġislatura u 679 ta' din il-Leġislatura dwar il-kmamar li hemm maġenb it-toilets fiċ-Ċirkewwa, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx jew hux qiegħda ssir diskussjoni mal-Ministru għal Għawdex, il-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u/jew il-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli sabiex isir użu b’mod aktar bilanċjat mill-użu kurrenti tal-kmamar imsemmija u li jikkumplimentaw l-investimenti li saru fil-Park Marittimu fl-aħħar snin? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa essenzjali li dawn jibqgħu jintużaw mill-Kumpanija Gozo Channel meta din għandha aċċess għal faċilitajiet ferm ikbar fit-terminal taċ-Ċirkewwa u dawn il-kmamar huma maqtugħin ferm ’il bogħod miż-żoni prinċipali tal-operat tagħha? Minbarra li dawn ilhom is-snin f’idejn din il-kumpanija, jista’ jgħid jekk hemmx xi ġustifikazzjoni oħra li tbiegħed il-ħsieb li l-użu kurrenti hu ħela sfaċċat ta’ riżorsi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 679.

Imwiet kawża ta’ sħana

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm nies li mietu kawża ta’ sħana matul Lulju 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet, in-numru ta’ persuni li mietu b’konsegwenza diretta tal-effett tas-sħana f’Malta u Għawdex f’Lulju ta’ 2026, kien ta’ għoxrin (20). Fil-biċċa l-kbira ta’ dawn il-każijiet, il-pazjenti kellhom ukoll kundizzjonijiet mediċi oħra li setgħu kkontribwew għall-mewt tagħhom

Każijiet ta’ avvelenament tal-ikel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ avvelenament tal-ikel matul Ġunju u Lulju 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul ix-xahar ta’ Ġunju ġew irrappurtati b’kollox 165 każ (125 ikkonfermati u 40 suspettati) ta’ mard sporadiku li jittieħed mill-ikel. Barra minn hekk, ġew irrappurtati 6 tifqigħat (jiġifieri żewġ każijiet jew aktar b’rabta epidemjoloġika bejniethom) li nvolvew 24 każ ieħor (19 ikkonfermati u 5 suspettati). Matul ix-xahar ta’ Lulju ġew irrappurtati b’kollox 249 każ (156 ikkonfermati u 93 suspettati) ta’ mard sporadiku li jittieħed mill-ikel. Barra minn hekk, ġew irrappurtati 13 -il tifqiegħa (jiġifieri żewġ każijiet jew aktar b’rabta epidemjoloġika bejniethom) li involvew 31 każ ieħor (ilkoll ikkonfermati).

Trasport pubbliku - Ta’ Qali – Rotot numri 403 u 405

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 317, fejn intqal li “matul l-aħħar ħmistax-il ġurnata qabel it-tqegħid ta’ din il-mistoqsija, ir-rotta 403 intużat minn total ta’ 801 passiġġier, filwaqt li r-rotta 405 intużat minn total ta’ 450 passiġġier” u fid-dawl li skont l-iskeda tal-Malta Public Transport, isiru 186 vjaġġ fil-ġimgħa fuq iż-żewġ rotot u allura f’dawk il-15-il-ġurnata taħt eżami kien hemm medja ta’ 2.1 passiġġier fuq kull vjaġġ fuq rotta 403 u medja ta’ 1.2 passiġġier fuq kull vjaġġ fuq rotta 405, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-karozzi ta’ dawn ir-rotot jibdew jiġbru wkoll in-nies li jkunu qed jistennew fuq il-bus stops u b’hekk isir użu aħjar mir-riżorsi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotot 403 u 405 ġew imfassla bħala servizzi express, b’numru limitat ta’ waqfiet sabiex il-ħin tal-vjaġġ jinżamm kemm jista’ jkun qasir. Madanakollu, is-suġġeriment imressaq ser jiġi evalwat aktar ’il quddiem, fid-dawl tal-użu ta’ dawn ir-rotot u tal-ħtiġijiet tal-passiġġieri.