Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Mental Health First Aider

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Mental Health First Aider appuntat fid-dekasteru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.

Ministeru għall-Finanzi — Mental Health First Aider

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Mental Health First Aider appuntat fid-dekasteru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 30032.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Mental Health First Aider

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx Mental Health First Aider appuntat fid-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 30032.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mental Health First Aider

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx Mental Health First Aider appuntat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi d-Divi¿joni tal-People & Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru se tkun qed tikkonkludi ftehim ma’ Organizazzjoni non-governattiva sabiex ikun pprovdut taħriġ akkreditat għal Mental Health First Aiders  f’kull Ministeru, skont kif maqbul u mwiegħed fil-ftehim kollettiv tas-Servizz Pubbliku.

Il-Belt Valletta — Aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28265 u 29538 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u tgħid kemm hemm binjiet fil-Belt Valletta, inklużi ristoranti, uffiċini u ħwienet, li ġew infurzati biex jirranġaw il-binja biex jipprovdu aċċess adegwat għall-persuni vulnerabbli?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika x’irid ifisser b’persuni vulnerabbli.